This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010R0574
Commission Regulation (EU) No 574/2010 of 30 June 2010 amending Regulation (EC) No 1126/2008 adopting certain international accounting standards in accordance with Regulation (EC) No 1606/2002 of the European Parliament and of the Council as regards International Financial Reporting Standard (IFRS) 1 and IFRS 7 (Text with EEA relevance )
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 574/2010 tat- 30 ta’ Ġunju 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali ta' Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 1 u l-IFRS 7 (Test b’relevanza għaż-ŻEE )
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 574/2010 tat- 30 ta’ Ġunju 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali ta' Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 1 u l-IFRS 7 (Test b’relevanza għaż-ŻEE )
ĠU L 166, 1.7.2010, p. 6–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 15/10/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R1803
1.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 166/6 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 574/2010
tat-30 ta’ Ġunju 2010
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali ta' Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 1 u l-IFRS 7
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta’ Ottubru 2008. |
(2) |
Fis-28 ta’ Jannar 2010, il-Bord għall-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB) ippubblika emenda għall-Istandard Internazzjonali ta' Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRS) 1 Eżenzjoni Limitata minn Żvelar Komparattiv skont l-IFRS 7 għal min Jadotta għall-Ewwel Darba, minn hawn ′il quddiem “l-emenda għall-IFRS 1”. L-għan ta' din l-amenda għall-IFRS 1 huwa li tingħata eżenzjoni fakultattiva lil dawk l-entitajiet li qed japplikaw l-IFRS għall-ewwel darba peress li ġie nnotat li f'każ li l-perjodi komparattivi jagħlqu qabel il-31 ta' Diċembru 2009 dawn l-entitajiet ma jgawdux mill-eżenzjoni fir-rigward ta' dikjarar mill-ġdid tal-iżvelar komparattiv fl-IFRS 7 li jikkonċerna l-istima tal-valur ġust u r-riskji tal-likwidità. |
(3) |
Il-konsultazzjoni mal-Grupp Tekniku ta’ Esperti (TEG) tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG) tikkonferma li l-emenda għall-IFRS 1 tissodisfa l-kriterji tekniċi għall-adozzjoni stipulati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/505/KE tal-14 ta' Lulju 2006 li tistabbilixxi Grupp ta' Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi [Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards] biex jagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-oġġettività u n-newtralità tal-opinjonijiet tal-Grupp Konsultattiv Ewropew dwar ir-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG) (3), il-Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards qies l-opinjoni tal-EFRAG dwar l-adozzjoni u ta parir lill-Kummissjoni li din hija bbilanċata kif xieraq u oġġettiva. |
(4) |
L-adozzjoni tal-emenda għall-IFRS 1 timplika, b'konsegwenza, emendi għall-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRS) 7 sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn l-istandards internazzjonali tal-kontabilità. |
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu jiġi emendat kif ġej:
(1) |
L-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRS) 1 huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament; |
(2) |
L-IFRS 7 huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Kull kumpanija għandha tapplika l-emendi għall-IFRS 1 u l-IFRS 7, kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament, sa mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja tagħha li tibda wara t-30 ta’ Ġunju 2010.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, it-30 ta’ Ġunju 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.
(2) ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1.
(3) ĠU L 199, 21.7.2006, p. 33.
ANNESS
STANDARDS INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ
IFRS 1 |
Emenda għall-IFRS 1 Eżenzjoni Limitata minn Żvelar Komparattiv skont l-IFRS 7 għal min Jadotta għall-Ewwel Darba |
IFRS 7 |
Emenda għall-IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Żvelar |
Riproduzzjoni permessa fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet kollha eżistenti riżervati barra miż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tad-dritt ta' riproduzzjoni għall-użu personali jew għal skopijiet oħra ta' kummerċ ġust. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-IASB fuq www.iasb.org
EŻENZJONI LIMITATA MINN ŻVELAR KOMPARATTIV SKONT L-IFRS 7 GĦAL MIN JADOTTA GĦALL-EWWEL DARBA
(Emendi għall-IFRS 1)
Emenda għall-IFRS 1
Adozzjoni għall-Ewwel darba ta’ Standards Internazzjonali ta’ Rappurtaġġ Finanzjarju
Il-paragrafu 39C huwa miżjud.
DATA EFFETTIVA
39C |
Eżenzjoni Limitata minn Żvelar Komparattiv skont l-IFRS 7 għal min Jadotta għall-Ewwel Darba, (Emenda għall-IFRS 1) maħruġa f'Jannar 2010 żiedet il-paragrafu E3. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew mill-1 ta’ Lulju 2010 jew wara. Hija permessa applikazzjoni abkar. Jekk entità tapplika l-emenda għal perjodu abkar għandha tiżvela dan il-fatt. |
Appendiċi E
Eżenzjonijiet mill-IFRSs għal żmien qasir
Żdiedu intestatura, il-paragrafu E3 u nota ta' qiegħ il-paġna.
Żvelar dwar strumenti finanzjarji
E3 |
Min jadotta għall-ewwel darba jista' japplika d-dispożizzjonijiet tranżitorji fil-paragrafu 44G tal-IFRS 7. (*) |
Appendiċi
Emenda għall-IFRS 7
Strumenti Finanzjarji: Żvelar
Il-paragrafu 44G huwa emendat (it-test il-ġdid huwa sottolinjat u t-test imħassar huwa maqtugħ) u impoġġi f'noti ta' qiegħ il-paġna.
DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI
44G |
It-Titjib tal-Iżvelar dwar l-Istrumenti Finanzjarji (Emendi għall-IFRS 7), maħruġ f'Marzu 2009, emenda l-paragrafi 27, 39 u B11 u żied il-paragrafi 27A, 27B, B10A u B11A-B11F. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għall-perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Entità ma għandhiex għalfejn tipprovdi l-iżvelar meħtieġ mill-emendi għal:
|
Hija permessa applikazzjoni abkar. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu abkar għandha tiżvela dan il-fatt. (**)
(*) Il-paragrafu E3 żdied b'konsegwenza tal-Eżenzjoni Limitata minn Żvelar Komparattiv skont l-IFRS 7 għal min Jadotta għall-Ewwel Darba, (Emenda għall-IFRS 1) maħruġa f'Jannar 2010. Biex ikun evitat l-użu potenzjali tat-tagħlimiet mill-passat u biex jiġi żgurat li min jadotta għall-ewwel darba ma jkunx fi żvantaġġ meta mqabbel ma' min diġà juża l-IFRSs, il-Bord iddeċieda li min jadotta għall-ewwel darba jkun jista' juża l-istess dispożizzjonijet tranżitorji permessi lil min diġà jħejji r-rapporti finanzjarji skont l-IFRSs li huma inklużi fit-Titjib tal-Iżvelar dwar l-Istrumenti Finanzjarji (Emendi għall-IFRS 7).
(**) Il-paragrafu 44G ġie emendat b'konsegwenza tal-Eżenzjoni Limitata minn Żvelar Komparattiv skont l-IFRS 7 għal min Jadotta għall-Ewwel Darba, (Emenda għall-IFRS 1) maħruġa f'Jannar 2010. Il-Bord emenda l-paragrafu 44G biex jikkjarifika l-konklużjonijiet tiegħu u t-tranżizzjoni intenzjonata għat-Titjib tal-Iżvelar dwar l-Istrumenti Finanzjarji (Emendi għall-IFRS 7).