EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0585

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 585/2010 tat- 2 ta’ Lulju 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa

ĠU L 169, 3.7.2010, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Impliċitament imħassar minn 32020R0760

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/585/oj

3.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 169/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 585/2010

tat-2 ta’ Lulju 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 144(1) u l-Artikolu 148 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 19a tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 (2) jirreferi għall-kwoti tat-tariffa amministrati skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (3). Dawn il-kwoti jinkludu wkoll il-kwoti pprovduti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 tad-9 ta’ April 2001 li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ tariffa ta’ kwoti tal-Komunità u ta’ kwantitajiet ta’ referenza għall-prodotti eliġibbli għal preferenzi bis-saħħa ta’ ftehim ma ċerti pajjiżi tal-Mediterran (4).

(2)

Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat tal-Iżrael dwar miżuri ta’ liberalizzazzjoni reċiproċi fir-rigward ta’ prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati kif ukoll ta’ ħut u ta’ prodotti tal-ħut, is-sostituzzjoni tal-Protokolli 1 u 2 u l-annessi tagħhom u l-emendi għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, ġie konkluż fl-2008. Dan il-Ftehim, minn issa ’l quddiem magħruf bħala “il-Ftehim”, ġie approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/855/KE (5).

(3)

Il-Ftehim jipprovdi għal kwoti ġodda ta’ tariffa għal prodotti agrikoli u prodotti agrikoli pproċessati li joriġinaw mill-Iżrael.

(4)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 747/2001 kif emendat bir-Regolament tal-Kummsissjoni (KE) Nru 1154/2009 (6) jipprovdi għal żieda fil-kwota tal-prodott tal-ħalib li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 0404 10 sa mill-1 ta’ Jannar 2010.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

L-emenda proposta għandha tapplika sa mill-1 ta’ Jannar 2010, id-data li fiha l-Ftehim daħal fis-seħħ u saret applikabbli l-emenda korrispondenti tar-Regolament (KE) Nru 747/2001.

(7)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness VIIa għar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, punt 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Il-kwota tat-tariffa taħt l-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 747/2001 fir-rigward ta’ ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw fl-Iżrael:

Kwota Nru

Kodiċi NM

Deskrizzjoni (7)

Rata applikabbli tad-dazju

Kwantitajiet annwali f’tunnellati

Bażi = sena kalendarja

09.1302

0404 10

Xorrox u xorrox modifikat

Eżenzjoni

1 300

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29.

(3)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(4)  ĠU L 109, 19.4.2001, p. 2.

(5)  ĠU L 313, 28.11.2009, p. 81.

(6)  ĠU L 313, 28.11.2009, p. 52.

(7)  Minkejja r-regoli tal-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kitba tad-deskrizzjoni tal-prodotti għandha titqies li għandha valur indikattiv biss, ladarba, fil-kuntest ta’ dan l-Anness, l-arranġamenti preferenzjali għandhom jiġu ddeterminati mill-kopertura tal-kodiċijiet tan-NM. Fejn hemm referenza għall-kodiċijiet tan-NM, l-applikabbiltà tal-arranġamenti preferenzjali tiġi ddeterminata abbażi tal-kodiċi NM u d-deskrizzjoni korrispondenti, meħudin flimkien.”


Top