Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0745

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 745/2010 tat- 18 ta’ Awwissu 2010 li jistabbilixxi limiti massimi baġitarji għall-2010 applikabbli għal ċerti skemi ta’ għajnuna diretta previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009

    ĠU L 218, 19.8.2010, p. 9–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/745/oj

    19.8.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 218/9


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 745/2010

    tat-18 ta’ Awwissu 2010

    li jistabbilixxi limiti massimi baġitarji għall-2010 applikabbli għal ċerti skemi ta’ għajnuna diretta previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (1), u partikolarment l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 51(2), l-Artikolu 69(3), l-Artikolu 87(3), l-Artikolu 123(1), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 128(1), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 128(2), u l-Artikolu 131(4) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Għall-Istati Membri li fl-2010 qed jimplimentaw l-iskema ta’ pagament uniku prevista fit-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, għandhom jiġu stabbiliti l-limiti massimi baġitarji għall-2010 għal kull pagament imsemmi fl-Artikoli 52, 53 u 54 ta’ dak ir-Regolament.

    (2)

    Għall-Istati Membri li fl-2010 qed jużaw l-alternattiva prevista fl-Artikolu 87 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, għandhom jiġu ffissati l-limiti massimi baġitarji għall-2010 applikabbli għall-pagamenti diretti esklużi mill-iskema ta’ pagament uniku.

    (3)

    Għall-Istati Membri li fl-2010 qed jużaw l-alternattivi previsti fl-Artikoli 69(1) jew 131(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, għandhom jiġu stabbiliti l-limiti massimi baġitarji għall-2010 għall-għajnuna speċifika msemmija fil-Kapitolu 5 tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

    (4)

    L-Artikolu 69(4) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jillimita r-risorżi li jistgħu jintużaw għal kwalunkwe miżura akkoppjata prevista fil-punti (i), (ii), (iii) u (iv) tal-Artikolu 68(1)(a) u fl-Artikolu 68(1)(b) u (e) għal 3,5 % tal-limitu massimu nazzjonali msemmi fl-Artikolu 40 tal-istess Regolament. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-limiti massimi li jirriżultaw mill-ammonti nnotifikati mill-Istati Membri għall-miżuri konċernati.

    (5)

    Skont l-Artikolu 69(6)(a) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-ammonti kkalkolati skont l-Artikolu 69(7) ta’ dak ir-Regolament ġew stabbiliti fl-Anness III għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1120/2009 tad-29 ta’ Ottubru 2009 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku li hemm provvediment dwarha fit-Titolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa (2). Għal raġunijiet ta’ ċarezza, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-ammonti notifikati mill-Istati Membri u li bi ħsiebhom jużaw skont l-Artikolu 69(6)(a) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

    (6)

    Għal raġunijiet ta’ ċarezza, għandhom jiġu ppubblikati l-limiti massimi baġitarji għall-iskema ta’ pagament uniku tal-2010, wara li jitnaqqsu l-limiti massimi stabbiliti għall-pagamenti msemmija fl-Artikoli 52, 53, 54, 68 u 87 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 mil-limiti stipulati fl-Anness VIII għall-istess Regolament. L-ammont li għandu jitnaqqas mill-imsemmi Anness VIII sabiex jiffinanzja l-għajnuna speċifika prevista fl-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jikkorrispondi għad-differenza bejn l-ammont totali għall-għajnuna speċifika nnotifikata mill-Istat Membru u l-ammonti nnotifikati għall-finanzjament tal-għajnuna speċifika skont l-Artikolu 69(6)(a) tal-istess Regolament. Fejn Stat Membru li qed jimplimenta l-iskema ta’ pagament uniku jiddeċiedi li jagħti l-għajnuna msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 68(1), l-ammont innotifikat lill-Kummissjoni għandu jiġi inkluż fil-limitu massimu tal-iskema ta’ pagament uniku, peress li din l-għajnuna tieħu l-forma ta’ żieda fil-valur tal-unità u/jew l-għadd ta’ intitolamenti għal pagamenti tal-bidwi.

