EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0026

2011/26/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 14 ta’ Jannar 2011 li tawtorizza lill-Istati Membri jadottaw ċerti derogi skont id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (notifikata bid-dokument numru C(2010) 9724)

ĠU L 13, 18.1.2011, p. 64–93 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/26(1)/oj

18.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 13/64


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-14 ta’ Jannar 2011

li tawtorizza lill-Istati Membri jadottaw ċerti derogi skont id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 9724)

(2011/26/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 6(4) tagħha,

Billi:

(1)

L-Anness I, it-Taqsima I.3., l-Anness II, it-Taqsima II.3. u l-Anness III, it-Taqsima III.3 għad-Direttiva 2008/68/KE fihom listi ta’ derogi nazzjonali, li jippermettu li jitqiesu ċirkustanzi speċifiċi nazzjonali. Dawn il-listi għandhom jiġu aġġornati biex jinkludu derogi nazzjonali ġodda.

(2)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza, huwa xieraq li dawn it-Taqsimiet jiġu ssostitwiti kompletament.

(3)

Għalhekk, id-Direttiva 2008/68/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(4)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont il-fehma tal-Kumitat għat trasport tal-oġġetti perikolużi mwaqqaf mid-Direttiva 2008/68/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni huma awtorizzati li jimplimentaw id-derogi stipulati fiha dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom.

Dawn id-derogi għandhom jiġu applikati mingħajr diskriminazzjoni.

Artikolu 2

L-Anness I, it-Taqsima I.3, l-Anness II, it-Taqsima II.3. u l-Anness III, it-Taqsima III.3 għad-Direttiva 2008/68/KE huma emendati skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kummissjoni

Siim KALLAS

Viċi-President


(1)  ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13.


ANNESS

L-Anness I, it-Taqsima I.3, l-Anness II, it-Taqsima II.3 u l-Anness III, it-Taqsima III.3 għad-Direttiva 2008/68/KE huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness I, it-Taqsima I.3 hija sostitwita b’dan li ġej:

“I.3.   Derogi nazzjonali

Derogi għall-Istati Membri għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom abbażi tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/68/KE.

Numerazzjoni tad-derogi: RO-a/bi/bii-MS-nn

RO= Triq

a/bi/bii= l-Artikolu 6(2) a/bi/bii

MS= Taqsira għal Stat Membru

nn= numru tal-ordni

Ibbażat fuq l-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva 2008/68/KE

BE il-Belġju

RO–a–BE-1

Suġġett: Klassi 1 – Kwantitajiet żgħar.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.6

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: 1.1.3.6 tillimita l-kwantità ta’ splussivi għall-minjieri li tista’ tiġi trasportata f’vettura ordinarja għal 20 kg.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-operaturi ta’ ċentri ‘l bogħod minn żoni ta’ provvista jistgħu jkunu awtorizzati jġorru 25 kg ta’ dinamite jew splussiv qawwi u mhux aktar minn 300 detonatur f’vetturi motorizzati ordinarji, soġġett għall-kundizzjonijiet li għandhom ikunu stabbiliti mis-servizz dwar l-isplussivi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Article 111 de l’arrêté royal 23 septembre 1958 sur les produits explosifs.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–BE–2

Suġġett: It-trasport ta’ kontenituri vojta mhux imnaddfa li fihom kien hemm prodotti ta’ klassijiet differenti.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.6.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Indikazzjoni fuq id-dokument tat-trasport ‘kontenituri vojta mhux imnaddfa li fihom kien hemm prodotti ta’ klassijiet differenti’.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Deroga 6-97.

Kummenti: Deroga rreġistrata mill-Kummissjoni Ewropea bħala Nru 21 (skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–a–BE-3

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–a–UK-4.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–BE–4

Suġġett: eżenzjoni mir-rekwiżiti ADR kollha għat-trasport nazzjonali sa massimu ta’ 1 000 detettur joniku tad-duħħan minn djar privati għall-faċilità tat-trattament fil-Belġju minn ġol-punti tal-ġbir previsti fix-xenarju għall-ġbir selettiv tad-detetturi tad-duħħan.

Referenza għall-ADR: ir-rekwiżiti kollha.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE:

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-użu domestiku tad-detetturi joniċi tad-duħħan mhux sottomess għall-kontroll regolatorju mil-lat radjoloġiku la darba d-detettur tad-duħħan ikun ta’ tip approvat. It-trasport ta’ dawn id-detetturi tad-duħħan għal għand l-utent aħħari huwa wkoll eżentat mir-rekwiżiti ADR. (ara 2.2.7.1.2(d)).

Id-Direttiva 2002/96/KE dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) teżiġi l-ġbir selettiv tad-detetturi tad-duħħan użati ħalli jiġu trattati ċ-ċirkwiti elettroniċi u, għad-detetturi joniċi tad-duħħan, sabiex jitneħħew is-sustanzi radjoattivi. Biex dan il-ġbir selettiv ikun possibbli ġie żviluppat xenarju biex iħajjar lill-unitajiet domestiċi privati jieħdu d-detetturi tad-duħħan użati tagħhom f’punt tal-ġbir minn fejn dawn id-detetturi jkunu jistgħu jinġarru lejn il-faċilità tat-trattament xi drabi permezz ta’ punt tal-ġbir ieħor jew post ta’ ħżin immedjat.

Fil-punt tal-ġbir ikun hemm disponibbli kontenituri tal-metall li jesgħu sa massimu ta’ 1 000 detettur tad-duħħan. Minn dawn il-punti, kontenitur bħal dawn bid-detetturi tad-duħħan jista’ jiġi trasportat flimkien ma’ skart ieħor lejn maħżen intermedju jew lejn il-faċilità tat-trattament. Il-pakkett ikun ittikkettat bil-kliem ‘detettur tad-duħħan’.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: xenarju għall-ġbir selettiv tad-detetturi tad-duħħan huwa parti mill-kundizzjonijiet għat-tneħħija tal-istrumenti approvati previsti fl-Artikolu 3.1.d.2 tad-digriet irjali tal-20/7/2001: ir-regolament ġenerali dwar il-protezzjoni mir-radjazzjoni.

Kummenti: Din id-deroga hija meħtieġa sabiex ikun possibbli l-ġbir selettiv tad-detetturi joniċi tad-duħħan.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

DE il-Ġermanja

RO–a–DE-1

Suġġett: L-ippakkjar imħallat u t-tagħbija mħallta ta’ parts tal-karozzi bil-klassifikazzjoni 1.4G flimkien ma’ ċerti oġġetti perikolużi (n4).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.10 u 7.5.2.1.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar l-ippakkjar imħallat u t-tagħbija mħallta.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: NU 0431 u NU 0503 jistgħu jiġu mgħobbija flimkien ma’ ċerti oġġetti perikolużi (prodotti marbuta mal-manifattura tal-karozzi) f’ċerti ammonti, kif imniżżla fl-eżenzjoni. Ma għandux jinqabeż il-valur ta’ 1 000 (komparabbli ma’ 1.1.3.6.4).

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung —-GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 28.

Kummenti: Din l-eżenzjoni hija meħtieġa sabiex partijiet tas-sikurezza tal-karozzi jitwasslu bla telf ta’ żmien, skont id-domanda lokali. Minħabba l-firxa wiesgħa ta’ prodotti, il-ħażna ta’ dawn il-prodotti f’garaxxijiet lokali mhijiex komuni.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–DE-2

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit li jinġarr dokument tat-trasport u dikjarazzjoni tal-kunsinnatur għal ċerti kwantitajiet ta’ oġġetti perikolużi, kif iddefiniti f’1.1.3.6 (n1).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.1 u 5.4.1.1.6.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: kontenut tad-dokument tat-trasport.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għall-klassijiet kollha barra mill-Klassi 7: mhuwa meħtieġ l-ebda dokument tat-trasport, jekk il-kwantità tal-oġġetti trasportati ma taqbiżx il-kwantitajiet stipulati f’1.1.3.6.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung - GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 18.

Kummenti: It-tagħrif mogħti fl-immarkar u l-ittikkettar tal-pakketti jitqies suffiċjenti għat-trasport nazzjonali, peress li d-dokument tat-trasport mhux dejjem ikun xieraq fejn tidħol id-distribuzzjoni lokali.

Deroga rreġistrata mill-Kummissjoni Ewropea bħala Nru 22 (skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–DE-3

Suġġett: It-trasport tal-istandards tal-kejl u pompi tal-fjuwil (vojta, mhux imnaddfa).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: Dispożizzjonijiet għan-numri NU 1202, 1203 u 1223.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ippakkjar, immarkar, dokumenti, struzzjonijiet tat-trasport u l-maniġġ, struzzjonijiet għall-ekwipaġġ tal-vettura.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Speċifikazzjoni tar-regolamenti applikabbli u dispożizzjonijiet anċillari għall-applikazzjoni tad-deroga; sa 1 000 l: komparabbli ma’ pakketti vojta, mhux imnaddfa; aktar minn 1 000 l: Konformità ma’ ċerti regolamenti għat-tankijiet; trasport vojt u mhux imnaddaf biss.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung - GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 24.

Kummenti: Lista Nru 7, 38, 38a.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–DE-5

Suġġett: Awtorizzazzjoni għall-pakketti mħallta.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.10.4 MP2.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Projbizzjoni ta’ pakketti mħallta.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassijiet 1.4S, 2, 3 u 6.1; awtorizzazzjoni ta’ ppakkjar imħallat ta’ oġġetti fil-Klassi 1.4S (skrataċ għal armi żgħar), aerosols (Klassi 2) u materjali tat-tindif u t-trattamenti fil-Klassi 3 u 6.1 (in-numri NU elenkanti) kif lesti għal bejgħ f’ippakkjar imħallat fil-grupp II tal-ippakkjar u fi kwantitajiet żgħar.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung - GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 21.

Kummenti: Listi Nru 30*, 30a, 30b, 30c, 30d, 30e, 30f, 30g.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

DK Danimarka

RO–a–DK-1

Suġġett: It-trasport bit-triq ta’ pakketti jew oġġetti li fihom ikun hemm skart jew fdalijiet ta’ merkanzija perikoluża miġbura minn entitajiet domestiċi u ċerti impriżi biex jintremew.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: Il-partijiet 2, 3, 4.1, 5.2, 5.4 u 8.2.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Il-prinċipji għall-klassifikazzjoni, id-dispożizzjonijiet speċjali, id-dispożizzjonijiet tal-ippakkjar, id-dispożizzjonijiet tal-immarkar u l-ittikkettar, id-dokument tat-trasport u t-taħriġ.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-pakketti interni jew oġġetti li fihom ikun hemm skart jew fdalijiet ta’ oġġetti perikolużi li jkunu nġabru minn entitajiet domestiċi jew ċerti impriżi jistgħu jkunu ppakkjati flimkien fl-ippakkjar estern. Il-kontenut ta’ kull pakkett intern u/jew ta’ kull ippakkjar estern ma jridx jaqbeż il-limiti stabbiliti tal-massa jew tal-volum. Id-derogi mid-dispożizzjonijiet dwar il-klassifikazzjoni, l-ippakkjar, l-immarkar u l-ittikkettar, id-dokumentazzjoni u t-taħriġ.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 437 af 6. juni 2005 om vejtransport af farligt gods, § 4 stk. 3.

Kummenti: Mhuwiex possibbli li ssir klassifikazzjoni eżatta u jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-ADR kollha meta jinġabru skart jew fdalijiet ta’ oġġetti perikolużi, minn entitajiet domestiċi u ċerti impriżi, biex jintremew. L-iskart tipikament jinżamm f’pakketti li jkunu nbigħu f’bejgħ bl-imnut.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–DK–2

Suġġett: It-trasport bit-triq ta’ pakketti li jkun fihom sustanzi splussivi u ta’ pakketti li jkun fihom id-detonaturi fl-istess vettura.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5.2.2.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dispożizzjonijiet għall-ippakkjar imħallat.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-regoli tal-ADR għandhom jitħarsu meta jiġu trasportati oġġetti perikolużi bit-triq.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 729 of 15. august 2001 om vejtransport of farligt gods § 4, stk. l.

Kummenti: Teżisti ħtieġa prattika sabiex ikunu jistgħu jiġu ppakkjati sustanzi splussivi flimkien ma’ detonaturi fl-istess vettura meta dawn l-oġġetti jiġu trasportati minn fejn ikunu maħżuna lejn il-post tax-xogħol u lura.

Meta l-leġiżlazzjoni Daniża dwar it-trasport tal-oġġetti perikolużi tiġi emendata, l-awtoritajiet Daniżi se jippermettu dan it-trasport b’dawn il-kundizzjonijiet:

1.

Ma jkunux qed jiġu trasportati aktar minn 25 kg ta’ sustanzi splussivi taħt il-Grupp D.

2.

Ma jkunux qed jiġu trasportati aktar minn 200 biċċa ta’ detonaturi taħt il-Grupp B.

3.

Id-detonaturi u s-sustanzi splussivi għandhom ikunu ppakkjati separatament f’pakkjar ċertifikat min-NU skont ir-regoli stipulati fid-Direttiva 2000/61/KE li temenda d-Direttiva 94/55/KE.

4.

Id-distanza bejn il-pakketti li jkun fihom id-detonaturi u dawk li jkun fihom is-sustanzi splussivi għandha tkun mill-inqas metru (1). Id-distanza għandha titħares anki wara ż-żamma għall-għarrieda tal-brejkijiet. L-ippakkjar li jkun fih sustanzi splussivi u dak li fih detonaturi jrid jitpoġġa b’mod li ma jkunx possibbli li jitneħħa malajr mill-vettura.

5.

Iridu jitħarsu r-regoli kollha l-oħra dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi bit-triq.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

FI Finlandja

RO–a–FI-1

Suġġett: Trasport ta’ oġġetti perikolużi f’ċerti ammonti fix-xarabanks u materjali b’radjoattività baxxa fi kwantitajiet żgħar għal għanijiet ta’ kura tas-saħħa u r-riċerka.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1, 5.4.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dispożizzjonijiet għall-ippakkjar, dokumentazzjoni.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport ta’ oġġetti perikolużi f’ċerti ammonti inqas mil-limitu ta’ 1.1.3.6 b’massa massima netta ta’ mhux aktar minn 200 kg fix-xarabanks huwa permess mingħajr l-użu tad-dokument tat-trasport u mingħajr ma jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha tal-ippakkjar. Waqt it-trasport tal-materjali b’radjoattivà baxxa b’piż massimu ta’ 50 kg għal għanijiet ta’ kura tas-saħħa u għar-riċerka, il-vettura ma hemmx għalfejn tkun immarkata jew mgħammra skont l-ADR.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Liikenne- ja viestintäministeriön asetus vaarallisten aineiden kuljetuksesta tiellä (277/2002; 313/2003; 312/2005).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–a–FI-2

Suġġett: Deskrizzjoni tat-tankijiet vojta mniżżla fid-dokument tat-trasport.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.6

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dispożizzjonijiet speċjali għal pakketti vojta u mhux imnaddfa, vetturi, kontejners, tankijiet, vetturi tal-batteriji u kontenituri tal-gass ta’ elementi multipli (‘MEGCs’).

