Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R1112

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1112/2010 tal- 1 ta' Diċembru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 793/2006 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikultura fir-reġjuni l-aktar ’il bogħod tal-Unjoni

    ĠU L 316, 2.12.2010, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 06/03/2014; Imħassar b' 32014R0179

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1112/oj

    2.12.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 316/1


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1112/2010

    tal-1 ta' Diċembru 2010

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 793/2006 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikultura fir-reġjuni l-aktar ’il bogħod tal-Unjoni

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 tat-30 ta' Jannar 2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikultura fir-reġjuni l-aktar ’il bogħod tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 408/2009 (2) li jemenda r-Regolament (KE) Nru 793/2006 u b’mod partikolari l-Artikolu 46 a li jispeċifika li volum minimu ta' 15 % ta' ħalib frisk tal-baqra li għandu jiġi inkorporat fil-ħalib UHT rikostitwit u maħsub għall-konsum lokali fil-Madejra, instab li l-ħalib frisk kollu li ġie prodott lokalment huwa użat b’mod sħiħ mill-industrija lokali tal-ġobon. Sabiex jiġi evitat kull tfixkil għall-bilanċ ekonomiku li hu diġà stabbilit u biex ikun żgurat li l-ħalib frisk prodott lokalment ikun jista’ jiġi proċessat fi prodotti b’valur miżjud għoli, jidher li huwa xieraq li jiġi eliminat l-obbligu ta' rata minima ta' inkorporazzjoni.

    (2)

    B’kunsiderazzjoni għall-emenda għall-Artikolu 19(4), tar-Regolament (KE) Nru 247/2006 permezz tar-Regolament (UE) Nru 641/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) li mill-1 ta' Jannar 2010 neħħiet l-obbligu tal-Kummissjoni, li tiġi stabbilita rata ta' inkorporazzjoni għall-ħalib frisk prodott lokalment, jeħtieġ li minn din id-data jitneħħa wkoll l-Artikolu 46 a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 793/2006 (4).

    (3)

    B’riżultat ta' dan, ir-Regolament (KE) Nru 793/2006 għandu jiġi emendat.

    (4)

    Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 793/2006 huwa b’dan emendat kif ġej: l-Artikolu 46 a huwa mħassar.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2010.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2010.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 42, 14.2.2006, p. 1.

    (2)  ĠU L 123, 19.5.2009, p. 62.

    (3)  ĠU L 194, 24.7.2010, p. 23.

    (4)  ĠU L 145, 31.5.2006, p. 1.


    Top