    (7)

    Għandhom jiġu stabbiliti pakketti finanzjarji annwali skont l-Artikolu 123(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għall-Istati Membri li fl-2010 qed jimplimentaw l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja previst fil-Kapitolu 2 tat-Titolu V ta’ dak ir-Regolament.

    (8)

    Għal raġunijiet ta’ ċarezza, għandhom jiġu ppubblikati l-ammonti massimi tal-fondi għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri li japplikaw l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja għall-għotja ta’ pagamenti separati għaz-zokkor fl-2010 skont l-Artikolu 126 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, stabbiliti abbażi tan-notifika tagħhom.

    (9)

    Għal raġunijiet ta’ ċarezza, għandhom jiġu ppubblikati l-ammonti massimi tal-fondi għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri li japplikaw l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja għall-għotja ta’ pagamenti separati għall-frott u l-ħxejjex fl-2010 skont l-Artikolu 127 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, stabbiliti abbażi tan-notifika tagħhom.

    (10)

    Għandhom jiġu ppubblikati, għall-Istati Membri li japplikaw l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja u abbażi tan-notifika tagħhom, il-limiti massimi baġitarji tal-2010 applikabbli għall-pagamenti tranżizzjonali għall-frott u l-ħxejjex fl-2010 skont l-Artikolu 128(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

    (11)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    1.   Il-limiti massimi baġitarji għall-2010 msemmija fl-Artikolu 51(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

    2.   Il-limiti massimi baġitarji għall-2010 msemmija fl-Artikolu 87(3) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma stipulati fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

    3.   Il-limiti massimi baġitarji għall-2010 msemmija fl-Artikolu 69(3) u 131(4) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma stipulati fl-Anness III għal dan ir-Regolament.

    4.   Il-limiti massimi baġitarji għall-2010 għall-għajnuna prevista fil-punti (i), (ii), (iii) u (iv) tal-Artikolu 68(1)(a) u fl-Artikolu 68(1)(b) u (e) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma stipulati fl-Anness IV għal dan ir-Regolament.

    5.   L-ammonti li jistgħu jintużaw mill-Istati Membri skont l-Artikolu 69(6)(a) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 biex ikopru l-għajnuna speċifika prevista fl-Artikolu 68(1) tal-istess Regolament huma stipulati fl-Anness V għal dan ir-Regolament.

    6.   Il-limiti massimi baġitarji għall-iskema ta’ pagament uniku tal-2010 msemmija fit-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma stipulati fl-Anness VI għal dan ir-Regolament.

    7.   Il-pakketti finanzjarji annwali għall-2010 msemmija fl-Artikolu 123(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma stipulati fl-Anness VII għal dan ir-Regolament.

    8.   L-ammonti massimi ta’ fondi għad-dispożizzjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovakkja għall-għotja ta’ pagament separat għaz-zokkor fl-2010, kif imsemmi fl-Artikolu 126 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma stipulati fl-Anness VIII għal dan ir-Regolament.

    9.   L-ammonti massimi ta’ fondi għad-dispożizzjoni tar-Repubblika Ċeka, tal-Ungerija, tal-Polonja u tas-Slovakkja, għall-għotja ta’ pagament separat għall-frott u l-ħxejjex fl-2010, kif imsemmi fl-Artikolu 127 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma stipulati fl-Anness IX għal dan ir-Regolament.

    10.   Il-limiti massimi baġitarji għall-2010 imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 128(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma stipulati fl-Anness X għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Awwissu 2010.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.

    (2)  ĠU L 316, 2.12.2009, p. 1.


    ANNESS I

    LIMITI MASSIMI BAĠITARJI GĦALL-PAGAMENTI DIRETTI LI JINGĦATAW SKONT L-ARTIKOLI 52, 53 U 54 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 73/2009

    Sena kalendarja 2010

    (elf EUR)

     

    BE

    DK

    EL

    ES

    FR

    IT

    AT

    PT

    SI

    FI

    SE

    Primjum għan-nagħaġ u l-mogħoż

     

    855

     

     

     

     

     

    21 892

     

    600

     

    Primjum supplimentari għan-nagħaġ u l-mogħoż

     

     

     

     

     

     

     

    7 184

     

    200

     