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Fil-każ ta’ vetturi bit-tank, vojta u mhux imnaddfa li fihom inġarru żewġ sustanzi jew aktar bin-numri NU 1202, 1203 u 1223, id-deskrizzjoni fid-dokumenti tat-trasport tista’ timtela bil-kliem ‘L-aħħar tagħbija’ flimkien ma’ isem il-prodott li għandu bl-aktar punt ta’ infjammabbiltà baxx. ‘Vettura bit-tank vojt, 3, l-aħħar tagħbija: NU 1203 Motor spirit, II’.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Liikenne- ja viestintäministeriön asetus vaarallisten aineiden kuljetuksesta tiellä (277/2002; 313/2003).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–FI–3

Suġġett: Tikkettar u mmarkar tal-unità tat-trasport għall-isplussivi.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.2.1.1.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dispożizzjonijiet ġenerali għall-immarkar tal-pjanċi oranġjo.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Unitajiet tat-trasport li jittrasportaw (normalment f’vannijiet) ammonti żgħar ta’ splussivi (sa massimu ta’ 1 000 kg (netti)) għall-barrieri u s-siti tax-xogħol jistgħu jiġu ttikkettati fuq quddiem u wara, bl-użu tal-plakards skont il-mudell Nru 1.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Liikenne- ja viestintäministeriön asetus vaarallisten aineiden kuljetuksesta tiellä (277/2002; 313/2003).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

FR Franza

RO–a–FR-2

Suġġett: It-trasport ta’ skart li joriġina minn attivitajiet ta’ kura li jinvolvu riskju ta’ infezzjoni kopert min-NU 3291 b’massa ta’ inqas minn jew sa 15-il kg.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: l-Annessi A u B.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-ADR għat-trasport ta’ skart li joriġina minn attivitajiet ta’ kura li jinvolvu riskju ta’ infezzjoni kopert min-NU 3291 b’massa ta’ inqas minn jew sa 15-il kg.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par route – Article 12.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–FR-5

Suġġett: It-trasport ta’ oġġetti perikolużi f’vetturi pubbliċi li jġorru l-passiġġieri (18).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 8.3.1.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: It-trasport ta’ passiġġieri u oġġetti perikolużi.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport ta’ oġġetti perikolużi għajr dawk tal-klassi 7, f’vetturi tat-trasport pubbliku awtorizzat bħala bagalja tal-idejn (hand luggage): japplikaw biss id-dispożizzjonijiet marbuta mal-ippakkjar, l-immarkar u l-ittikkettar ta’ pakki stabbiliti f’4.1, 5.2 u 3.4.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 29 mai 2009 relatif au transport des marchandises dangereuses par voies terrestres, annexe I paragraphe 3.1.

Kummenti: Oġġetti perikolużi għall-użu personali jew inkella għall-użu professjonali proprju biss jistgħu jinġarru f’bagalji tal-idejn. Huma permessi kontenituri portabbli tal-gass fl-ammonti meħtieġa għal vjaġġ wieħed għal pazjenti bi problemi respiratorji.

Data ta’ skadenza: id-29 ta’ Frar 2016.

RO–a–FR–6

Suġġett: It-trasport personali ta’ kwantitajiet żgħar ta’ oġġetti perikolużi (18).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Obbligu ta’ dokument tat-trasport.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport personali ta’ kwantitajiet żgħar ta’ oġġetti perikolużi għajr dawk tal-klassi 7, li ma jaqbżux il-limiti stabbiliti f’1.1.3.6. mhuwiex soġġett għall-obbligu li jkollu dokument tat-trasport kif stipulat f’5.4.1.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 29 mai 2009 relatif au transport des marchandises dangereuses par voies terrestres annexe I, paragraphe 3.2.1.

Data ta’ skadenza: id-29 ta’ Frar 2016.

IE Irlanda

RO–a–IE-1

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit ta’ 5.4.0 tal-ADR għal dokument tat-trasport għall-ġarr ta’ pestiċidi tal-Klass 3 tal-ADR, elenkati fi 2.2.3.3 bħala pestiċidi FT2 (b’punt ta’ infjammabbiltà < 23oC) u l-Klassi 6.1 tal-ADR, elenkati fil-punt 2.2.61.3 bħala pestiċidi likwidi T6 (b’temperatura biex jieħu n-nar ta’ anqas minn 23oC), fejn il-kwantitajiet ta’ oġġetti perikolużi li qed jinġarru ma jaqbżux il-kwantitajiet stipulati fil-punt 1.1.3.6 tal-ADR

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Rekwiżit għal dokument tat-trasport.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Mhuwiex meħtieġ dokument tat-trasport għall-ġarr ta’ pestiċidi tal-Klassijiet 3 u 6.1 tal-ADR, fejn il-kwantità tal-oġġetti perikolużi li tkun qed tinġarr ma taqbiżx il-kwantitajiet stipulati f’1.1.3.6 tal-ADR.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(9) of the ‘Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 2004’.

Kummenti: Rekwiżiti iebsa u bla ħtieġa għat-trasport lokali u t-tqassim ta’ dawn il-pestiċidi.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–IE-2

Suġġett: L-eżenzjoni, minn xi dispożizzjonijiet tal-ADR dwar l-ippakkjar, l-immarkar u l-ittikkettar ta’ kwantitajiet żgħar (inqas mil-limiti f’1.1.3.6) ta’ oġġetti pirotekniċi skaduti u bil-kodiċi tal-klassikazzjoni 1.3G, 1.4G u 1.4S tal-Klassi 1 tal-ADR, li għandhom in-numri rispettivi tal-identifikazzjoni tas-sustanza NU 0092, NU 0093, NU 0191, NU 0195, NU 0197, NU 0240, NU 0312, NU 0403, NU 0404 jew NU 0453 għal ġarr lejn l-eqreb kwartieri militari għar-rimi.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.6, 4.1, 5.2 u 6.1.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Rimi ta’ materjal pirotekniku skadut.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dispożizzjonijiet tal-ADR dwar l-ippakkjar, l-immarkar u l-ittikkettar ta’ materjal pirotekniku skadut, bin-numri rispettivi NU 0092, NU 0093, NU 0191, NU 0195, NU 0197, NU 0240, NU 0312, NU 0403, NU 0404 jew NU 0453 għall-ġarr lejn l-eqreb kwartieri militari ma japplikawx sakemm id-dispożizzjonijiet ġenerali għall-ippakkjar tal-ADR jiġu rispettati u tagħrif addizzjonali jiġi inkluż fid-dokument tat-trasport. Dan japplika biss għat-trasport lokali, lejn l-eqreb kwartieri militari, ta’ kwantitajiet żgħar ta’ dan il-materjal pirotekniku skadut bl-għan li jiġu eliminati b’mod sikur.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(10) of the ‘Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 2004’.

Kummenti: Il-ġarr ta’ kwantitajiet żgħar ta’ raġġi (flares) ‘skaduti’ għall-emerġenza fuq il-baħar, speċjalment minn sidien ta’ dgħajjes għad-delizju u minn fornituri marittimi, lejn kwartieri militari biex jintremew b’mod sikur, partikolarment b’rabta mar-rekwiżiti tal-ippakkjar. Id-deroga hija għall-kwantitajiet żgħar (anqas minn dawk speċifikati f’1.1.3.6) għat-trasport lokali.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–IE-3

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżiti ta’ 6.7 u 6.8, fir-rigward tat-trasport bit-triq ta’ tankijiet tal-ħażna nominalment vojta u mhux imnaddfa (għall-ħżin f’postijiet fissi), bl-għan li jitnaddfu, jissewwew, jiġu ttestjati jew skreppjati.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 6.7 u 6.8.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Rekwiżiti għad-disinn, il-kostruzzjoni, l-ispezzjoni u l-ittestjar tat-tankijiet.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni mir-rekwiżiti ta’ 6.7 u 6.8 tal-ADR għat-trasport bit-triq ta’ tankijiet tal-ħażna mhux imnaddfa u nominalment vojta (għall-ħżin f’postijiet fissi), għall-finijiet ta’ tindif, tiswija, ittestjar jew skreppjar, bil-kondizzjoni li (a) ikunu tneħħew il-pajpijiet li kienu konnessi mat-tank sakemm raġonevolment possibbli li jitneħħew; jitwaħħal valv tal-pressjoni adatt fit-tank u li għandu jibqa’ operattiv matul il-ġarr; u (c) mingħajr preġudizzju għall-kondizzjoni (b) l-aperturi kollha fit-tank u fil-pajpijiet mwaħħla magħhom ġew issiġillati sabiex jipprevjenu kull ħruġ ta’ oġġetti perikolużi, sakemm ikun raġonevolment fattibbli.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Emenda proposta għal ‘Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004’.

Kummenti: Dawn it-tankijiet jintużaw għall-ħżin ta’ sustanzi f’postijiet fissi u mhux għat-trasport ta’ oġġetti. Dawn ikun fihom kwantitajiet żgħar ħafna ta’ oġġetti perikolużi waqt li huma (it-tankijiet) ikunu trasportati lejn stabbilimenti differenti għat-tindif, tiswija, eċċ.

Preċedentement skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–IE-4

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżiti ta’ 5.3, 5.4, 7 u mill-Anness B tal-ADR, fir-rigward tal-ġarr ta’ ċilindri tal-gass li jintużaw f’distributuri awtomatiċi (tax-xorb) meta jinġarru fuq l-istess vettura max-xorb (li ser jintużaw għalih).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3, 5.4, 7 u l-Anness B.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: L-immarkar tal-vetturi, id-dokumentazzjoni li għandha tinġarr u d-dispożizzjonijiet dwar it-tagħmir u l-operazzjonijiet tat-trasport.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni mir-rekwiżiti ta’ 5.3, 5.4, 7 u mill-Anness B għall-ADR għaċ-ċilindri tal-gass li jintużaw fid-distributuri awtomatiċi tax-xorb, meta dawn iċ-ċilindri tal-gass ikunu qed jinġarru fuq l-istess vettura max-xorb (li ser jintużaw għalih).

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Emenda proposta għal ‘Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004’.

Kummenti: L-attivitajiet prinċipali jikkonsistu fit-tqassim ta’ pakketti tax-xorb, li ma jkunux sustanzi skont l-ADR, flimkien ma’ kwantitajiet żgħar ta’ ċilindri żgħar ta’ gassijiet assoċċjati mal-użu fix-xorb.

Preċedentement skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–IE–5

Suġġett: Eżenzjoni, għat-trasport nazzjonali fl-Irlanda, mir-rekwiżiti dwar il-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-kontenituri, u mid-dispożizzjonijiet dwar l-użu tagħhom, li jinsabu fi 6.2 u 4.1 tal-ADR, għaċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni tal-gassijiet tal-Klassi 2 li ġew trasporti b’mod multimodali, fosthom dak marittimu, sakemm (i) dawn iċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni jkunu nbnew, ittestjati u użati skont il-kodiċi IMDG, (ii) dawn iċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni ma jkunux imtlew mill-ġdid fl-Irlanda iżda ttieħdu lura nominalment vojta lejn il-pajjiż tal-oriġini tal-vjaġġ b’trasport multimodali, u (iii) dawn iċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni jitqassmu lokalment fi kwantitajiet żgħar.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.4.2, 4.1 u 6.2.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Id-dispożizzjonijiet dwar il-vjaġġi b’trasport multimodali, fosthom it-trasport marittimu, l-użu ta’ ċilindri u krietel tal-kompressjoni għall-gassijiet tal-Klassi 2 tal-ADR, u l-kostruzzjoni u l-ittestjar ta’ dawn iċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni għall-gassijiet tal-Klassi 2 tal-ADR.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dispożizzjonijiet ta’ 4.1 u 6.2 ma japplikawx għaċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni għall-gassijiet tal-Klassi 2, sakemm (i) dawn iċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni jkunu nbnew u ttestjati skont il-kodiċi IMDG, (ii) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jintużaw skont il-kodiċi IMDG, (iii) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jkunu ġew trasportati lejn il-kunsinnatur permezz ta’ trasport multimodali, fosthom il-ġarr marittimu, (iv) it-trasport ta’ dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni sa għand l-utent aħħari sar fi vjaġġ wieħed, f’ġurnata waħda, mid-destinatarju tal-operazzjoni tat-trasport multimodali (imsemmi fi (iii)), (v) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni ma jkunux imtlew mill-ġdid fi ħdan l-Istat u jittieħdu lura nominalment vojta lejn il-pajjiż tal-oriġini tal-operazzjoni ta’ trasport multimodali (imsemmi fi (iii)) u (vi) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jkunu tqassmu lokalment fi ħdan l-Istat fi kwantitajiet żgħar.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Emenda proposta għal ‘Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004’.

Kummenti: Il-gassijiet li jinsabu f’dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni għandhom speċifikazzjonijiet, mitluba mill-utent aħħari, li jirriżultaw fil-ħtieġa li jiġu importati minn barra ż-żona ADR. Ladarba użati, dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni nominalment vojta jeħtieġ jittieħdu lura fil-pajjiż tal-oriġini, sabiex jimtlew mill-ġdid bil-gassijiet partikolarment speċifikati - ma għandhomx jimtlew mill-ġdid fl-Irlanda u lanqas f’ebda parti oħra taż-żona ADR. Minkejja li mhumiex konformi mal-ADR, huma konformi ma’ u aċċettati għall-għanijiet tal-kodiċi IMDG. It-trasport multimodali, li jibda barra ż-żona ADR, huwa maħsub sabiex jintemm fil-bini tal-importatur, fejn ikun intenzjonat li ċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jitqassmu fi kwantitajiet żgħar lill-utent aħħari lokalment fl-Irlanda. Dan il-ġarr, fl-Irlanda jaqa’ fl-ambitu tal-Artikolu 6(9) tad-Direttiva 94/55/KE, kif emendat.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

LT Litwanja

RO–a–LT–1

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–a–UK–6.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Lietuvos Respublikos Vyriausybës 2000 m. kovo 23 d. nutarimas Nr. 337 ‘Dël pavojingø kroviniø veþimo keliø transportu Lietuvos Respublikoje’ (Riżoluzzjoni tal-Gvern Nru 337 dwar it-Trasport ta’ Oġġetti bit-Triq fir-Repubblika tal-Litwanja, adottata fit-23 ta’ Marzu 2000).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

UK ir-Renju Unit

RO–a–UK-1

Suġġett: Il-ġarr ta’ ċerti oġġetti li jkun fihom materjal radjoattiv ta’ periklu baxx bħal arloġġi, arloġġi tal-idejn, detetturi tad-duħħan, boxxli (E1).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: Ħafna mir-rekwiżiti tal-ADR.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Rekwiżiti għall-ġarr ta’ materjal tal-Klassi 7.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni totali mid-dispożizzjonijiet tar-regolamenti nazzjonali għal ċerti prodotti kummerċjali li fihom kwantitajiet limitati ta’ materjal radjoattiv. (Tagħmir luminuż maħsub sabiex jintlibes min-nies; fi kwalunkwe vettura jew vettura ferrovjarja mhux iktar minn 500 detettur tad-duħħan għall-użu domestiku b’attività individwali li ma taqbiżx l-40 kBq; jew fi kwalunkwe vettura jew vettura ferrovjarja mhux aktar minn ħames biċċiet tagħmir tad-dawl bil-gass tat-tritju b’attività individwali li ma taqbiżx l-10 GBq).

