This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010R0244
Commission Regulation (EU) No 244/2010 of 23 March 2010 amending Regulation (EC) No 1126/2008 adopting certain international accounting standards in accordance with Regulation (EC) No 1606/2002 of the European Parliament and of the Council as regards International Financial Reporting Standard (IFRS) 2 (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 244/2010 tat- 23 ta' Marzu 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali ta' Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRS) 2 (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 244/2010 tat- 23 ta' Marzu 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali ta' Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRS) 2 (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 77, 24.3.2010, p. 42–49
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 15/10/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R1803
24.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 77/42 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 244/2010
tat-23 ta' Marzu 2010
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali ta' Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRS) 2
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta’ Ottubru 2008. |
(2) |
Fit-18 ta' Ġunju 2009, il-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB) ippubblika l-Emendi għall-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRS) 2 Pagament Ibbażat fuq l-Ishma, minn hawn ’il quddiem “l-emendi għall-IFRS 2”. L-emenda għall-IFRS 2 tipprovdi kjarifika fuq it-trattament tal-kontabilità tat-tranżazzjonijiet ibbażati fuq l-ishma fejn il-fornitur ta' oġġetti jew servizzi jitħallas bi flus u l-obbligu jiġġarrab minn entità oħra tal-grupp (tranżazzjonijiet ta' pagament ibbażat fuq l-ishma ta' grupp issaldati bi flus). |
(3) |
Il-konsultazzjoni mal-Grupp Tekniku ta’ Esperti (TEG) tal-Grupp Konsultattiv Ewropew dwar ir-Rappurtaġġ Finanzjarju (EFRAG) tikkonferma li l-emenda għall-IFRS 2 tissodisfa il-kriterji tekniċi għall-adozzjoni stipulati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/505/KE tal-14 ta' Lulju 2006 li tistabbilixxi Grupp ta' Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi (Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards) biex jagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-oġġettività u n-newtralità tal-opinjonijiet tal-Grupp Konsultattiv Ewropew dwar ir-Rappurtaġġ Finanzjarju (EFRAG) (3), il-Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards qies l-opinjoni tal-EFRAG dwar l-adozzjoni u ta parir lill-Kummissjoni li din hija bbilanċata kif xieraq u oġġettiva. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu jiġi emendat kif ġej:
(1) |
L-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju 2 Pagament Ibbażat fuq l-Ishma għandu jiġi emendat skont l-Emendi għall-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju IFRS 2 Pagament Ibbażat fuq l-Ishma, kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament; |
(2) |
L-Interpretazzjoni 8 tal-Kumitat għall-Interpretazzjoni tar-Rappurtaġġ Finanzjarju Internazzjonali (IFRIC) u l-Interpretazzjoni 11 tal-IFRIC għandhom jitħassru. |
Artikolu 2
Kull kumpanija għandha tapplika l-emendi, kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament, mhux aktar tard, mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja tagħha li tibda wara l-31 ta’ Diċembru 2009.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.
(2) ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1.
(3) ĠU L 199, 21.7.2006, p. 33.
ANNESS
STANDARDS INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ
IFRS 2 |
Emendi għall-IFRS 2 Pagament ibbażat fuq l-Ishma |
“Riproduzzjoni permessa fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet kollha eżistenti huma riżervati barra ż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tad-dritt ta' kkupjar għall-użu personali jew għal skopijiet oħra ta' kummerċ ġust. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-IASB fil-websajt www.iasb.org”
Emendi għall-IFRS 2 Pagament ibbażat fuq l-Ishma
AMBITU
Il-paragrafu 2 huwa emendat u jitħassar il-paragrafu 3 u jiddaħħal il-paragragu 3A.
2 |
Entità għandha tapplika dan l-IFRS fil-kontabilità tat-tranżazzjonijiet kollha ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma, irrispettivament minn jekk l-entità tkunx tista' tidentifika speċifikament l-oġġetti u s-servizzi riċevuti kollha jew uħud minnhom, inklużi:
ħlief kif innutat fil-paragrafi 3A–6. Fin-nuqqas ta’ oġġetti jew servizzi speċifikament identifikabbli, ċirkostanzi oħra jistgħu jindikaw li jkunu ġew (jew se jkunu) riċevuti oġġetti jew servizzi, u f’dak il-każ japplika dan l-IFRS. |
3 |
[Imħassar] |
3A |
Tranżazzjoni ta' pagament ibbażat fuq l-ishma tista' tissalda minn entità ta' grupp oħra (jew azzjonist ta' kwalunkwe entità ta' grupp) f'isem l-entità riċeventi jew akkwirenti tal-oġġetti jew servizzi. Il-paragrafu 2 japplika wkoll għal entità li
sakemm it-tranżazzjoni ma tkunx ċarament għal fini ieħor għajr il-pagament ta' oġġetti jew servizzi fornuti lill-entità li tirċivihom. |
TRANŻAZZJONIJIET TA’ PAGAMENT IBBAŻAT FUQ L-ISHMA SSALDATI B'EKWITÀ
Jiddaħħal il-paragrafu 13A kif ġej.
