Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0740

    2011/740/: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 14 ta’ Novemrbu 2011 li temenda d-Deċiżjonijiet 2006/799/KE, 2007/64/KE, 2007/506/KE, 2007/742/KE, 2009/543/KE u 2009/544/KE sabiex ittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal ċerti prodotti (notifikata bid-dokument numru C(2011) 8041) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 297, 16.11.2011, p. 64–65 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2016

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/740/oj

    16.11.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 297/64


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-14 ta’ Novemrbu 2011

    li temenda d-Deċiżjonijiet 2006/799/KE, 2007/64/KE, 2007/506/KE, 2007/742/KE, 2009/543/KE u 2009/544/KE sabiex ittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal ċerti prodotti

    (notifikata bid-dokument numru C(2011) 8041)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2011/740/UE)

    Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE (1), u b’mod partikulari l-punt (c) tal-Artikolu 8(3) tiegħu,

    Wara li kkonsultat il-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/799/KE tat-3 ta’ Novembru 2006 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi [riveduti] u r-rekwiżiti tal-istima [tal-valutazzjoni] u l-verifikazzjoni [l-verifika] relatati mal-għoti ta’ ekotikketta tal-Komunità għall-materjali li jtejbu l-ħamrija (2) tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2011.

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/64/KE tal-15 ta’ Diċembru 2006 li tistabbilixxi kriterji ekoloġiċi riveduti u r-rekwiżiti ta’ stima [tal-valutazzjoni] u verifikazzjoni [l-verifika] relatati għall-għoti ta’ ekotikketta tal-Komunità għall-midja tat-tkabbir (3) tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2011.

    (3)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/506/KE tal-21 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja għas-spapen, shampoos [xampus] u conditioners tax-xagħar (4) tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2011.

    (4)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/742/KE tad-9 ta’ Novembru 2007 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lill-pompi tas-sħana mħaddma bl-elettriku, bil-gass jew bl-assorbiment tal-gass (5) tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2011.

    (5)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/543/KE tat-13 ta’ Awwissu 2008 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja għaż-żebgħa u l-verniċ ta’ barra (6) tiskadi fit-18 ta’ Awwissu 2012.

    (6)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/544/KE tat-13 ta’ Awwissu 2008 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja għaż-żebgħa u l-verniċ ta’ ġewwa (7) tiskadi fit-18 ta’ Awwissu 2012.

    (7)

    Skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, saret reviżjoni f’waqtha tal-kriterji ekoloġiċi, kif ukoll tar-rekwiżiti relatati ta’ valutazzjoni u verifika, stabbiliti minn dawk id-Deċiżjonijiet.

    (8)

    Minħabba l-istadji differenti tal-proċess tar-reviżjoni għal dawk id-Deċiżjonijiet, huwa xieraq li jittawlu l-perjodi ta’ validità tal-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti relatati ta’ valutazzjoni u verifika li huma jistabbilixxu. Il-perjodu ta’ validità tal-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti relatati ta’ valutazzjoni u verifika stabbiliti fid-Deċiżjonijiet 2006/799/KE u 2007/64/KE għandu jittawwal sal-31 ta’ Diċembru 2013. Il-perjodu ta’ validità tal-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti relatati ta’ valutazzjoni u verifika stabbiliti fid-Deċiżjoni 2007/506/KE għandu jittawwal sal-31 ta’ Marzu 2013. Il-perjodu ta’ validità tal-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti relatati ta’ valutazzjoni u verifika stabbiliti fid-Deċiżjoni 2007/742/KE għandu jittawwal sal-31 ta’ Marzu 2013, filwaqt li l-perjodu ta’ validità tal-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti relatati ta’ valutazzjoni u verifika stabbiliti fid-Deċiżjonijiet 2009/543/KE u 2009/544/KE għandu jittawwal sat-30 ta’ Ġunju 2013.

    (9)

    Għalhekk, id-Deċiżjonijiet 2006/799/KE, 2007/64/KE, 2007/506/KE, 2007/742/KE, 2009/543/KE u 2009/544/KE għandhom jiġu emendati kif xieraq.

    (10)

    Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf permezz tal-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2006/799/KE għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “Artikolu 6

    Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti tal-“materjali li jtejbu l-ħamrija” u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika marbutin magħhom għandhom jibqgħu validi sal-31 ta’ Diċembru 2013.”.

    Artikolu 2

    L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2007/64/KE għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “Artikolu 5

    Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti tal-“midja tat-tkabbir” u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika marbutin magħhom għandhom jibqgħu validi sal-31 ta’ Diċembru 2013.”.

    Artikolu 3

    L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2007/506/KE għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “Artikolu 4

    Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti tas-“spapen, xampus u conditioners tax-xagħar” u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika marbutin magħhom għandhom jibqgħu validi sal-31 ta’ Marzu 2013.”.

    Artikolu 4

    L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2007/742/KE għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “Artikolu 4

    Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti tal-“pompi tas-sħana mħaddma bl-elettriku, bil-gass jew bl-assorbiment tal-gass” u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika marbutin magħhom għandhom jibqgħu validi sal-31 ta’ Marzu 2013.”.

    Artikolu 5

    L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2009/543/KE għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “Artikolu 3

    Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti taż-“żebgħa u l-verniċ ta’ barra” u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika marbutin magħhom għandhom jibqgħu validi sat-30 ta’ Ġunju 2013.”.

    Artikolu 6

    L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2009/544/KE għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “Artikolu 3

    Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti taż-“żebgħa u l-verniċ ta’ ġewwa” u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika marbutin magħhom għandhom jibqgħu validi sat-30 ta’ Ġunju 2013.”.

    Artikolu 7

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Novembru 2011.

    Għall-Kummissjoni

    Janez POTOČNIK

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.

    (2)  ĠU L 322M, 2.12.2008, p. 291.

    (3)  ĠU L 322M, 2.12.2008, p. 489.

    (4)  ĠU L 186, 18.7.2007, p. 36.

    (5)  ĠU L 301, 20.11.2007, p. 14.

    (6)  ĠU L 181, 14.7.2009, p. 27.

    (7)  ĠU L 181, 14.7.2009, p. 39.


    Top