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Radioactive Material (Road Transport) Regulations 2002: Regulation 5(4) (d). The Carriage of Dangerous Goods u Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 3(10).

Kummenti: Din id-deroga hija miżura għal żmien qasir, li ma tibqax aktar meħtieġa meta emendi simili għar-regolamenti tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (‘IAEA’) jiġu inkorporati fl-ADR.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–UK-2

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit li jinġarr dokument tat-trasport għal ċerti kwantitajiet ta’ oġġetti perikolużi (minbarra tal-Klassi 7) kif iddefinit fi 1.1.3.6 (E2).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.6.2 u 1.1.3.6.3.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Eżenzjonijiet minn ċerti rekwiżiti għal ċerti kwantitajiet għal kull unità ta’ trasport.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dokument tat-trasport mhux meħtieġ għal kwantitajiet limitati, bl-eċċezzjoni fejn dawn jifformaw parti minn tagħbija akbar.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods u Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 3(7)(a).

Kummenti: Din l-eżenzjoni hija adatta għat-trasport nazzjonali, fejn dokument tat-trasport ma jkunx dejjem xieraq fil-każijiet li jinvolvu d-distribuzzjoni lokali.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–UK-3

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit għall-vetturi li jġorru materjal ta’ radjoattività ta’ livell baxx biex iġorru tagħmir tat-tifi tan-nar (E4).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 8.1.4.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Rekwiżit għall-vetturi li jġorru fuqhom apparat tat-tifi tan-nar.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Jitneħħa r-rekwiżit biex jinġarru ċilindri tat-tifi tan-nar meta jkun qed jiġi trasportat biss pakketti ta’ eċċezzjoni (NU 2908, 2909, 2910 u 2911).

Jipprevedi rekwiżit inqas strett meta jinġarr biss għadd żgħir ta’ pakketti.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Radioactive Material (Road Transport) Regulations 2002: Regulation 5(4)(d).

Kummenti: Il-ġarr ta’ tagħmir tat-tifi tan-nar huwa fil-prattika irrilevanti għat-trasport ta’ NU 2908, 2909, 2910, NU 2911, li ħafna drabi jkunu jistgħu jinġarru f’vetturi żgħar.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–a–UK-4

Suġġett: Id-distribuzzjoni ta’ oġġetti fl-pakketti intern lill-bejjiegħa bl-imnut jew lill-utenti (bl-esklużjoni ta’ dawk tal-Klassijiet 1, 4.2, 6.2 u 7) minn depożiti ta’ distribuzzjoni lokali lill-bejjiegħa bl-imnut jew lill-utenti u mill-bejjiegħa bl-imnut lill-utenti aħħarija (N1).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 6.1.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-pakketti.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-ippakkjar ma jeħtiġlux ikollu l-marka RID/ADR jew NU u lanqas immarkat b’xi mod ieħor jekk ikun fih oġġetti stipulati fl-Iskeda 3.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods u Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 7(4) u Regulation 36 Authorisation Number 13.

Kummenti: Ir-rekwiżiti tal-ADR mhumiex adegwati għall-aħħar stadji ta’ ġarr minn depożitu ta’ distribuzzjoni għal għand bejjiegħ bl-imnut jew utent jew minn bejjiegħ bl-imnut għal għand utent aħħari. L-għan ta’ din id-deroga huwa li tippermetti li l-kontenituri interni tal-oġġetti għad-distribuzzjoni jinġarru fl-aħħar parti tal-vjaġġ tad-distribuzzjoni lokali mingħajr l-ippakkjar estern.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–UK-5

Suġġett: Sabiex tkun permessa ‘kwantità massima totali differenti għal kull unità ta’ trasport’ għall-oġġetti tal-Klassi 1 fil-kategoriji 1 u 2 tat-Tabella f’1.1.3.6.3 (N10).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.6.3 u 1.1.3.6.4.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Eżenzjonijiet marbuta mal-kwantitajiet li jinġarru f’kull unità ta’ trasport.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Jistabbilixxi r-regoli dwar l-eżenzjonijiet għal kwantitajiet limitati u tagħbija mħallta ta’ splussivi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Explosives by Road Regulations 1996, reg. 13 u Schedule 5; reg. 14 u Schedule 4.

Kummenti: Biex tippermetti limiti differenti ta’ kwantitajiet għall-oġġetti tal-Klassi 1, jiġifieri ‘50’ għall-Kategorija 1 u ‘500’ għall-Kategorija 2. Sabiex tkun tista’ tiġi kkalkolata tagħbija mħallta, il-fatturi tal-multiplikazzjoni għandhom ikunu ‘20’ għall-Kategorija tat-Trasport 1 u ‘2’ għall-Kategorija tat-Trasport 2.

Preċedentement skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–UK-6

Suġġett: Iż-żieda tal-massa massima netta ta’ splussiv permessibbli f’vetturi EX/II (N13).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5.5.2.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Limitazzjonijiet fuq il-kwantitajiet ta’ sustanzi u oġġetti splussivi li jinġarru.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Limitazzjonijiet fuq il-kwantitajiet ta’ sustanzi u oġġetti splussivi li jinġarru.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Explosives by Road Regulations 1996, reg. 13, Schedule 3.

Kummenti: Ir-Regolamenti tar-Renju Unit jippermettu massa massima netta ta’ 5 000 kg f’vetturi tat-Tip II għall-Gruppi ta’ Kompatibbiltà 1.1C, 1.1D, 1.1E u 1.1J.

Ħafna oġġetti tal-Klassi 1.1C, 1.1D, 1.1E u 1.1J li jiċċaqalqu fl-Ewropa huma kbar jew goffi u bejn wieħed u ieħor jaqbżu t-tul ta’ 2,5 m. Primarjament ikunu oġġetti splussivi għall-użu militari. Il-limitazzjonijiet fuq il-kostruzzjoni tal-vetturi EX/III (li jeħtieġu jkunu vetturi magħluqa) jagħmluha ferm diffiċli sabiex dawn l-oġġetti jitgħabbew u jinħattu. Xi oġġetti jkunu jeħtieġu tagħmir tat-tagħbija u l-ħatt speċjalizzat kemm fil-bidu kif ukoll fit-tmiem tal-vjaġġ. Fil-prattika dan it-tagħmir rarament jeżisti. Hemm biss ftit vetturi EX/III użati fir-Renju Unit u jkun ta’ piż kbir fuq l-industrija jekk tintalab il-kostruzzjoni ta’ aktar vetturi EX/III speċjalizzati biex jġorru dan it-tip ta’ splussiv.

Fir-Renju Unit, l-isplussiv militari jinġarr l-aktar b’vetturi kummerċjali u għalhekk ma jistgħux japprofittaw ruħhom mill-eżenzjoni għall-vetturi militari li teżisti fid-Direttiva Qafas. Sabiex tingħeleb din il-problema, ir-Renju Unit minn dejjem ippermetta l-ġarr sa 5 000 kg minn dawn l-oġġetti f’vetturi EX/II. Il-limitu attwali mhux dejjem suffiċjenti għaliex oġġett jista’ jkun fih aktar minn 1 000 kg ta’ splussiv.

Mill-1950 seħħew biss żewġ inċidenti (it-tnejn li huma fis-snin 50) li kienu jinvolvu splussiv li kien jiżen aktar minn 5 000 kg. L-inċidenti ġraw meta ħa n-nar tajer u minn sistema taħraq tal-egżost li tat in-nar lill-għata tad-drapp. In-nirien setgħu qabdu b’tagħbija iżgħar. Ma kien hemm l-ebda vittma jew korrimenti.

Hemm evidenza empirika li tindika li oġġetti splussivi ppakkjati sew ma tantx jieħdu b’daqqa, eż. f’inċident tat-traffiku. L-evidenza minn rapporti militari u minn dejta ta’ provi tal-impatt ta’ missili juru li sabiex jieħdu l-iskrataċ għandhom bżonn veloċità tal-impatt akbar minn dik li tintlaħaq waqt prova ta’ tfigħ minn għoli ta’ 12-il metru.

L-istandards attwali ta’ sikurezza ma jkunux milquta.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–UK-7

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżiti ta’ superviżjoni għal kwantitajiet żgħar ta’ ċerti oġġetti tal-Klassi 1 (N12).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 8.4 u 8.5 S1(6).

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-rekwiżiti ta’ superviżjoni għal vetturi li jġorru ċerti kwantitajiet ta’ oġġetti perikolużi.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tipprovdi għal parkeġġ sikur u faċilitajiet ta’ superviżjoni iżda ma teżiġix li ċerti tagħbijiet tal-Klassi 1 issirilhom superviżjoni kostanti kif inhu meħtieġ fi 8.5 S1(6) tal-ADR.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 1996, Regulation 24.

Kummenti: Ir-rekwiżiti ta’ superviżjoni tal-ADR mhumiex dejjem fattibbli f’kuntest nazzjonali.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–UK-8

Suġġett: It-tħaffif tar-restrizzjonijiet fuq it-trasport ta’ tagħbija mħallta ta’ splussivi, u ta’ splussiv ma’ oġġetti perikolużi oħra, f’vaguni, f’vetturi u f’kontejners (N4/5/6).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5.2.1 u 7.5.2.2.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-restrizzjonijiet fuq ċerti tipi ta’ tagħbija mħallta.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni nazzjonali hija inqas restrittiva fir-rigward ta’ tagħbija mħallta ta’ splussivi, sakemm dan il-ġarr ikun jista’ jitwettaq mingħajr riskju.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 1996, reg. 18.

Kummenti: Ir-Renju Unit jixtieq jippermetti xi varjazzjonijiet fir-regoli tat-tħallit tal-isplussiv ma’ splussiv ieħor kif ukoll ta’ splussiv ma’ oġġetti perikolużi oħra. Kwalunkwe varjazzjoni ser ikollha limitu ta’ kwantità fuq wieħed jew aktar mill-partijiet kostitwenti tat-tagħbija u tkun permessa biss jekk ‘ikunu ttieħdu l-miżuri raġonevolment prattikabbli kollha sabiex jipprevjenu li l-isplussiv jiġi f’kuntatt ma’, jew b’xi mod jipperikola jew ikun mhedded minn dawn l-oġġetti’.

Eżempji ta’ varjazzjonijiet li r-Renju Unit jista’ jrid jippermetti:

1.

Splussiv bin-numri tal-klassifikazzjoni NU 0029, 0030, 0042, 0065, 0081, 0082, 0104, 0241, 0255, 0267, 0283, 0289, 0290, 0331, 0332, 0360 jew 0361 jista’ jinġarr fl-istess vettura ma’ oġġetti perikolużi bin-numru tal-klassifikazzjoni NU 1942. Il-kwantità ta’ NU 1942 permessa li tinġarr għandha tkun limitata billi titqies bħala splussiv ta’ 1.1D.

2.

Splussivi kklassifikati bin-Numri NU 0191, 0197, 0312, 0336, 0403, 0431, u 0453 jistgħu jinġarru fl-istess vettura ma’ oġġetti perikolużi (bl-eċċezzjoni ta’ gassijiet fjammabbli, sustanzi infettivi u sustanzi tossiċi) tal-kategorija 2 tat-trasport jew tal-oġġetti perikolużi tal-kategorija 3 tat-trasport, jew kull taħlita tagħhom, sakemm li l-massa jew il-volum totali ta’ oġġetti perikolużi tal-kategorija 2 tat-trasport ma jaqbiżx il-500 kg jew litru u l-massa totali netta ta’ dawn l-splussivi ma taqbiżx il-500 kg;

3.

Splussiv ta’ 1,4G jista’ jinġarr flimkien ma’ likwidi u gassijiet fjammabbli fil-kategorija tat-trasport 2 jew ma’ gassijiet li mhumiex fjammabbli jew tossiċi fil-kategorija tat-trasport 3, jew f’xi taħlita tagħhom fl-istess vettura, sakemm li l-massa jew il-volum totali ta’ oġġetti perikolużi flimkien ma jaqbiżx il-200 kg jew litru u l-massa totali netta ta’ splussiv ma taqbiżx l-20 kg.

4.

Oġġetti splussivi bin-numri tal-klassifikazzjoni NU 0106, 0107 jew 0257 jistgħu jinġarru ma’ oġġetti splussivi fil-Grupp ta’ Kompatibbiltà D, E jew F li tagħhom huma komponenti. Il-kwantità totali ta’ splussivi bin-Numri NU 0106, 0107 jew 0257 ma għandhiex taqbeż l-20 kg.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–UK–9

Suġġett: Alternattiva biex jintwerew il-pjanċi oranġjo għal konsenji żgħar ta’ materjal radjoattiv f’vetturi żgħar.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.2.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-rekwiżit biex jintwerew il-pjanċi oranġjo f’vetturi żgħar li jkunu qed iġorru materjal radjoattiv.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tippermetti kwalunkwe deroga approvata b’dan il-proċess. Id-deroga meħtieġa hija:

Il-vetturi jrid jew:

(a)

ikollhom plakard skont id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-paragrafu 5.3.2 tal-ADR; or

(b)

fil-każ ta’ vettura li jġorr mhux aktar minn għaxar pakketti b’materjal radjoattiv mhux fissili jew inkella li jista’ jsir fissiliu fejn is-somma tal-indiċi tat-trasport ta’ dawn il-pakketti ma taqbiżx il-valur ta’ 3, tista’ minflok iġġorr nota f’konformità mar-rekwiżiti elenkati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Radioactive Material (Road Transport) Regulations 2002 Regolament 5 (4)(d).

Kummenti:

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–UK-10

Suġġett: It-trasport ta’ skart li joriġina minn attivitajiet ta’ kura li jinvolvu riskju ta’ infezzjoni kopert min-NU 3291 b’massa ta’ inqas minn jew sa 15-il kg.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: id-dipożizzjonijiet kollha.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-Anness I, it-Taqsima I.1 għat-trasport ta’ skart li joriġina minn attivitajiet ta’ kura li jinvolvu riskju ta’ infezzjoni kopert min-NU 3291 b’massa ta’ inqas minn jew sa 15-il kg.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Din id-deroga hija maħsuba biex tinħareġ fl-ambitu ta’ The Carriage of Dangerous Goods u Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2011.

Data ta’ skadenza: l-1 ta’ Jannar 2017.

Ibbażat fuq l-Artikolu 6(2)(b)(i) tad-Direttiva 2008/68/KE

BE il-Belġju

RO–bi–BE–1

Suġġett: It-trasport fil-viċinanzi ta’ żoni industrijali, inkluż it-trasport f’toroq pubbliċi.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: l-Annessi A u B.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: l-Annessi A u B.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-derogi li jikkonċernaw id-dokumentazzjoni, l-ittikkettar u l-immarkar ta’ pakketti, kif ukoll iċ-ċertifikat tas-sewwieq.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Derogi 2-89, 4-97 u 2-2000.

Kummenti: Oġġetti perikolużi trasferiti minn post għall-ieħor:

deroga 2-89: qsim ta’ awtostrada pubblika (kimiki f’pakketti);

deroga 4-97: distanza ta’ 2 km (lingotti tal-ħadid (pig-iron) f’temperatura ta’ 600 °C);

deroga 2-2000: distanza ta’ madwar 500 m (Intermediate Bulk Container (‘IBC’), PG II, III, Klassijiet 3, 5.1, 6.1, 8 u 9).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–BE-3

Suġġett: It-taħriġ għas-sewwieqa.