    Premium tal-baqar li jreddgħu

    77 565

     

     

    261 153

    525 622

     

    70 578

    78 695

     

     

     

    Primjum addizzjonali għall-baqar li jreddgħu

    19 389

     

     

    26 000

     

     

    99

    9 462

     

     

     

    Primjum speċjali għaċ-ċanga

     

    33 085

     

     

     

     

     

     

    8 817

     

    37 446

    Primjum għall-qtil, adulti

     

     

     

    47 175

     

     

     

    8 657

     

     

     

    Primjum għall-qtil, għoġġiela

    6 384

     

     

    560

     

     

     

    946

     

     

     

    Tadam – l-Artikolu 54(1)

     

     

    10 720

    28 117

    4 017

    91 984

     

    16 667

     

     

     

    Frott u ħxejjex minn barra t-tadam – l-Artikolu 54 (2)

     

     

     

     

    43 152

    9 700

     

     

     

     

     


    ANNESS II

    LIMITI MASSIMI BAĠITARJI GĦALL-PAGAMENTI DIRETTI LI GĦANDHOM JINGĦATAW SKONT L-ARTIKOLU 87 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 73/2009

    Sena kalendarja 2010

    (elf EUR)

     

    Spanja

    Franza

    L-Italja

    Il-Pajjiżi Baxxi

    Il-Portugall

    Il-Finlandja

    Għajnuna għaż-żrieragħ

    10 347

    2 310

    13 321

    726

    272

    1 150


    ANNESS III

    LIMITI MASSIMI BAĠITARJI GĦALL-GĦAJNUNA SPEĊIFIKA PREVISTA FL-ARTIKOLU 68(1) TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 73/2009

    Sena kalendarja 2010

    Stat Membru

    (elf EUR)

    Il-Belġju

    6 389

    Il-Bulgarija

    11 761

    Ir-Repubblika Ċeka

    31 826

    Id-Danimarka

    15 800

    Il-Ġermanja

    2 000

    L-Estonja

    1 253

    L-Irlanda

    25 000

    Il-Greċja

    107 600

    Spanja

    247 865

    Franza

    472 600

    L-Italja

    316 250

    Il-Latvja

    5 130

    L-Ungerija

    77 290

    Il-Pajjiżi Baxxi

    22 020

    L-Awstrija

    11 900

    Il-Polonja

    40 800

    Il-Portugall

    32 411

    Ir-Rumanija

    25 545

    Is-Slovenja

    10 237

    Is-Slovakkja

    8 700

    Il-Finlandja

    45 140

    L-Isvezja

    3 434

    Ir-Renju Unit

    29 800

    (*)

    l-ammonti notifikati mill-Istati Membri biex tingħata l-għajnuna msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 68(1) li huma inklużi fil-limitu massimu tal-iskema ta’ pagament uniku.

    Il-Greċja: 30 000 elf EUR

    Is-Slovenja: 4 200 elf EUR


    ANNESS IV

    IL-LIMITI MASSIMI BAĠITARJI GĦALL-GĦAJNUNA PREVISTA FIL-PUNTI (i), (ii), (iii) U (iv) TAL-ARTIKOLU 68(1)(a) U L-ARTIKOLU 68(1)(b) U (e) TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 73/2009

    Sena kalendarja 2010

    Stat Membru

    (elf EUR)

    Il-Belġju

    6 389

    Il-Bulgarija

    11 761

    Ir-Repubblika Ċeka

    31 826

    Id-Danimarka

    4 300

    Il-Ġermanja

    2 000

    L-Estonja

    1 253

    L-Irlanda

    25 000

    Il-Greċja

    77 600

    Spanja

    178 265

    Franza

    232 600

    L-Italja

    147 250

    Il-Latvja

    5 130

    L-Ungerija

    46 164

    Il-Pajjiżi Baxxi

    15 000

    L-Awstrija

    11 900

    Il-Polonja

    40 800

    Il-Portugall

    19 510

    Ir-Rumanija

    25 545

    Is-Slovenja

    6 037

    Is-Slovakkja

    8 700

    Il-Finlandja

    45 140

    L-Isvezja

    3 434

    Ir-Renju Unit

    29 800


    ANNESS V

    L-AMMONTI LI SER JINTUŻAW MILL-ISTATI MEMBRI SKONT L-ARTIKOLU 69(6)(a) TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 73/2009 BIEX IKOPRU L-GĦAJNUNA SPEĊIFIKA PREVISTA FL-ARTIKOLU 68(1) TA’ DAK IR-REGOLAMENT

