This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010R0460
Commission Regulation (EU) No 460/2010 of 27 May 2010 amending Regulation (EC) No 1580/2007 as regards the trigger levels for additional duties on tomatoes, apricots, lemons, plums, peaches, including nectarines, pears and table grapes
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 460/2010 tas- 27 ta’ Mejju 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1580/2007, fir-rigward tal-livell li fih jiskattaw id-dazji addizzjonali għat-tadam, il-berquq, il-lumi, l-għanbaqar, il-ħawħ, inkluż in-nuċiprisk, il-lanġas u l-għeneb tal-mejda
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 460/2010 tas- 27 ta’ Mejju 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1580/2007, fir-rigward tal-livell li fih jiskattaw id-dazji addizzjonali għat-tadam, il-berquq, il-lumi, l-għanbaqar, il-ħawħ, inkluż in-nuċiprisk, il-lanġas u l-għeneb tal-mejda
ĠU L 129, 28.5.2010, p. 50–51
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 21/06/2011; Imħassar b' 32011R0543
28.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 129/50 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 460/2010
tas-27 ta’ Mejju 2010
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1580/2007, fir-rigward tal-livell li fih jiskattaw id-dazji addizzjonali għat-tadam, il-berquq, il-lumi, l-għanbaqar, il-ħawħ, inkluż in-nuċiprisk, il-lanġas u l-għeneb tal-mejda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 143(b) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u l-ħxejjex (2) jistipula s-sorveljanza tal-importazzjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness XVII tiegħu. Din is-sorveljanza għandha titwettaq skont ir-regoli dettaljati stabbiliti fl-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (3). |
(2) |
Għall-finijiet tal-Artikolu 5(4) tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura (4) konkluż matul in-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Urugwaj, u abbażi tal-aħħar dejta disponibbli għall-2007, l-2008 u l-2009, jeħtieġ li jiġu aġġustati l-livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali għat-tadam, il-berquq, il-lumi, l-għanbaqar, il-ħawħ, inkluż n-nuċiprisk, il-lanġas u l-għeneb tal-mejda. |
(3) |
B’riżultat ta’ dan, ir-Regolament (KE) Nru 1580/2007 għandu jiġi emendat. |
(4) |
Il-miżuri pprovduti b’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-kumitat ta’ ġestjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jinbidel bit-test muri fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Ġunju 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Mejju 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
(3) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.
(4) ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.
ANNESS
“ANNESS XVII
DAZJI ADDIZZJONALI TAL-IMPORTAZZJONI: TITOLU IV, KAPITOLU II, TAQSIMA 2
Bla ħsara għar-regoli dwar l-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti għandha titqies indikattiva biss. Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, l-ambitu tad-dazji addizzjonali huwa determinat minn dak tal-kodiċijiet tan-NM kif kienu fi żmien l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Numru tas-serje |
Kodiċi tan-NM |
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Perjodu ta’ applikazzjoni |
Livell tal-iskattar (f’tunnellati) |
78.0015 |
0702 00 00 |
Tadam |
Mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Mejju |
1 215 526 |
78.0020 |
Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru |
966 429 |
||
78.0065 |
0707 00 05 |
Ħjar |
Mill-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Ottubru |
11 879 |
78.0075 |
Mill-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ April |
18 611 |
||
78.0085 |
0709 90 80 |
Qaqoċċ |
Mill-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ Ġunju |
8 866 |
78.0100 |
0709 90 70 |
Zukkini |
Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru |
55 369 |
78.0110 |
0805 10 20 |
Larinġ |
Mill-1 ta’ Diċembru sal-31 ta’ Mejju |
355 386 |
78.0120 |
0805 20 10 |
Klementina |
Mill-1 ta’ Novembru sal-aħħar ta’ Frar |
529 006 |
78.0130 |
0805 20 30 0805 20 50 0805 20 70 0805 20 90 |
Mandolin (inkluż it-tanġerini u s-satsumi); il-wilkings u l-ibridi simili taċ-ċitru |
Mill-1 ta’ Novembru sal-aħħar ta’ Frar |
96 377 |
78.0155 |
0805 50 10 |
Lumi |
Mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Diċembru |
329 903 |
78.0160 |
Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Mejju |
92 638 |
||
78.0170 |
0806 10 10 |
Għeneb tal-mejda |
Mill-21 ta’ Lulju sal-20 ta’ Novembru |
146 510 |
78.0175 |
0808 10 80 |
Tuffieħ |
Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu |
829 840 |
78.0180 |
Mill-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Diċembru |
884 648 |
||
78.0220 |
0808 20 50 |
Lanġas |
Mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ April |
280 764 |
78.0235 |
Mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru |
83 435 |
||
78.0250 |
0809 10 00 |
Berquq |
Mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju |
49 314 |
78.0265 |
0809 20 95 |
Ċirasa, għajr għaċ-ċirasa qarsa |
Mill-21 ta’ Mejju sal-10 ta’ Awwissu |
90 511 |
78.0270 |
0809 30 |
Ħawħ, inkluż in-nuċiprisk |
Mill-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru |
6 867 |
78.0280 |
0809 40 05 |
Għanbaqar |
Mill-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru |
57 764 ” |