It-trasport lokali ta’ NU 1202, 1203 u 1223 f’pakketti u f’tankijiet (fil-Belġju, f’raġġ ta’ 75 km mill-post tal-uffiċċju reġistrat).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 8.2.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva:

Struttura tat-taħriġ:

1.

Taħriġ dwar il-pakketti;

2.

Taħriġ dwar it-tankijiet;

3.

Taħriġ speċjali dwar il-Klassi 1

4.

Taħriġ speċjali dwar il-Klassi 7.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Definizzjonijiet — ċertifikat — ħruġ — duplikati — validità u proroga — organizzazzjoni ta’ korsijiet u eżamijiet — derogi — penali — dispożizzjonijiet finali.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għandha tiġi speċifikata f’regolament imminenti.

Kummenti: Huwa propost li jingħata kors inizjali segwit minn eżami limitat għat-trasport tan-NU 1202, 1203 u 1223 f’pakketti u f’tankijiet f’raġġ ta’ 75 km mill-post tal-uffiċċju reġistrat – it-tul tat-taħriġ irid ikun skont ir-rekwiżiti tal-ADR – wara ħames (5) snin is-sewwieq irid isegwi kors ta’ aġġornament u jgħaddi minn eżami – iċ-ċertifikat jistipula t-‘trasport nazzjonali ta’ NU 1202, 1203 u 1223 skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/68/KE’.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–BE-4

Suġġett: Trasport ta’ oġġetti perikolużi f’tankijiet biex jinqerdu permezz tal-inċinerazzjoni.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 3.2.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Permezz ta’ deroga mit-tabella fi 3.2, huwa permess l-użu ta’ kontenitur tank bil-kodiċi tat-tank L4BH minflok il-kodiċi tat-tank L4DH għat-trasport ta’ likwidu idroreattiv, tossiku, III, mhux speċifikati b’mod ieħor f’ċerti kundizzjonijiet.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Dérogation 01–2002.

Kummenti: Dan ir-regolament jista’ jkun applikat biss għat-trasport ta’ skart perikoluż fuq distanzi qosra.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–BE-5

Suġġett: Ġarr ta’ skart lejn impjanti ta’ żmaltiment tal-iskart.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.2, 5.4, 6.1 (ir-regolament l-antik: A5, 2X14, 2X12).

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Klassifikazzjoni, immarkar u rekwiżiti li jikkonċernaw l-ippakkjar.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Minflok ma jiġi kklassifikat l-iskart skont l-ADR, l-iskart jinqasam fi gruppi differenti (solventi fjammabbli, żebgħa, aċidi, batteriji, eċċ.) sabiex ikunu evitati reazzjonijiet perikolużi fi ħdan xi grupp. Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni tal-ippakkjar huma inqas restrittivi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrête royal relatif au transport de marchandises dangereuses par route.

Kummenti: Dan ir-regolament jista’ jintuża għall-ġarr ta’ kwantitajiet żgħar ta’ skart sal-impjanti tar-rimi.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–BE-6

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–SE-5

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–BE-7

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–SE-6

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–BE-8

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–UK-2

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

DE il-Ġermanja

RO–bi–DE–1

Suġġett: Tneħħija ta’ ċerti indikazzjonijiet fid-dokument tat-trasport (n2).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.1.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Il-kontenut tad-dokument tat-trasport.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għall-klassijiet kollha barra l-Klassijiet 1 (bl-eċċezzjoni ta’ 1.4S), 5.2 u 7:

Ebda indikazzjoni mhija meħtieġa fid-dokument tat-trasport:

(a)

għad-destinatarju fil-każ ta’ distribuzzjoni lokali (bl-eċċezzjoni għal tagħbija mimlija u għat-trasport f’ċerti rotot);

(b)

għall-ammont u t-tipi tal-ippakkjar, jekk 1.1.3.6 ma jkunx applikat u jekk il-vettura tkun f’konformità mad-dispożizzjonijiet kollha tal-Annessi A u B;

(c)

għal tankijiet vojta u mhux imnaddfa, id-dokument tat-trasport tal-aħħar tagħbija huwa biżżejjed.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung - GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 18.

Kummenti: L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha ma tkunx prattikabbli fir-rigward tat-tip tat-traffiku konċernat.

Deroga rreġistrata mill-Kummissjoni Ewropea bħala Nru 22 (skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–DE-2

Suġġett: Trasport bl-ingrossa ta’ materjal tal-Klassi 9 kontaminat bil-PCB.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 7.3.1.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Trasport bl-ingrossa.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Awtorizzazzjoni għat-trasport bl-ingrossa f’kabini interkambjabbli (swap bodies) jew kontejners issiġillati tal-vetturi biex ma jidħolx trab jew likwidi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung - GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 11.

Kummenti: Deroga 11 limitata sal-31.12.2004; mill-2005, l-istess dispożizzjonijiet fl-ADR u fl-RID.

Ara wkoll il-Ftehim Multilaterali M137.

Lista Nru 4*.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–DE-3

Suġġett: Trasport ta’ skart perikoluż ippakkjat.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 1 sa 5.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Klassifikazzjoni, ippakkjar u mmarkar.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassijiet 2 sa 6.1, 8 u 9: Ippakkjar kumbinat u trasport ta’ skart perikoluż f’pakketti u IBCs; l-iskart irid ikun ippakkjat f’pakketti intern (kif miġbura) u maqsum f’kategoriji speċifiċi ta’ skart (biex ikunu evitati reazzjonijiet perikolużi f’xi grupp ta’ skart); użu ta’ struzzjonijiet speċjali bil-miktub relatati mal-gruppi ta’ skart u bħala polza tat-tagħbija; ġbir ta’ skart domestiku u tal-laboratorji, eċċ.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung - GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 20.

Kummenti: Lista Nru 6*.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–DE-4

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–BE-1.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: —

Data ta’ skadenza: l-1 ta’ Jannar 2017.

RO-bi–DE-5

Suġġett: Trasport lokali ta’ NU 3343 (taħlita ta’ nitrogliċerina, disensitizzata, likwida, fjammabbli, mhux speċifikata mod ieħor, b’mhux inqas minn 30 % ta’ nitrogliċerina skont il-massa) f’kontenituri tank, b’deroga mis-subtaqsima 4.3.2.1.1. tal-Anness I, it-Taqsima I.1. għad-Direttiva 2008/68/KE.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE 3.2, 4.3.2.1.1.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar l-użu ta’ kontenituri tank.

Il-kontenut tad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: trasport lokali tan-nitrogliċerina (NU 3343) f’kontenituri tank, fuq distanzi qosra, soġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

1.   Rekwiżiti għall-kontenituri tank

1.1.

Jistgħu jintużaw biss il-kontenituri tank li huma awtorizzati speċifikament għal dan l-iskop, li f’kuntesti oħra jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet dwar il-kostruzzjoni, it-tagħmir, l-awtorizzazzjoni ta’ mudelli ta’ kostruzzjoni, testijiet, tikkettar u operat fil-Kapitolu 6.8 tal-Anness I, Taqsima I.1 għad-Direttiva 2008/68/KE.

1.2.

Il-mekkaniżmu ta’ għeluq tal-kontenituri tank għandu jkollu sistema ta’ rilaxx tal-pressjoni li titla’ sa pressjoni interna ta’ 300 kPa (3 bar) ogħla mill-pressjoni normali u permezz ta’ dan tillibera apertura li tħares ‘il fuq b’erja għar-rilaxx tal-pressjoni ta’, mill-inqas, 135 ċm2 (dijametru ta’ 132 mm). L-apertura ma għandhiex tingħalaq mill-ġdid wara li tiġi attivata. Bħala stallazzjoni ta’ sikurezza, jistgħu jintużaw wieħed mill-elementi ta’ sikurezza jew aktar, bl-istess proċess ta’ attivazzjoni u erja għar-rilaxx tal-pressjoni korrispondenti. It-tip ta’ kostruzzjoni tal-istallazzjoni ta’ sikurezza jeħtieġ li jkun għadda, b’suċċess, minn ittestjar tat-tip u approvazzjoni tat-tip mill-awtorità responsabbli.

2.   It-tikkettar

Kull kontenitur tank għandu jkun ittikkettat fuq iż-żewġ naħat b’tikketta ta’ periklu skont il-mudell 3 fis-subtaqsima 5.2.2.2.2 tal-Anness I, it-Taqsima I.1 għad-Direttiva 2008/68/KE.

3.   Dispożizzjonijiet operattivi

3.1.

Għandu jiġi żgurat li waqt it-trasport, in-nitrogliċerina tkun iddistribwita b’mod indaqs fil-midjum ta’ flemmatizzazzjoni u li ma tkun tista’ sseħħ l-ebda separazzjoni tal-komponenti tat-taħlita.

3.2.

Waqt it-tagħbija u l-ħatt, mhuwiex permess li xi ħadd jibqa’ ġol-vettura jew fuqha, ħlief biex jiġi operat it-tagħmir għat-tagħbija u l-ħatt.

3.3.

Fil-post tal-ħatt, il-kontenituri tank għandhom jiġu kompletament imbattla. Jekk ma jistgħux jiġu kompletament imbattla, dawn għandhom jiġu magħluqa b’mod issikkat wara l-ħatt sakemm jerġgħu jimtlew.

Referenza oriġinali għad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: deroga North Rhine-Westphalia

Rimarki: Dan jikkonċerna t-trasport lokali f’kontenituri tank bit-triq fuq distanzi qosra bħala parti minn proċess industrijali bejn żewġ siti ta’ produzzjoni fissi. Sabiex jiġi mmanifatturat prodott farmaċewtiku, sit tal-produzzjoni A jipprovdi, bħala parti minn trasport konformi mar-regola, f’kontenturi tank tas-600 l, soluzzjoni reżina, fjammabbli (NU 1866), grupp tal-ippakkjar II, lis-sit ta’ produzzjoni B. Hawnhekk, soluzzjoni tan-nitrogliċerina tiġi miżjuda u jsir it-taħlit li jipproduċi taħlita ta’ kolla li tinkludi n-nitrogliċerina desensitizzata, likwida, fjammabbli, mhux speċifikata, b’mhux aktar minn 30 % ta’ nitrogliċerina skont il-massa (NU 3343) għal użu ulterjuri. It-trasport ta’ ritorn ta’ din is-sustanza lejn is-sit ta’ produzzjoni A jseħħ ukoll fil-kontenituri tank imsemmija hawn fuq, li jkunu ġew speċjalment iċċekkjati u approvati mill-awtorità rilevanti għal din l-operazzjoni speċifika tat-trasport u li turi l-kodiċi tat-tank L10DN.

Tmiem il-perjodu ta’ validità: l-1 ta’ Jannar 2017.

DK Danimarka

RO–bi–DK–1

Suġġett: NU 1202, 1203, 1223 u l-Klassi 2 – ebda dokument tat-trasport.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Id-dokument tat-trasport huwa meħtieġ.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Waqt it-trasport ta’ prodotti minerali taż-żejt tal-Klassi 3, NU 1202, 1203 u 1223 u ta’ gassijiet tal-Klassi 2 b’rabta mad-distribuzzjoni (oġġetti biex jiġu kkonsenjati lil destinatarju jew destinatarji u l-ġbir ta’ oġġetti ritornati f’sitwazzjonijiet bħal dawn), mhux meħtieġ dokument tat-trasport sakemm l-istruzzjonjiet bil-miktub barra mit-tagħrif mitlub fl-ADR, ikun fihom tagħrif dwar in-numru NU, l-isem u l-klassi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 729 af 15.8.2001 om vejtransport af farligt gods.

Kummenti: Ir-raġuni għal din id-deroga nazzjonali hija li l-iżvilupp tat-tagħmir elettroniku jippermetti pereżempju lill-kumpaniji taż-żejt li jużaw dan it-tagħmir sabiex kontinwament jitrażmettu lill-vetturi tagħrif dwar il-klijenti. Peress li dan it-tagħrif ma jkunx disponibbli fil-bidu tal-operazzjoni tat-trasport u jintbagħat lill-vettura waqt il-vjaġġ tat-trasport, mhux possibbli – qabel ma jibda t-trasport – li jinkitbu d-dokumenti tat-trasport. Dawn it-tipi ta’ trasport huma ristretti għal żoni limitati.

Deroga għad-Danimarka għal dispożizzjoni simili skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–DK-2

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–SE-6.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 437 af 6. juni 2005 om vejtransport af farligt gods, kif emendat.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–DK-3

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–UK-1.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 437 af 6. juni 2005 om vejtransport af farligt gods, kif emendata.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

EL il-Greċja

RO–bi–EL–1

Suġġett: Deroga għar-rekwiżiti ta’ sikurezza għal tankijiet fissi (vetturi bit-tank), reġistrati qabel il-31/12/2001, għat-trasport lokali jew kwantitajiet żgħar ta’ xi kategoriji ta’ oġġetti perikolużi.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 1.6.3.6, 6.8.2.4.2, 6.8.2.4.3, 6.8.2.4.4, 6.8.2.4.5, 6.8.2.1.17-6.8.2.1.22, 6.8.2.1.28, 6.8.2.2, 6.8.2.2.1, 6.8.2.2.2.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni, it-tagħmir, l-approvazzjoni tat-tip, l-ispezzjonijiet u t-testijiet, u l-immarkar tat-tankijiet fissi (vetturi bit-tank), tat-tankijiet li jistgħu jitneħħew u kontejners tank u vetturi bit-tank li jinbidel, bil-qoxra magħmula minn materjal metalliku, u vetturi tal-batterija u MEGCs.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Dispożizzjoni tranżizzjonali: Tankijiet fissi (vetturi bit-tank), tankijiet li jistgħu jitneħħew u kontenituri tank li ġew irreġistrati għall-ewwel darba fil-Greċja bejn l-1 ta’ Jannar 1985 u l-31 ta’ Diċembru 2001 jistgħu jintużaw sal-31 ta’ Diċembru 2010. Din id-dispożizzjoni tranżitorja tikkonċerna vetturi għat-trasport tal-materjali perikolużi li ġejjin (NU: 1202, 1268, 1223, 1863, 2614, 1212, 1203, 1170, 1090, 1193, 1245, 1294, 1208, 1230, 3262, 3257). Hija intenzjonata biex tkopri kwantitajiet żgħar jew it-trasport lokali għal vetturi reġistrati matul il-perjodu msemmi hawn fuq. Din id-dispożizzjoni tranżitorja għandha tidħol fis-seħħ għall-vetturi bit-tank adattati skont:

1.

Il-paragrafi tal-ADR dwar l-ispezzjonijiet u t-testijiet: 6.8.2.4.2, 6.8.2.4.3, 6.8.2.4.4, 6.8.2.4.5, (ADR 1999: 211151, 211152, 211153, 211154).

2.

Ħxuna minima tal-qoxra ta’ 3 mm għat-tankijiet li jkollhom kompartimenti bil-qoxra b’kapaċità sa 3 500 litru, u minn tal-anqas 4 mm ħxuna ta’ ħadid azzarjat għal kompartimenti b’kapaċità sa 6 000 litru, indipendentement mit-tip jew il-ħxuna tal-ħitan diviżorji.

3.