    Sena kalendarja 2010

    Stat Membru

    (elf EUR)

    Il-Belġju

    6 389

    Id-Danimarka

    15 800

    L-Irlanda

    23 900

    Il-Greċja

    70 000

    Spanja

    144 200

    Franza

    90 000

    L-Italja

    144 900

    Il-Pajjiżi Baxxi

    22 020

    L-Awstrija

    11 900

    Il-Portugall

    21 700

    Is-Slovenja

    4 200

    Il-Finlandja

    4 762


    ANNESS VI

    LIMITI BAĠITARJI GĦALL-ISKEMA TA’ PAGAMENT UNIKU

    Sena kalendarja 2010

    Stat Membru

    (elf EUR)

    Il-Belġju

    508 479

    Id-Danimarka

    997 381

    Il-Ġermanja

    5 769 981

    L-Irlanda

    1 339 421

    Il-Greċja

    2 210 268

    Spanja

    4 642 028

    Franza

    7 465 495

    L-Italja

    3 924 520

    Il-Lussemburgu

    37 569

    Malta

    4 231

    Il-Pajjiżi Baxxi

    852 443

    L-Awstrija

    676 667

    Il-Portugall

    435 325

    Is-Slovenja

    92 740

    Il-Finlandja

    523 192

    L-Isvezja

    724 349

    Ir-Renju Unit

    3 946 625


    ANNESS VII

    PAKKETTI FINANZJARJI ANNWALI GĦALL-ISKEMA TA’ PAGAMENT UNIKU SKONT L-ERJA

    Sena kalendarja 2010

    Stat Membru

    (elf EUR)

    Il-Bulgarija

    326 671

    Ir-Repubblika Ċeka

    581 177

    L-Estonja

    70 531

    Ċipru

    34 898

    Il-Latvja

    95 653

    Il-Litwanja

    262 311

    L-Ungerija

    831 578

    Il-Polonja

    1 994 196

    Ir-Rumanija

    700 424

    Is-Slovakkja

    268 304


    ANNESS VIII

    L-AMMONTI MASSIMI TA’ FONDI DISPONIBBLI GĦALL-ISTATI MEMBRI GĦALL-GĦOTJA TAL-PAGAMENTI SEPARATI GĦAZ-ZOKKOR IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 126 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 73/2009

    Sena kalendarja 2010

    Stat Membru

    (elf EUR)

    Ir-Repubblika Ċeka

    44 245

    Il-Latvja

    4 962

    Il-Litwanja

    10 260

    L-Ungerija

    41 010

    Il-Polonja

    159 392

    Ir-Rumanija

    4 041

    Is-Slovakkja

    8 856


    ANNESS IX

    L-AMMONTI MASSIMI TA’ FONDI DISPONIBBLI GĦALL-ISTATI MEMBRI GĦALL-GĦOTJA TAL-PAGAMENTI SEPARATI GĦALL-FROTT U L-ĦXEJJEX IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 127 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 73/2009

    Sena kalendarja 2010

    Stat Membru

    (elf EUR)

    Ir-Repubblika Ċeka

    414

    L-Ungerija

    4 756

    Il-Polonja

    6 715

    Is-Slovakkja

    690


    ANNESS X

    Il-LIMITI MASSIMI BAĠITARJI GĦALL-PAGAMENTI TRANŻIZZJONALI FIS-SETTUR TAL-FROTT U L-ĦXEJJEX IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 128 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 73/2009

    Sena kalendarja 2010

    (elf EUR)

    Stat Membru

    Ċipru

    Ir-Rumanija

    Is-Slovakkja

    Tadam – l-Artikolu 128(1)

     

    869

    335

    Frott u ħxejjex minn barra t-tadam – l-Artikolu 128(2)

    4 478

     

     


    Top