Ħarsa ġenerali
13A |
B’mod partikolari, jekk il-korrispettiv identifikabbli riċevut (jekk ikun hemm) mill-entità jkun jidher li hu anqas mill-valur ġust tal-istrumenti azzjonarji mogħtija, jew mill-obbligi meħuda, sitwazzjoni bħal din tipikament tkun tindika li jkun ġie riċevut (jew se jkun riċevut) ħlas ieħor (jiġifieri oġġetti jew servizzi mhux identifikabbli). L-entità għandha tkejjel l-oġġetti jew is-servizzi identifikabbli riċevuti skont dan l-IFRS. L-entità għandha tkejjel l-oġġetti jew is-servizzi mhux identifikabbli riċevuti (jew li għad jiġu riċevuti) bħala d-differenza bejn il-valur ġust tal-pagament ibbażat fuq l-ishma u l-valur ġust ta’ kull prodott jew servizz identifikabbli riċevuti (jew li għad iridu jiġu riċevuti). L-entità għandha tkejjel l-oġġetti jew is-servizzi mhux identifikabbli riċevuti fid-data tal-għotja. Madankollu, għal tranżazzjonijiet issaldati bi flus, l-obbligazzjoni għandha titkejjel mill-ġdid fi tmiem kull perijodu bażi ta' rappurtar, sakemm tissalda skont il-paragrafi 30-33. |
Tranżazzjonijiet ta' pagament ibbażat fuq l-ishma fost entitajiet fi grupp
Wara l-paragrafu 43, jiddaħħlu intestatura u l-paragrafi 43A-43D.
TRANŻAZZJONIJIET TA' PAGAMENT IBBAŻAT FUQ L-ISHMA FOST ENTITAJIET FI GRUPP (L-EMENDI TAL-2009)
43A |
Għal tranżazzjonijiet ta' pagament ibbażat fuq l-ishma fost entitajiet fi gruppi, fir-rapporti finanzjarji separati jew individwali tagħha, entità li tkun qed tirċievi l-oġġetti jew servizzi għandha tkejjel l-oġġetti jew servizzi riċevuti bħala tranżazzjoni ta' pagament bbażata fuq l-ishma ssaldata b'ekwità jew issaldata bi flus billi tivvaluta:
L-ammont rikonoxxut mill-entità li tkun qed tirċievi oġġetti jew servizzi jista' jvarja mill-ammont rikonoxxut mill-grupp konsolidat jew minn entità oħra fil-grupp li tkun qed issalda t-tranżazzjoni ta' pagament ibbażata fuq l-ishma. |
43B |
L-entità li tkun qed tirċievi l-oġġetti jew is-servizzi għandha tkejjel l-oġġetti u s-servizzi bħala tranżazzjoni ta' pagament ibbażata fuq l-ishma ssaldata b'ekwità meta:
L-entità għandha sussegwentement tkejjel mill-ġdid tali tranżazzjoni ta' pagament ibbażata fuq l-ishma ssaldata b'ekwità biss fejn jirrigwarda bidliet fil-kundizzjonijiet mhux tas-suq ta' vestiment skont il-paragrafi 19-21. Fiċ-ċirkostanzi l-oħra kollha, l-entità li tkun qed tirċievi l-oġġetti jew is-servizzi għandha tkejjel l-oġġetti u s-servizzi riċevuti bħala tranżazzjoni ta' pagament ibbażata fuq l-ishma ssaldata bi flus. |
43C |
L-entità li tkun qed issalda tranżazzjoni ta' pagament ibbażata fuq l-ishma meta entità oħra fil-grupp tirċievi l-oġġetti jew s-servizzi għandha tirrikonoxxi t-tranżazzjoni bħala tranżazzjoni ta' pagament ibbażata fuq l-ishma ssaldata b'ekwità biss fejn din tkun issaldat fl-istrumenti azzjonarji proprji tal-entità. Inkella, it-tranżazzjoni għandha tiġi rikonoxxuta bħala tranżazzjoni ta' pagament ibbażata fuq l-ishma ssaldata bi flus. |
43D |
Xi tranżazzjonijiet ta' grupp jinvolvu arranġamenti ta' rimborż li jeħtieġ entità fi grupp tħallas entità oħra fil-grupp talli din tkun ipprovdiet pagamenti bbażati fuq l-ishma lill-fornituri ta' oġġetti jew servizzi. F'tali każijiet, l-entità li tirċievi l-oġġetti jew is-servizzi għandha takkonta għat-tranżazzjoni ta' pagament ibbażata fuq l-ishma skont il-paragrafu 43B irrispettivament mill-arranġamenti ta' rimborżi interni fil-grupp. |
DATA EFFETTIVA
Jiddaħħlu l-paragrafu 63, intestatura u l-paragrafu 64.
63 |
Entità għandha tapplika l-emendi segwenti magħmula minn Tranżazzjonijiet ta' Pagament Ibbażat fuq l-Ishma ta' Grupp Issaldati bi Flus maħruġa f'Ġunju 2009 retrospettivament, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali fil-paragrafi 53-59, skont l-IAS 8 Politiki ta’ Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta’ Kontabilità u Żbalji għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2010 jew wara.