Jekk il-materjal użat ikun aluminju jew metall ieħor, it-tankijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-ħxuna u speċifikazzjonijiet tekniċi oħra direvati minn disinji tekniċi approvati mill-awtorità lokali tal-pajjiż fejn dawn kienu rreġistrati qabel. Fin-nuqqas ta’ disinji tekniċi, it-tankijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ 6.8.2.1.17 (211127).

4.

It-tankijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafi marġinali 211128, 6.8.2.1.28 (211129), il-paragrafu 6.8.2.2 bis-subparagrafi 6.8.2.2.1 u 6.8.2.2.2 (211130, 211131).

B’mod aktar preċiż, il-vetturi bit-tank b’massa ta’ inqas minn 4 tunnellati li jintużaw għat-trasport lokali ta’ nafta (gas oil) biss (NU 1202), u reġistrati għall-ewwel darba qabel il-31 ta’ Diċembru 2002, li jkollhom il-ħxuna tal-qoxra inqas minn 3 mm, jistgħu jintużaw biss jekk ikunu mibdula f’konformità mal-paragrafu marġinali 211127 (5)b4 (6.8.2.1.20).

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Τεχνικές Προδιαγραφές κατασκευής, εξοπλισμού και ελέγχων των δεξαμενών μεταφοράς συγκεκριμένων κατηγοριών επικινδύνων εμπορευμάτων για σταθερές δεξαμενές (οχήματα-δεξαμενές), αποσυναρμολογούμενες δεξαμενές που βρίσκονται σε κυκλοφορία. (Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni, it-tagħmir, l-ispezzjonijiet u t-testijiet fuq tankijiet fissi (vetturi bit-tank), tankijiet li jistgħu jitneħħew li jkunu fiċ-ċirkolazzjoni, għal xi kategoriji ta’ oġġetti perikolużi).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO-bi–EL-2

Suġġett: Deroga mir-rekwiżiti tal-kostruzzjoni tal-vetturi bażi maħsuba għat-trasport lokali ta’ oġġetti perikolużi rreġistrati għall-ewwel darba qabel il-31 ta’ Diċembru 2001.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: ADR 2001: 9.2, 9.2.3.2, 9.2.3.3.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Rekwiżiti li jikkonċernaw il-kostruzzjoni ta’ Vetturi Bażi.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-deroga tapplika għal vetturi maħsuba għat-trasport lokali ta’ oġġetti perikolużi (il-kategoriji NU 1202, 1268, 1223, 1863, 2614, 1212, 1203, 1170, 1090, 1193, 1245, 1294, 1208, 1230, 3262 u 3257), li ġew irreġistrati għall-ewwel darba qabel il-31 ta’ Diċembru 2001.

Il-vetturi msemmija hawn fuq għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ 9 (9.2.1 sa 9.2.6) tal-Anness B għad-Direttiva 94/55/KE bl-eċċezzjonijiet li ġejjin.

Konformità mar-rekwiżiti ta’ 9.2.3.2. hija meħtieġa biss jekk il-vettura tkun mgħammra mill-manifattur b’sistema ABS (anti-lock braking system); trid tkun mgħammra b’sistema EBS (endurance braking system) kif iddefinita f’9.2.3.3.1, iżda mhux neċessarjament konformi ma’ 9.2.3.3.2. u 9.2.3.3.3.

L-enerġija elettrika għat-takografu għandha tkun ipprovduta permezz ta’ lqugħ ta’ sikurezza mqabbad direttament mal-batterija (marġinali 220 514) u t-tagħmir elettriku tal-mekkaniżmu għall-irfigħ ta’ fus ta’ karru jrid ikun installat fejn kien oriġinalment installat mill-manifattur tal-vettura u jrid ikun protett f’kaxxa adegwata u siġillata (marġinali 220 517).

Partikolarment, il-vetturi bit-tank b’massa massima ta’ inqas minn 4 tunnellati maħsuba għat-trasport lokali taż-żejt tat-tisħin bid-diżil (NU 1202) għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ 9.2.2.3, 9.2.2.6, 9.2.4.3. u 9.2.4.5, iżda mhux neċessarjament l-oħrajn.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Τεχνικές Προδιαγραφές ήδη κυκλοφορούντων οχημάτων που διενεργούν εθνικές μεταφορές ορισμένων κατηγοριών επικινδύνων εμπορευμάτων (Ir-rekwiżiti tekniċi ta’ vetturi li huma diġà fiċ-ċirkolazzjoni, maħsuba għat-trasport lokali ta’ ċerti kategoriji ta’ oġġetti perikolużi).

Kummenti: L-għadd tal-vetturi msemmija hawn fuq huwa żgħir meta mqabbel mal-għadd totali ta’ vetturi li huma diġà rreġistrati u barra minn dan huma maħsuba biss għat-trasport lokali. L-għamla tad-deroga mitluba, id-daqs tal-flotta tal-vetturi inkwistjoni, kif ukoll it-tip ta’ oġġetti trasportati ma joħolqux problemi ta’ sikurezza fit-triq.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

ES Spanja

RO–bi–ES-2

Suġġett: Tagħmir speċjali għad-distribuzzjoni ta’ ammonja anidra.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 6.8.2.2.2.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Sabiex ikun evitat kwalunkwe telf tal-kontenut fl-eventwalità ta’ ħsara lill-istrutturi esterni (pajpijiet, tagħmir laterali tal-għeluq (lateral shut-off devices), il-valv intern tal-għeluq u fejn hi mqiegħda jrid ikunu protetti kontra l-periklu li jitqaċċtu minn tensjonijiet esterni jew ikunu ddisinjati sabiex jirreżistu dawn it-tensjonijiet. It-tagħmir għall-mili u għat-tbattil (inklużi l-flanġi jew tappijiet bil-kamin) u għotjien protettivi (jekk ikun hemm) irid ikunu protetti kontra ftuħ mhux intenzjonat.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-tankijiet użati fl-agrikoltura għad-distribuzzjoni u l-applikazzjoni tal-ammonja anidra li bdew jaħdmu qabel l- 1 ta’ Jannar 1997 jistgħu jkunu mgħammra b’tagħmir ta’ sikurezza estern minflok intern sakemm joffru protezzjoni tal-anqas ekwivalenti għal dik li jagħti l-ħajt tat-tank.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Real Decreto 551/2006. Anejo 1. Apartado 3.

Kummenti: Qabel l- 1 ta’ Jannar 1997, tip ta’ tank mgħammar b’tagħmir ta’ sikurezza estern kien jintuża biss fl-agrikoltura għall-applikazzjoni tal-ammonja anidra direttament fl-għelieqi. Tankijiet varji ta’ dan it-tip għadhom jintużaw illum. Dawn it-tankijiet rarament jiċċirkolaw mgħobbijin fit-toroq iżda jintużaw biss għall-fertilizzanti f’azjendi agrikoli kbar.

Data ta’ skadenza: id-29 ta’ Frar 2016.

FI Finlandja

RO–bi–FI–1

Suġġett: Modifika tat-tagħrif fid-dokument tat-trasport għas-sustanzi splussivi.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.2.1(a)

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dispożizzjonijiet speċjali għall-Klassi 1.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Fid-dokument tat-trasport huwa permessibbli li jintuża l-għadd ta’ detonaturi (1 000 detonatur jikkorrispondi għal 1 kg splussiv) minflok il-massa netta preżenti tas-sustanzi splussivi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Liikenne- ja viestintäministeriön asetus vaarallisten aineiden kuljetuksesta tiellä (277/2002; 313/2003).

Kummenti: It-tagħrif jitqies suffiċjenti għat-trasport nazzjonali. Din id-deroga hija applikata prinċipalment għall-użu ta’ splussiv mill-industrija tal-minjieri fir-rigward ta’ kwantitajiet żgħar trasportati lokalment.

Id-deroga hija rreġistrata mill-Kummissjoni Ewropea bħala Nru 31.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–FI-2

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–SE-10.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–FI-3

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–DE-1.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Data ta’ skadenza: id-29 ta’ Frar 2016.

FR Franza

RO–bi–FR–1

Suġġett: L-użu ta’ dokument marittimu bħala dokument tat-trasport għal vjaġġi qosra wara l-ħatt minn fuq il-bastiment.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: It-tagħrif li għandu jidher fid-dokument użat bħala dokument tat-trasport ta’ oġġetti perikolużi.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dokument marittimu għandu jintuża bħala dokument tat-trasport f’raġġ ta’ 15 km.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport de marchandises dangereuses par route - Artikolu 23-4.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–FR-3

Suġġett: It-trasport ta’ tankijiet fissi għall-ħażna tal-LPG (18).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: l-Annessi A u B.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport ta’ tankijiet fissi għall-ħażna tal-LPG huwa soġġett għal regoli speċifiċi. Japplikaw biss għal distanzi qosra.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par route – Article 30.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–FR-4

Suġġett: Kundizzjonijiet speċifiċi dwar it-taħriġ għas-sewwieqa u l-approvazzjoni tal-vetturi użati għat-trasport agrikolu (distanzi qosra).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 6.8.3.2; 8.2.1 u 8.2.2.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Tagħmir għat-tankijiet u taħriġ għas-sewwieqa.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-approvazzjoni tal-vetturi.

Taħriġ speċjali għas-sewwieqa.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par route – Article 29-2 – Annex D4.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

IE Irlanda

RO-bi–IE–1

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit ta’ 5.4.1.1.1. li jkun hemm (i) l-ismijiet u l-indirizzi tad-destinatarji, (ii) l-għadd u d-deskrizzjoni tal-pakketti, u (iii) il-kwantità totali tal-oġġetti perikolużi fid-dokument tat-trasport, għat-trasport sa għand l-utenti aħħarija ta’ pitrolju, diżil jew gass likwefatt taż-żejt bin-numri rispettivi tal-identifikazzjoni tas-sustanza NU 1223, NU 1202 u NU 1965.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dokumentazzjoni.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Meta pitrolju, diżil jew gass likwefatt taż-żejt bin-numri rispettivi tal-identifikazzjoni tas-sustanza NU 1223, NU 1202 u NU 1965, kif speċifikat fl-Appendiċi B.5. tal-Anness B għall-ADR, ikunu qed jiġu trasportati sa għand l-utenti aħħarija, ma hemmx ħtieġa li jkunu inklużi fl-unità ta’ trasport l-isem u l-indirizz tad-destinatarju, in-numru u d-deskrizzjoni tal-pakketti, l-Intermediate Bulk Containers jew ir-reċipjenti, u lanqas il-kwantità totali tal-oġġetti trasportati.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(2) of the ‘Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004’.

Kummenti: Fil-każ ta’ tqassim ta’ żejt għat-tisħin tad-djar għand klijenti domestiċi, hija prattika komuni li ‘jimtela’’ it-tank tal-ħażna tal-klijent – b’hekk il-kwantità mqassma ma tkunx magħrufa u lanqas l-għadd ta’ klijenti (fi vjaġġ wieħed) ma jkun magħruf meta t-tank mimli jibda l-vjaġġ tiegħu. Fil-każ ta’ tqassim ta’ ċilindri tal-LPG fid-djar, hija prattika komuni li ċ-ċilindri vojta jinbidlu b’ċilindri mimlija – b’hekk l-għadd ta’ klijenti u l-kunsinni individwali tagħhom ma jkunux magħrufa fil-bidu tal-operazzjoni tat-trasport.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–IE-2

Suġġett: Eżenzjoni sabiex tippermetti li d-dokument tat-trasport, meħtieġ fi 5.4.1.1.1, ikun dak użat għall-aħħar tagħbija f’każ ta’ trasport ta’ tankijiet vojta mhux imnaddfa.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dokumentazzjoni.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Fil-każ tal-ġarr ta’ tankijiet vojta mhux imnaddfa, id-dokument tat-trasport tal-aħħar tagħbija huwa biżżejjed.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(3) of the ‘Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004.’

Kummenti: Partikolarment fil-każ ta’ tqassim ta’ petrol u/jew diżil lill-pompi tal-petrol, il-vettura bit-tank tirritorna direttament lejn id-depożitu tal-fjuwil (biex terġa’ timtela’ ħalli tkompli tqassam) immedjatament wara l-kunsinna tal-aħħar tagħbija.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–IE-3

Suġġett: Eżenzjoni sabiex tippermetti t-tagħbija u l-ħatt ta’ oġġetti perikolużi, soġġetti għad-dispożizzjoni speċjali CV1 f’7.5.11. jew S1 fi 8.5, f’post pubbliku mingħajr permess speċjali mingħand l-awtoritajiet kompetenti.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5 u 8.5.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tagħbija, il-ħatt u l-maniġġ.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-tagħbija u l-ħatt ta’ oġġetti perikolużi f’post pubbliku huma permessi mingħajr permess speċjali mingħand l-awtoritajiet kompetenti, b’deroga mir-rekwiżiti ta’ 7.5.11 jew 8.5.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(5) of the ‘Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004’.

Kummenti: Għat-trasport nazzjonali fi ħdan l-istat, din id-dispożizzjoni tpoġġi obbligu serju ħafna fuq l-awtoritajiet kompetenti.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–IE-5

Suġġett: Eżenzjoni mill-‘projbizzjoni ta’ tagħbija mħallta’ ta’ 7.5.2.1 għall-oġġetti tal-Grupp ta’ Kompatibbiltà B u s-sustanzi u l-oġġetti tal-Grupp ta’ Kompatibbiltà D fuq l-istess vettura ma’ oġġetti perikolużi, f’tankijiet, tal-Klassijiet 3, 5.1 u 8.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar it-tagħbija, il-ħatt u l-maniġġ.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Pakketti li jkun fihom oġġetti mill-Grupp ta’ Kompatibbiltà B tal-ADR Klassi 1 u pakketti li jkun fihom sustanzi u oġġetti mill-Grupp ta’ Kompatibbiltà D tal-ADR Klassi 1 jisgħu jinġarru fuq l-istess vettura ma’ oġġetti perikolużi tal-Klassijiet 3, 5.1 jew 8 tal-ADR sakemm (a) dawn il-pakketti tal-Klassi 1 tal-ADR jinġarru f’kontenituri/kompartimenti separati b’disinn approvat u skont il-kundizzjonijiet meħtieġa, mill-awtoritajiet kompetenti, u (b) dawn is-sustanzi tal-Klassijiet 3, 5.1 jew 8 tal-ADR jinġarru f’reċipjenti konformi mar-rekwiżiti tal-awtorità kompetenti fir-rigward tad-disinn, il-kostruzzjoni, l-ittestjar, l-eżaminazzjoni, it-tħaddim u l-użu tagħhom.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(7) of the ‘Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004’.

Kummenti: Sabiex tippermetti, skont kundizzjonijiet approvati mill-awtorità kompetenti, it-tagħbija ta’ oġġetti u sustanzi tal-Klassi 1 tal-Grupp ta’ Kompatibbiltà B u D fl-istess vettura ma’ oġġetti perikolużi, f’tankijiet, tal-Klassijiet 3, 5.1. u 8 - jiġifieri ‘Trakkijiet bil-Pompa’.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–IE-6

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-punt 4.3.4.2.2, li teħtieġ il-pajpijiet flessibbli tal-mili u t-tbattil li jkunux imqabbda permanentement mal-qoxra ta’ vettura bit-tank ikunu vojta matul it-trasport.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 4.3.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Użu ta’ vetturi bit-tank.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Rombli tal-manek flessibbli (inklużi l-pajpijiet fissi relatati magħhom) imwaħħla ma’ vetturi bit-tank użati għad-distribuzzjoni bl-imnut ta’ prodotti taż-żejt bin-numru tal-identifikazzjoni tas-sustanzi NU 1011, NU 1202, NU 1223 u NU 1863 u NU 1978 mhumiex meħtieġa li jkunu vojta matul it-trasport bit-triq sakemm jiġu adottati miżuri adegwati għall-prevenzjoni ta’ kwalunkwe telf ta’ kontenut.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(8) of the ‘Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004’.

Kummenti: Il-mankiet flessibbli mwaħħla ma’ vetturi bit-tank tat-tqassim domestiku jrid jibqgħu mimlija l-ħin kollu anki waqt it-trasport. Is-sistema tat-tbattil hija magħrufa bħala sistema bil-‘wet line’ li teħtieġ li l-miter u l-manka tal-vettura bit-tank jkunu pprajmati sabiex jiġi żgurat li l-klijenti jirċievu l-kwantità korretta ta’ prodott.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–IE-7

Suġġett: Eżenzjoni minn xi rekwiżiti ta’ 5.4.0, 5.4.1.1.1 u 7.5.11. tal-ADR għat-trasport bl-ingrossa ta’ Fertilizzant bin-Nitrat tal-Ammonju NU 2067 mill-portijiet sa għand id-destinatarji.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.0, 5.4.1.1.1 u 7.5.11.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-rekwiżit għal dokument separat tat-trasport, li jkun fih il-kwantità totali koretta tat-tagħbija partikolari inkluża, għal kull vjaġġ ta’ trasport; u r-rekwiżit għall-vettura biex titnaddaf qabel u wara l-vjaġġ.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Deroga proposta biex tippermetti modifiki fir-rekwiżiti tal-ADR għad-dokument tat-trasport u t-tindif tal-vettura; sabiex jitqiesu l-prattiċitajiet tat-trasport bl-ingrossa bejn il-port u d-destinatarju.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Emenda proposta għal ‘Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004’.

Kummenti: Id-dispożizzjonijiet tal-ADR jeħtieġu (a) dokument separat tat-trasport, li fih il-massa totali tal-oġġetti perikolużi li qed tinġarr għat-tagħbija partikolari, u (b) id-Dispożizzjoni Speċjali ‘CV24’ dwar it-tindif tal-vettura għal kull tagħbija trasportata bejn il-port u d-destinatarju waqt il-ħatt minn bastiment tal-merkanzija. Billi t-trasport huwa lokali u jikkonċerna l-ħatt minn bastiment tal-merkanzija, jinvolvi tagħbijiet multipli għat-trasport (fl-istess ġurnata jew fi ġranet konsekuttivi) tal-istess sustanza bejn il-bastimenti tal-merkanzija u d-destinatarji, dokument wieħed tat-trasport li approssimattivament jindika l-massa totali ta’ kull tagħbija, għandu jkun biżżejjed u ma għandhiex tkun meħtieġa d-Dispożizzjoni Speċjali ‘CV24’.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

LT Litwanja

RO–bi–LT–1

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–EL-1.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Lietuvos Respublikos Vyriausybës 2000 m. kovo 23 d. nutarimas Nr. 337 ‘Dël pavojingø kroviniø veþimo keliø transportu Lietuvos Respublikoje’ (Riżoluzzjoni tal-Gvern Nru 337 dwar it-Trasport ta’ Oġġetti bit-Triq fir-Repubblika tal-Litwanja, adottata fit-23 ta’ Marzu 2000).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–LT-2

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–EL–2.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Lietuvos Respublikos Vyriausybës 2000 m. kovo 23 d. nutarimas Nr. 337 ‘Dël pavojingø kroviniø veþimo keliø transportu Lietuvos Respublikoje’ (Riżoluzzjoni tal-Gvern Nru 337 dwar it-Trasport ta’ Oġġetti bit-Triq fir-Repubblika tal-Litwanja, adottata fit-23 ta’ Marzu 2000).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

NL l-Olanda

RO–bi–NL-13

Suġġett: Scheme for transport of domestic hazardous waste 2004.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.6, 3.3, 4.1.4, 4.1.6, 4.1.8, 4.1.10, 5.1.2, 5.4.0, 5.4.1, 5.4.3, 6.1, 7.5.4, 7.5.7, 7.5.9, 8 u 9.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Eżenzjoni għal ċerti kwanitajiet; Dispożizzjonijiet speċjali; l-użu tal-ippakkjar; l-użu ta’ ppakkjar żejjed; dokumentazzjoni; il-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-ippakkjar; it-tagħbija, il-ħatt u l-maniġġ; il-ħaddiema; it-tagħmir; l-operat; il-vetturi u d-dokumentazzjoni; il-kostruzzjoni u l-approvazzjoni tal-vetturi.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: 17-il dispożizzjoni sustantivi marbuta mat-trasport ta’ skart żgħir domestiku perikoluż miġbur. Minħabba l-kwantitajiet żgħar involuti f’kull każ u minħabba n-natura differenti tas-sustanzi varji, mhux possibbli li jitwettqu operazzjonijiet ta’ trasport f’konformità totali mar-regoli tal-ARD. Varjant simplifikat li jiddevja minn għadd ta’ dispożizzjonijiet tal-ARD huwa għalhekk stipulata skont l-iskema msemmija hawn fuq.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Scheme for transport of domestic hazardous waste 2004.

Kummenti: L-iskema twaqqfet sabiex tippermetti lill-individwi jarmu skart zgħir kimiku f’sit wieħed. Is-sustanzi involuti għalhekk jikkonsistu minn fdalijiet bħal żebgħa għar-rimi. Il-livell ta’ periklu huwa mminimizzat permezz tal-għażla tal-mezzi tat-trasport, li tinvolvi, fost l-oħrajn, l-użu ta’ elementi speċjali tat-trasport u avviżi li jipprojbixxu t-tipjip kif ukoll dawl isfar jixgħel u jitfi li jidher b’mod ċar mill-membri tal-pubbliku. Il-punt kruċjali fir-rigward tat-trasport huwa li tkun żgurata s-sikurezza. Din tista’ tinkiseb, pereżempju, billi s-sustanzi jiġu trasportati f’pakketti siġillati sabiex jiġi evitat it-tixrid, jew ir-riskju li joħroġ jew jinġama’ fwar tossiku fil-vettura. Inkorporati fil-vettura hemm unitajiet adatti għal ħżin ta’ kategoriji varji ta’ skart u li jipprovdu protezzjoni kontra l-iskossi u kontra l-ispostament aċċidentali kif ukoll kontra l-ftuħ mhux intenzjonat. Fl-istess ħin, minkejja l-kwantitajiet żgħar ta’ skart ippreżentat, l-operatur tat-trasport irid ikollu ċertifikat ta’ kompetenza professjonali, minħabba n-natura diversa tas-sustanzi involuti. Minħabba n-nuqqas ta’ tagħrif, min-naħa tal-individwi privati, dwar il-livelli ta’ periklu assoċjati ma’ dawn is-sustanzi, għandhom jiġu pprovduti struzzjonijiet bil-miktub, kif stipulat fl-Anness għall-iskema.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

PT il-Portugall

RO–bi–PT–1

Suġġett: Dokumentazzjoni tat-trasport għal NU 1965.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-Rekwiżiti għad-dokument tat-trasport.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-isem proprju tal-kumpanija tat-trasport għandu jkun indikat fid-dokument tat-trasport, kif stipulat fis-Taqsima 5.4.1 tal-RPE (Regulamento Nacional de Transporte de Mercadorias Perigosas por Estrada), għal gassijiet kummerċjali tal-butan u tal-propan koperti mill-intestatura kollettiva ‘UN No 1965 hydrocarbon gas mixture, liquefied, n.o.s.’, trasportati f’ċilindri, jista’ jinbidel f’ismijiet kummerċjali oħra kif ġej:

‘NU 1965 Butan’ fil-każ tat-taħlitiet A, A01, A02 u A0, kif deskritti fis-subtaqsima 2.2.2.3 tal-RPE, trasportati f’ċilindri;

‘NU 1965 Propan’ fil-każ tat-taħlita C, kif deskritt fis-subtaqsima 2.2.2.3 tal-RPE, trasportat f’ċilindri;

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Despacho DGTT 7560/2004, is-16 ta’ April 2004, skont l-Artikolu 5, Nru 1, tad-Decreto-Lei Nru 267-A/2003 tas-27 ta’ Ottubru.

Kummenti: L-importanza li l-affarijiet isiru aktar faċli biex l-operaturi ekonomiċi jimlew id-dokumenti tat-trasport ta’ merkanzija perikoluża hija rikonoxxuta, sakemm ma tkunx effettwata s-sikurezza ta’ dawn l-operazzjonijiet.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–bi–PT-2

Suġġett: Id-dokumentazzjoni tat-trasport ta’ tankijiet u kontenituri vojta mhux imnaddfa.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-Rekwiżiti għad-dokumentazzjoni tat-trasport.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għall-vjaġġi ta’ ritorn ta’ tankijiet u kontenituri vojta li jkunu ttrasportaw merkanzija perikoluża, id-dokument tat-trasport imsemmi fit-Taqsima 5.4.1 tal-RPE jista’ jitbiddel bid-dokument ta’ trasport maħruġ għall-vjaġġ li jkun sar immedjatament qabel biex titwassal il-merkanzija.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Despacho DGTT 15162/2004, 28 ta’ Lulju 2004, skont l-Artikolu 5, Nru 1, tad-Decreto-Lei Nru 267-A/2003, tas-27 ta’ Ottubru.

Kummenti: L-obbligu li t-trasport ta’ tankijiet u kontenituri vojta li jkunu trasportaw merkanzija perikoluża jrid ikun akkumpanjat minn dokument ta’ trasport skont l-RPE, f’ċerti każijiet, jikkawża diffikultajiet prattiċi, li jistgħu jinżammu għall-minimu mingħajr ebda preġudizzju għas-sikurezza.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

SE l-Isvezja

RO–bi–SE–1

Suġġett: Ġarr ta’ skart perikoluż lejn l-impjanti tar-rimi tal-iskart perikoluż.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 2, 5.2 u 6.1.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Klassifikazzjoni, immarkar u ttikkettar kif ukoll ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-ippakkjar.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni tikkonsisti minn kriterji simplifikati tal-klassifikazzjoni, rekwiżiti inqas restrittivi għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-ippakkjar u r-rekwiżiti modifikati għall-ittikkettar u l-immarkar.

Minflok ma l-iskart perikoluż jiġi kklassifikat skont l-ADR, jinqasam fi gruppi differenti ta’ skart. Kull grupp ta’ skart fih sustanzi li jistgħu, skont l-ADR, jiġu ppakkjati flimkien (ippakkjar imħallat).

Kull pakkett għandu jiġi mmarkat bil-kodiċi rilevanti tal-grupp ta’ skart minflok bin-numru NU.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Dawn ir-regolamenti jistgħu jintużaw biss għall-ġarr ta’ skart perikoluż minn siti pubbliċi ta’ riċiklaġġ lejn impjanti ta’ rimi ta’ skart perikoluż.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–bi–SE-2

Suġġett: Isem u indirizz tal-kunsinnatur fid-dokument tat-trasport.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Tagħrif ġenerali meħtieġ fid-dokument tat-trasport.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni nazzjonali tgħid li l-isem u l-indirizz tal-kunsinnatur mhumiex meħtieġa jekk il-pakket vojt u mhux imnaddaf jiġi ritornat bħala parti minn sistema ta’ distribuzzjoni.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Ħafna drabi l-pakket vojt u mhux imnaddaf li jiġi ritornat ikun għad fih kwantitajiet żgħar ta’ oġġetti perikolużi.

Din id-deroga tintuża primarjament mill-industriji meta jirritornaw kontenituri tal-gass vojta u mhux imnaddfa bi bdil ma’ oħrajn mimlija.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–SE-3

Suġġett: It-trasport ta’ oġġetti perikolużi fil-viċinanzi ta’ sit(i) industrijali, inkluż it-trasport f’toroq pubbliċi bejn diversi partijiet tas-sit(i).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: l-Annessi A u B.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi f’toroq pubbliċi.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport fil-viċinanzi ta’ sit(i) industrijali, inkluż it-trasport f’toroq pubbliċi bejn diversi partijiet tas-sit(i). Id-derogi jikkonċernaw l-ittikkettar u l-immarkar tal-pakketti, id-dokumenti tat-trasport, iċ-ċertifikat tas-sewwieq u ċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni skont 9.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Jeżistu bosta sitwazzjonijiet li fihom oġġetti perikolużi jiġu trasferiti bejn postijiet li jinsabu fuq in-naħa l-oħra ta’ triq pubblika. Dan it-tip ta’ trasport ma jikkostitwixxix ġarr ta’ oġġetti perikolużi minn triq privata, u għalhekk dan għandu jkun marbut mar-rekwiżiti rilevanti. Qabbel ukoll mad-Direttiva 96/49/KE, l-Artikolu 6(14).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–SE-4

Suġġett: Trasport ta’ oġġetti perikolużi li jkunu ġew ikkonfiskati mill-awtoritajiet.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: l-Annessi A u B.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi bit-triq.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Jistgħu jkunu permessi devjazzjonijiet mir-regolamenti jekk dawn ikunu mmotivati minn raġunijiet ta’ protezzjoni tal-ħaddiema, riskji waqt il-ħatt, is-sottomissjoni ta’ provi, eċċ.

Devjazzjonijiet mir-regolamenti huma permessi biss jekk jintlaħqu livelli ta’ sikurezza sodisfaċenti taħt kundizzjonijiet normali tal-ġarr.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Dawn id-derogi jistgħu jiġu applikati biss mill-awtoritajiet li jikkonfiskaw l-oġġetti perikolużi.

Din id-deroga hija maħsuba għat-trasport lokali, eż. ta’ oġġetti kkonfiskati mill-pulizija bħal splussiv jew beni misruqa. Il-problema b’dawn it-tipi ta’ oġġetti hija li wieħed qatt ma jista’ jkun żgur mill-klassifikazzjonijiet. Barra minn hekk, dawn l-oġġetti sikwit ma jkunux ppakkjati, immarkati jew tikkettati skont l-ADR. Kull sena, il-pulizija twettaq bosta mijiet ta’ operazzjonijiet ta’ trasport ta’ dan it-tip. Fil-każ ta’ alkoħol bil-kuntrabandu, dan irid jiġi trasportat mill-post fejn ikun ġie kkonfiskat sa faċilità fejn jinżammu l-provi, u wara lejn faċilità biex jinqered; dawn it-tnejn tal-aħħar jistgħu jkunu ‘l bogħod mhux ħażin minn xulxin. Id-devjazzjonijiet permessi huma: a) mhemmx għalfejn ikun hemm tikketta fuq kull pakkett, u b) mhemmx għalfejn jintużaw pakketti approvati. Madankollu, kull pelit b’dawn il-pakketti trid tkun ittikkettata korrettament. Ir-rekwiżiti l-oħra kollha għandhom jiġu ssodisfati. Kull sena, isiru madwar 20 minn dawn it-trasportazzjonijiet.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–SE-5

Suġġett: Trasport ta’ oġġetti perikolużi f’portijiet jew fil-viċinanzi ta’ portijiet.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 8.1.2, 8.1.5, 9.1.2.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Id-dokumenti li għandhom jinġarru fl-unità ta’ trasport; kull unità ta’ trasport li ġġorr oġġetti perikolużi trid tkun mgħammra bit-tagħmir speċifikat; l-approvazzjoni tal-vettura.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Mhuwiex meħtieġ li jinġarru dokumenti (ħlief għaċ-ċertifikat tas-sewwieq) fl-unità tat-trasport.

Mhuwiex meħtieġ li l-unità tat-trasport tkun mgħammra bit-tagħmir speċifikat fi 8.1.5.

It-tratturi ma jeħtiġux ċertifikat tal-approvazzjoni.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Qabbel id-Direttiva 96/49/KE, l-Artikolu 6(14).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–SE-6

Suġġett: Iċ-ċertifikat tal-ispetturi tat-taħriġ tal-ADR.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 8.2.1.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Is-sewwieqa tal-vetturi għandhom jattendu korsijiet ta’ taħriġ.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-ispetturi li jwettqu l-ispezzjoni teknika annwali tal-vetturi ma jeħtiġilhomx jattendu l-korsijiet tat-taħriġ imsemmija fil-punt 8.2 jew li jkollhom iċ-ċertifikat tat-taħriġ tal-ADR.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: F’ċerti każijiet, il-vetturi li jkunu qed jiġu ttestjati waqt l-ispezzjoni teknika jistgħu jkunu qed iġorru oġġetti perikolużi bħala tagħbija, pereżempju tankijiet vojta mhux imnaddfa.

Ir-rekwiżiti fil-punt 1.3 u 8.2.3 għadhom applikabbli.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–SE-7

Suġġett: Id-distribuzzjoni lokali ta’ NU 1202, 1203 u 1223 f’tankijiet.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.6, 5.4.1.4.1.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Għal tankijiet vojta mhux imnaddfa u għal kontejners tank, id-deskrizzjoni għandha tkun skont 5.4.1.1.6. Isem u indirizz destinatarji multipli jistgħu jitniżżlu f’dokumenti oħra.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għal tankijiet vojta mhux imnaddfa jew għal kontejners tank, id-deskrizzjoni fid-dokument tat-trasport skont 5.4.1.1.6 mhijiex meħtieġa jekk l-ammont ta’ sustanzi fil-pjan tat-tagħbija jkun immarkat b’0. Isem u indirizz id-destinatarji mhumiex meħtieġ fl-ebda dokument abbord il-vettura.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–SE-9

Suġġett: Trasport lokali b’rabta ma’ siti agrikoli jew siti ta’ kostruzzjoni.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4, 6.8 u 9.1.2.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Id-dokument tat-trasport; Il-kostruzzjoni tat-tankijiet; Iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport lokali b’rabta ma’ siti agrikoli jew siti ta’ kostruzzjoni mhux meħtieġ jikkonforma ma’ xi regolamenti:

(a)

id-dikjarazzjoni ta’ oġġetti perikolużi mhijiex meħtieġa;

(b)

tankijiet/kontenituri eqdem mhux magħmula skont 6.8 iżda skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ qabel u li jkunu mwaħħla fuq vaguni tal-ekwipaġġ jisgħu jibqgħu jintużaw;

(c)

tankijiet eqdem, li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti f’6.7 jew 6.8, maħsuba għat-trasport ta’ sustanzi NU 1268, 1999, 3256 u 3257, b’tagħmir tal-kisi tat-toroq jew mingħajru, jistgħu jibqgħu jintużaw għat-trasport lokali u fil-viċinanzi ta’ fejn ikun qed isir xogħol fit-toroq;

(d)

mhumiex meħtieġa ċertifikati tal-approvazzjoni għall-vaguni tal-ekwipaġġ jew it-tankijiet b’tagħmir tal-kisi tat-toroq jew mingħajru.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Vagun tal-ekwipaġġ huwa tip ta’ karavann għall-ewkipaġġ tax-xogħol, b’kamra għall-ekwipaġġ u mgħammar b’tank/kontenitur mhux approvat għad-diżil maħsub għat-tħaddim ta’ tratturi tal-foresti.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–SE-10

Suġġett: Trasport ta’ splussivi f’tankijiet.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.4.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: L-isplussivi jistgħu jkunu ppakkjati biss skont 4.1.4.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-awtorità kompetenti nazzjonali għandha tapprova l-vetturi maħsuba għat-trasport tal-isplussivi f’tankijiet. It-trasport f’tankijiet huwa biss permessibbli għal dawk l-isplussivi elenkati fir-regolament jew permezz ta’ awtorizzazzjoni speċjali mill-awtorità kompetenti.

Vettura mgħobbija bl-isplussivi f’tankijiet għandha tkun immarkata u ttikkettata skont 5.3.2.1.1, 5.3.1.1.2 u 5.3.1.4. Vettura waħda biss fl-unità ta’ trasport jista’ jkun fiha oġġetti perikolużi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tillägg S — Särskilda regler för inrikes transport av farligt gods på väg. Utgivet i enlighet med lagen om transport av farligt gods på väg och den svenska förordningen SÄIFS 1993:4.

Kummenti: Din tapplika biss għal trasport domestiku u meta l-operazzjoni tat-trasport tkun fil-parti l-kbira ta’ natura lokali. Ir-regolamenti konċernati kienu fis-seħħ qabel mal-Iżvezja saret membru tal-Unjoni Ewropea.

Żewġ kumpaniji biss iwettqu operazzjonijiet ta’ trasport tal-isplussivi f’vetturi b’tank. Fil-futur qrib huwa mistenni li sseħħ tranżizzjoni għal emulsjonijiet.

Id-deroga antika Nru 84.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–SE-11

Suġġett: Il-liċenzja tas-sewwieq.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 8.2.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Rekwiżiti dwar it-taħriġ tal-ekwipaġġ tal-vettura.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Mhuwiex permess taħriġ tas-sewwieq bi kwalunkwe vettura msemmija fi 8.2.1.1.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tillägg S – Särskilda regler för inrikes transport av farligt gods på väg, utgivet i enlighet med lagen om transport av farligt gods på väg.

Kummenti: Trasport lokali.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–SE-12

Suġġett: Ġarr ta’ logħob tan-nar NU 0335.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: l-Anness B, 7.2.4, V2 (1)

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dispożizzjonijiet għall-użu ta’ vetturi EX/II u EX/III.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Meta jinġarr logħob tan-nar NU 0335, id-Dispożizzjoni Speċjali V2 (1) f’ 7.2.4 tapplika biss għall-kontenut nett ta’ splussiv ta’ iktar minn 3 000 kg (4 000 kg bit-trejler), sakemm il-logħob tan-nar jiġi assenjat b’NU 0335 skont it-tabella standard tal-klassifikazzjoni tal-logħob tan-nar fi 2.1.3.5.5 tal-ebatax -il edizzjoni riveduta tal-NU. Rakkomandazzjonijiet dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi.

Assenjament bħal dan għandu jsir bi ftehim mal-awtorità kompetenti. Għandha titwettaq verifika tal-assenjament fuq l-unità tat-trasport.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tillägg S – Särskilda regler för inrikes transport av farligt gods på väg, utgivet i enlighet med lagen om transport av farligt gods på väg.

Kummenti: It-trasport ta’ logħob tan-nar huwa limitat għal żewġ perjodi qosra fis-sena, meta taqleb is-sena u meta jaqleb minn April għal Mejju. Il-ġarr mingħand il-kunsinnaturi sat-terminals jista’ jsir mill-flotta preżenti tal-vetturi bl-approvazzjoni EX mingħajr problemi kbar. Madankollu, id-distribuzzjoni kemm tal-logħob tan-nar mit-terminals għaż-żoni tax-xiri kif ukoll ta’ dak li jibqa’ lura lejn it-terminals huwa limitat minħabba n-nuqqas ta’ vetturi bl-approvazzjoni EX. It-trasportaturi mhumiex interessati jinvestu f’approvazzjonijiet bħal dawn għax ma jistgħux jirkupraw l-ispejjeż tagħhom. Dan jipperikola l-eżistenza tal-kunsinnaturi tal-logħob tan-nar minħabba li ma jistgħux iqiegħdu l-prodotti tagħhom fis-suq.

Meta tintuża din id-deroga, il-klassifikazzjoni tal-logħob tan-nar għandha ssir abbażi tal-lista standard fir-Rakkomandazjonijiet tan-NU, sabiex tinkiseb l-aktar klassifikazzjoni aġġornata possibbli.

Teżisti eċċezzjoni simili għal-logħob tan-nar NU 0336 imdaħħla fid-Dispożizzjoni Speċjali 651, 3.3.1 tal-ADR 2005.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

UK ir-Renju Unit

RO–bi–UK–1

Suġġett: Qsim ta’ toroq pubbliċi b’vetturi li jġorru oġġetti perikolużi (N8).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: l-Annessi A u B.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Rekwiżiti għall-ġarr ta’ oġġetti perikolużi minn toroq pubbliċi.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Is-sospenzjoni tal-applikazzjoni tar-regolamenti dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi bejn binjiet privati separati bi triq. Għall-Klassi 7, din id-deroga ma tapplika għal ebda dispożizzjoni tar-Radioactive Material (Road Transport) Regulations 2002.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 1996, reg. 3 Schedule 2(3)(b); Carriage of Explosives by Road Regulations 1996, reg. 3(3)(b).

Kummenti: Sitwazzjoni tista’ sseħħ faċilment meta oġġetti jiġu trasferiti bejn binjiet privati li jkunu jinsabu fuq iż-żewġ naħat ta’ triq. Dan ma jkunx jikkostitwixxi trasport ta’ oġġetti perikolużi minn triq pubblika fis-sens normali tat-terminu, u l-ebda mid-dispożizzjonijiet tar-regolamenti dwar l-oġġetti perikolużi ma għandha tapplika f’każ bħal dan.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–UK-2

Suġġett: Eżenzjoni mill-projbizzjoni li s-sewwieq jew assistent ta’ sewwieq jiftaħ pakketti ta’ oġġetti perikolużi f’katina ta’ distribuzzjoni lokali minn depożitu ta’ distribuzzjoni lokali għal għand il-bejjiegħ bl-imnut jew l-utent aħħari u mingħand il-bejjiegħ bl-imnut sa għand l-utent aħħari (għajr għall-Klassi 7) (N11).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 8.3.3.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Projbizzjoni li sewwieq jew assistent ta’ sewwieq jiftaħ pakketti ta’ oġġetti perikolużi.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-projbizzjoni ta’ ftuħ ta’ pakketti hija kkwalifikata bil-kundizzjoni ‘Unless authorised to do so by the operator of the vehicle’ (Għajr f’każ ta’ awtorizzazzjoni mill-operatur tal-vettura).

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 1996, Regulation 12(3).

Kummenti: Jekk dan jinftiehem litteralment, il-projbizzjoni kif miktuba fl-Anness tista’ toħloq problemi serji għad-distribuzzjoni bl-imnut.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–UK-3

Suġġett: Dispożizzjonijiet alternattivi għall-ġarr ta’ btieti tal-injam li fihom NU 3065 tal-Grupp tal-Ippakkjar III.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 1.4, 4.1, 5.2 u 5.3.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Rekwiżiti tal-ippakkjar u ttikkettar.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tippermetti l-ġarr ta’ xorb alkoħoliku b’iktar minn 24 %, iżda b’inqas minn 70 % f’volum ta’ alkoħol (Grupp tal-Ippakkjar III) fi btieti tal-injam mingħajr approvazzjoni NU u mingħajr tikketti ta’ periklu, suġġetti għal rekwiżiti aktar stretti għat-tagħbija u għall-vetturi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods u Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 7(13) u (14).

Kummenti: Dan huwa prodott b’valur għoli suġġett għal dazju tas-sisa tal-gvern li jeħtieġlu jinġarr bejn id-distillerija u l-imħażen marbuta magħha f’vetturi ssiġillati u żguri li juru s-siġilli tad-dazju tal-gvern. It-tħaffif fuq l-ippakkjar u l-ittikkettar jitqies fir-rekwiżiti addizzjonali biex tkun żgurata s-sikurezza.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–UK-4

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–SE–12.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods u Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2007 Parti 1.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–UK-5

Suġġett: Il-ġbir ta’ batteriji użati għar-rimi jew riċiklaġġ.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: l-Annessi A u B.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Id-Dispożizzjoni Speċjali 636

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tippermetti l-kundizzjonijiet alternattivi li ġejjin għad-Dispożizzjoni Speċjali 636 tal-Kapitolu 3.3:

Ċelluli u batteriji użati tal-litju (NU 3090 u NU 3091) miġbura u miġjuba għall-ġarr biex jintremew bejn il-punt ta’ ġbir tal-konsumatur u l-faċilità intermedjarja tal-ipproċessar, flimkien ma’ ċelluli jew batteriji li mhumiex tal-litju (NU 2800 u NU 3028), mhumiex soġġetti għad-dispożizzjonijiet l-oħra tal-ADR jekk jilħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

Għandhom ikunu ppakkjati f’kartelli IH2 jew f’kaxxi 4H2 li jikkonformaw mal-livell ta’ prestazzjoni tal-grupp II tal-ippakkjar għas-solidi;

Mhux aktar minn 5 % ta’ kull pakkett għandu jkun litju u batteriji tal-litju;

Il-massa totali massima ta’ kull pakkett ma għandhiex taqbeż il-25 kg;

Il-kwantità totali tal-pakketti għal kull Unità tat-Trasport ma għandhiex taqbeż it-333 kg;

Ma jistgħu jinġarru l-ebda prodotti perikolużi oħra.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods u Use of Transportable Pressure Equipment 2007 part 1.

Kummenti: Il-punti ta’ ġbir tal-konsumaturi ġeneralment ikunu fil-ħwienet tal-bejgħ bl-imnut u mhuwiex prattiku li jitħarreġ għadd kbir ta’ nies biex jifirdu u jippakkjaw il-batteriji użati skont l-ADR. Is-sistema tar-Renju Unit tkun topera skont linji gwida stabbiliti mill-UK Waste u Resources Action Programme u tkun tinvolvi li jingħataw pakketti adatti konformi mal-ADR u struzzjonijiet xierqa.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.”

(2)

L-Anness II, it-Taqsima II.3 hija sostitwita b’dan li ġej:

“II.3.   Derogi nazzjonali

Derogi għall-Istati Membri għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom abbażi tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/68/KE.

Numerazzjoni tad-derogi: RA-a/bi/bii-MS-nn

RA= Ferrovija

a/bi/bii= l-Artikolu 6(2) a/bi/bii

MS= Taqsira tal-Istat Membru

nn= numru tal-ordni

Abbażi tal-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva 2008/68/KE

DE il-Ġermanja

RA–a–DE–2

Suġġett: Awtorizzazzjoni għall-pakketti mħallta.

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.10.4 MP2.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Projbizzjoni ta’ pakketti mħallta.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassi 1.4S, 2, 3 u 6.1; awtorizzazzjoni ta’ ppakkjar imħallat ta’ oġġetti fil-Klassi 1.4S (skrataċ għal armi żgħar), aerosols (tal-Klassi 2) u materjali tat-tindif u t-trattament fil-Klassi 3 u 6.1 (in-numri NU elenkati) kif lesti għall-bejgħ f’ippakkjar ikkombinat fil-grupp II tal-ippakkjar u fi kwantitajiet żgħar.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung - GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 21.

Kummenti: Listi Nru 30*, 30a, 30b, 30c, 30d, 30e, 30f, 30g.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

FR Franza

RA–a–FR-3

Suġġett: Trasport għall-ħtiġijiet tat-trasportatur ferrovjarju.

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Tagħrif dwar il-materjali perikolużi li għandu jkun indikat fin-nota tal-konsinna.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport għall-ħtiġijiet tat-trasportatur ferrovjarju ta’ kwantitajiet li ma jaqbżux il-limiti stipulati f’1.1.3.6 mhuwiex soġġett għall-obbligu tad-dikjarazzjoni dwar it-tagħbija.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 5 juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par chemin de fer – Article 20.2.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RA–a–FR–4

Suġġett: Eżenzjoni mit-twaħħil ta’ tikketti fuq ċerti vaguni postali.

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.1.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Obbligu tat-twaħħil ta’ tikketti mal-ħitan tal-vaguni.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Dawk il-vaguni postali biss li jġorru aktar minn 3 tunnellati ta’ materjal tal-istess klassi (li mhux tal-Klassi 1, 6.2 jew 7) irid jiġu ttikkettati.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 5 juin 2001 relatif au transport de marchandises dangereuses par chemin de fer – Artikolu 21.1.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

SE l-Isvezja

RA–a–SE–1

Suġġett: Vagun tal-ferrovija li jġorr oġġetti perikolużi, bħala oġġetti express, ma għandux bżonn ikun immarkat b’tikketti.

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.1.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Vaguni tal-ferrovija li jkunu qed iġorru oġġetti perikolużi għandhom ikunu mmarkati bit-tikketti.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Vagun tal-ferrovija li jġorr oġġetti perikolużi, bħala oġġetti express, ma għandux bżonn ikun immarkat b’tikketti.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Hemm limiti għall-kwantitajiet fl-RID għall-oġġetti ddeżinjati bħala oġġetti express. Għalhekk hija kwistjoni ta’ kwantitajiet żgħar.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

UK ir-Renju Unit

RA–a–UK-1

Suġġett: Ġarr ta’ oġġetti li fihom ċertu materjal b’radjoattività baxxa bħal arloġġi, detetturi tad-duħħan, boxxli.

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: Ħafna mir-rekwiżiti tal-RID.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Rekwiżiti għall-ġarr ta’ materjal tal-Klassi 7.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni totali mid-dispożizzjonijiet tar-regolamenti nazzjonali għal ċerti prodotti kummerċjali li fihom kwantitajiet limitati ta’ materjal radjoattiv.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Packaging, Labelling u Carriage of Radioactive Material by Rail Regulations 1996, Regulation 2(6) (as amended by Schedule 5 of the Carriage of Dangerous Goods (Amendment) Regulations 1999).

Kummenti: Din id-deroga hija miżura għal perjodu qasir, li ma tkunx aktar meħtieġa meta jiġu inkorporati emendi simili għar-regoli tal-IAEA fl-RID.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RA–a–UK-2

Suġġett: It-tħaffif tar-restrizzjonijiet fuq it-trasport ta’ tagħbija mħallta ta’ splussivi, u ta’ splussiv ma’ oġġetti perikolużi oħra, f’vaguni, f’vetturi u f’kontejners (N4/5/6).

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5.2.1 u 7.5.2.2.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-restrizzjonijiet fuq ċerti tipi ta’ tagħbija mħallta.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni nazzjonali hija inqas restrittiva fir-rigward ta’ tagħbija mħallta ta’ splussivi, sakemm dan il-ġarr ikun jista’ jitwettaq mingħajr riskju.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Packaging, Labelling u Carriage of Radioactive Material by Rail Regulations 1996, Regulation 2(6) (as amended by Schedule 5 of the Carriage of Dangerous Goods (Amendment) Regulations 1999).

Kummenti: Ir-Renju Unit jixtieq jippermetti xi varjazzjonijiet fir-regoli tat-tħallit għall-splussivi ma’ splussivi oħra, kif ukoll ta’ splussivi ma’ oġġetti perikolużi oħra. Kwalunkwe varjazzjoni ser ikollha limitu ta’ kwantità fuq wieħed jew aktar mill-partijiet kostitwenti tat-tagħbija, u tkun permessa biss jekk ‘il-miżuri raġonevolment fattibbli kollha jkunu ttieħdu sabiex jipprevjenu li l-isplussivi jiġu f’kuntatt ma’ dawn l-oġġetti, jew inkella jipperikolahom jew ikun ipperikolat minnhom.’

Eżempji ta’ varjazzjonijiet li r-Renju Unit jista’ jrid jippermetti:

1.

Splussivi kklassifikati bin-Numri NU 0029, 0030, 0042, 0065, 0081, 0082, 0104, 0241, 0255, 0267, 0283, 0289, 0290, 0331, 0332, 0360 jew 0361 jistgħu jinġarru fl-istess vettura mal-oġġetti perikolużi li ngħataw in-numru tal-klassifikazzjoni NU 1942. Il-kwantità ta’ NU 1942 li tista’ tinġarr għandha tkun limitata billi titqies bħala splussiv tal-1.1D.

2.

Splussivi kklassifikati bin-Numri NU 0191, 0197, 0312, 0336, 0403, 0431, jew 0453 jistgħu jinġarru fl-istess vettura ma’ oġġetti perikolużi (bl-eċċezzjoni ta’ gassijiet fjammabbli, sustanzi infettivi u sustanzi tossiċi) tal-kategorija 2 tat-trasport jew tal-oġġetti perikolużi tal-kategorija 3 tat-trasport, jew kull taħlita tagħhom, sakemm li l-massa jew il-volum totali ta’ oġġetti perikolużi tal-kategorija 2 tat-trasport ma jaqbiżx il-500 kg jew litru u l-massa totali netta ta’ dawn l-splussivi ma taqbiżx il-500 kg;

3.

Splussivi ta’ 1,4G jistgħu jinġarru flimkien ma’ likwidi u gassijiet fjammabbli fil-kategorija 2 tat-trasport jew ma’ gassijiet mhux fjammabbli u mhux tossiċi fil-kategorija 3 tat-trasport, jew fi kwalunkwe kombinazzjoni tagħhom fl-istess vettura, sakemm il-massa jew il-volum totali ta’ oġġetti perikolużi flimkien ma jaqbżux il-200 kg jew litru u l-massa totali netta ta’ splussiv ma taqbiżx l-20 kg.

4.

Oġġetti splussivi bin-numri tal-klassifikazzjoni NU 0106, 0107 jew 0257 jistgħu jinġarru ma’ oġġetti splussivi fil-Grupp ta’ Kompatibbiltà D, E jew F li tagħhom huma komponenti. Il-kwantità totali ta’ splussivi bin-Numri NU 0106, 0107 jew 0257 ma għandhiex taqbeż l-20 kg.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RA–a–UK-3

Suġġett: Li tkun permessa kwantità massima totali għal kull unità ta’ trasport għall-oġġetti tal-Klassi 1 fil-kategoriji 1 u 2 tat-tabella fi 1.1.3.1.

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.1.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Eżenzjonijiet relatati man-natura tal-operazzjoni tat-trasport.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Sabiex tistipula regoli dwar eżenzjonijiet fuq kwantitajiet limitati u tagħbija mħallta ta’ splussivi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods u Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 3(7)(b).

Kummenti: Sabiex tippermetti limiti differenti għall-kwantitajiet limitati u fatturi ta’ multiplikazzjoni għal tagħbija mħallat ta’ oġġetti tal-Klassi 1, jiġifieri ‘50’ għall-Kategorija 1 u ‘500’ għall-Kategorija 2. Għal finijiet tal-kalkolu tat-tagħbija mħallta, il-fatturi ta’ multiplikazzjoni għandhom ikunu ‘20’ għall-Kategorija 1 tat-trasport u ‘2’ għall-Kategorija 2 tat-trasport.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RA–a–UK-4

Suġġett: Adozzjoni ta’ RA–a–FR–6.

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.1.3.2.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Laxkar tar-rekwiżit tal-plakards għall-hekk imsejjaħ ‘piggyback carriage’.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-rekwiżit tal-plakards ma japplikax f’każijiet meta l-plakards tal-vettura jkunu viżibbli b’mod ċar.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods u Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 7(12).

Kummenti: Din minn dejjem kienet dispożizzjoni nazzjonali tar-Renju Unit.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RA–a–UK–5

Suġġett: Id-distribuzzjoni ta’ oġġetti f’pakketti intern lill-bejjiegħa bl-imnut jew l-utenti (bl-esklużjoni ta’ dawk tal-Klassijiet 1, 4.2, 6.2 u 7) minn depożitu ta’ distribuzzjoni lokali lill-bejjiegħa bl-imnut jew l-utenti u mill-bejjiegħa bl-imnut lill-utenti aħħarin.

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 6.1.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-ippakkjar.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-pakketti ma jeħtiġux li jkollhom il-marka RID/ADR jew NU.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods u Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2007: Regulation 26.

Kummenti: Ir-rekwiżiti tal-RID huma inadatti għall-aħħar stadji tal-ġarr minn ċentru ta’ distribuzzjoni għal għand il-bejjiegħ bl-imnut jew l-utent jew mill-bejjiegħ bl-imnut għal għand utent aħħari. L-iskop ta’ din id-deroga huwa li tippermetti li l-kontenituri interni tal-oġġetti għad-distribuzzjoni bl-imnut jinġarru fl-aħħar parti tal-vjaġġ tad-distribuzzjoni lokali mingħajr il-pakkett ta’ barra.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

Abbażi tal-Artikolu 6(2)(b)(i) tad-Direttiva 2008/68/KE

DE il-Ġermanja

RA–bi–DE-2

Suġġett: Trasport ta’ skart perikoluż pakkjat.

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 1 to 5.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Klassifikazzjoni, ippakkjar u mmarkar.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassijiet 2 sa 6.1, 8 u 9: Ippakkjar kumbinat u trasport ta’ skart perikoluż f’pakketti u IBCs; l-iskart irid ikun ippakkjat f’pakketti interni (kif miġbur) u mqassam f’kategoriji speċifiċi ta’ skart (biex ikunu evitati reazzjonijiet perikolużi fi grupp ta’ skart); użu ta’ struzzjonijiet speċjali bil-miktub relatati mal-gruppi ta’ skart u bħala polza tat-tagħbija; ġbir ta’ skart domestiku u tal-laboratorji, eċċ.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung - GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 20.

Kummenti: Lista Nru 6*.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

DK Danimarka

RA–bi–DK-1

Suġġett: Ġarr ta’ oġġetti perikolużi minn mini.

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Tagħbija, ħatt u distanzi protettivi.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni tipprevedi dispożizzjonijiet alternattivi għal dawk previsti fl-Anness II it-Taqsima II.1 għad-Direttiva 2008/68/KE dwar il-ġarr mill-mina ferrovjarja li tgħaddi minn taħt il-Great Belt. Dawn id-dispożizzjonijiet alternattivi huma dwar il-volum tat-tagħbija u d-distanza bejn it-tagħbijiet ta’ oġġetti perikolużi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bestemmelser om transport af eksplosiver i jernbanetunnelerne på Storebælt og Øresund, tal-15 ta’ Frar 2005.

Kummenti:

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RA–bi–DK-2

Suġġett: Ġarr ta’ oġġetti perikolużi minn mini.

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Tagħbija, ħatt u distanzi protettivi.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni tipprevedi dispożizzjonijiet alternattivi għal dawk previsti fl-Anness II it-Taqsima II.1 għad-Direttiva 2008/68/KE dwar il-ġarr mill-mina ferrovjarja tal-link fissa li tgħaddi minn Øresund. Dawn id-dispożizzjonijiet alternattivi huma dwar il-volum tat-tagħbija u d-distanza bejn it-tagħbijiet ta’ oġġetti perikolużi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bestemmelser om transport af eksplosiver i jernbanetunnelerne på Storebælt og Øresund, tal-15 ta’ Frar 2005.

Kummenti:

Data ta’ skadenza: id-29 ta’ Frar 2016.

SE l-Isvezja

RA–bi–SE–1

Suġġett: Ġarr ta’ skart perikoluż lejn l-impjanti tar-rimi tal-iskart perikoluż.

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 2, 5.2, u 6.1.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Klassifikazzjoni, immarkar u ttikkettar kif ukoll ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-ippakkjar.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni tikkonsisti minn kriterji simplifikati tal-klassifikazzjoni, rekwiżiti inqas restrittivi għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-ippakkjar u r-rekwiżiti modifikati għall-ittikkettar u l-immarkar. Minflok ma l-iskart perikoluż jiġi kklassifikat skont l-RID, jinqasam fi gruppi differenti ta’ skart. Kull grupp ta’ skart fih sustanzi li jistgħu, skont l-RID, jiġu ppakkjati flimkien (ippakkjar imħallat). Kull pakkett għandu jiġi mmarkat bil-kodiċi rilevanti tal-grupp ta’ skart minflok bin-numru NU.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Dawn ir-regolamenti jistgħu jintużaw biss għall-ġarr ta’ skart perikoluż minn siti pubbliċi tar-riċiklaġġ lejn impjanti ta’ rimi ta’ skart perikoluż.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

Abbażi tal-Artikolu 6(2)(b)(ii) tad-Direttiva 2008/68/KE

DE il-Ġermanja

RA–bii–DE-1

Suġġett: Trasport lokali taċ-ċjanur tal-idroġenu NU 1051, stabbilizzat, likwidu, li għandu 1 % ilma jew inqas skont il-massa, f’vaguni tank tal-ferroviji, b’deroga mis-subtaqsima 4.3.2.1.1. tal-Anness II, Taqsima II.1 għad-Direttiva 2008/68/KE.

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 3.2, 4.3.2.1.1.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: projbizzjoni fuq it-trasport ta’ NU 1051 (ċjanur tal-idroġenu), stabbilizzat, likwidu b’1 % ilma jew inqas skont il-massa.

Il-kontenut tad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: trasport lokali bil-ferrovija fuq rotot identifikati partikolari, li jifforma parti minn proċess industrijali definit, u li jkun ikkontrollat mill-qrib f’kondizzjonijiet speċifikati b’mod ċar. It-trasport iseħħ f’vaguni tank li għandhom liċenzja speċifika għal dan l-iskop u li l-kostruzzjoni u l-immuntar tagħhom huma kontinwament adattati skont l-aħħar teknoloġija tas-sikurezza (pereżempju tagħmir ta’ lqugħ għat-taħbit skont it-TE 22). Il-proċess tat-trasport huwa regolat fid-dettal permezz ta’ dispożizzjonijiet ulterjuri tas-sikurezza operazzjonali bi ftehim mal-awtoritajiet rilevanti għas-sikurezza u kontra l-periklu u jiġi mmonitorjat mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza rilevanti.

Referenza oriġinali għad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: deroga Nru E 1/97 (ir-raba’ (4) verżjoni emendata), l-Uffiċċju Federali għall-Ferroviji

Tmiem il-perjodu ta’ validità: l-1 ta’ Jannar 2017.”

(3)

L-Anness III, it-Taqsima III.3 hija ssostitwita b’dan li ġej:

“III.3.   Derogi nazzjonali

…”


Top