Jekk l-informazzjoni neċessarja għall-applikazzjoni retrospettiva ma tkunx disponibbli, entità għandha turi fir-rapporti finanzjarji separati jew individwali tagħha l-ammonti li kienu rikonoxxuti preċedentement fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-grupp. Applikazzjoni abkar hija permessa. Jekk entità tapplika dawn l-emendi għal perijodu li jibda qabel l-1 ta' Jannar 2010, għandha tiżvela dak il-fatt. |
IRTIRAR TAL-INTERPRETAZZJONIJIET
64 |
Tranżazzjonijiet ta' Pagament Ibbażat fuq l-Ishma ta' Grupp Issaldati bi Flus maħruġ f'Ġunju 2009 jissostitwixxi l-IFRIC 8 Ambitu tal-IFRS 2 u l-IFRIC 11 IFRS 2-Tranżazzjonijiet fl-Ishma tal-Grupp u tat-Teżor. L-emendi li saru minn dak id-dokumenti inkorpora r-rekwiżiti preċedenti stipulati fl-IFRIC 8 u l-IFRIC 11 kif ġej:
Dawk ir-rekwiżiti ġew applikati retrospettivament skont ir-rekwiżiti tal-IAS 8, bħal ħsara għad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali tal-IFRS 2. |
TERMINI MFISSRA
Fl-Appendiċi A, ġew emendati d-definizzjonijiet segwenti u ddaħħlet nota tal-qiegħ.
tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldata bi flus |
Tranżazzjoni ta' pagament ibbażat fuq l-ishma li fiha, l-entità takkwista oġġetti jew servizzi billi tidħol f’obbligazzjoni biex tittrasferixxi flus jew assi oħra lill-fornitur ta' dawk l-oġġetti jew servizzi għal ammonti li huma bbażati fuq il-prezz (jew valur) tal-istrumenti azzjonarji (inkluż ishma jew opzjonijiet fuq l-ishma) tal-entità jew entità oħra fil-grupp. |
||||
tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldata b'ekwità |
Tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma fejn l-entità:
|
||||
arranġament ta' pagament ibbażat fuq l-ishma |
Ftehim bejn l-entità (jew entità oħra fil-grupp (1) jew kwalunkwe azzjonist ta' kwalunkwe entità fil-grupp) u parti oħra (inkluż impjegat) li jintitola l-parti l-oħra tirċievi
sakemm il-kundizzjonijiet ta' vestiment speċifikati, fejn applikabbli, ikunu ġew issodisfati. |
||||
tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma |
Tranżazzjoni fejn l-entità:
|
AMBITU TAL-IFRS 2
Fl-Appendiċi B Gwida għall-applikazzjoni, jiddaħħlu intestatura u l-paragrafi B45-B61.
Tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma fost entitajiet fi grupp (l-emendi tal-2009)
B45 |
Il-paragrafi 43A-43C jindirizzaw il-kontabilità tat-tranżazzjonijiet ta' pagament ibbażat fuq l-ishma fost entitajiet fi grupp fir-rapport finanzjarju separat jew individwali ta' kull entità. Il-paragrafi B46-B61 jiddiskutu kif jiġu applikati r-rekwiżiti fil-paragrafi 43A-43C. Kif innutat fil-paragrafu 43D, it-tranżazzjonijiet ta' pagament ibbażat fuq l-ishma fost entitajiet ta' grupp jistgħu jseħħu għal diversi raġunijiet skont il-fatti u ċ-ċirkostanzi. Għalhekk, din id-diskussjoni mhijiex eżawrijenti u tassumi li fejn entità tirċievi l-oġġetti jew is-servizzi ma jkollha ebda obbligu li ssalda t-tranżazzjoni, it-tranżazzjoni hija kontribuzzjoni ta' ekwità mill-kumpanija prinċipali favur is-sussidjarja, irrispettivament minn kwalunkwe arranġament ta' rimborżi interni fil-grupp. |
B46 |
Minkejja d-diskussjoni ta' hawn taħt tiffoka fuq tiffoka fuq tranżazzjonijiet mal-impjegati, tapplika wkoll għal tranżazzjonijiet simili ta' pagament ibbażat fuq l-ishma ma' fornituri ta' oġġetti jew servizzi apparti l-impjegati. Arranġament bejn il-kumpanija prinċipali u sussidjarja tagħha jista' jeħtieġ lis-sussidjarja tħallas lill-prinċipali għall-provvediment tal-istrumenti azzjonarji lill-impjegati. Id-diskussjoni ta' hawn taħt ma tindirizzax kif għandhom jiġu rrappurtati tali arranġamenti ta' pagamenti interni fil-grupp. |
B47 |
Hemm erba' kwistjonijiet jokkorru spiss fi tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma fost l-entitajiet fi grupp. Għall-konvenjenza, l-eżempji ta' hawn taħt jittrattaw il-kwistjonijiet f'termini ta' kumpanija prinċipali u sussidjarja tagħha. |
Arranġamenti ta' pagament ibbażat fuq l-ishma li jinvolvu l-istrumenti azzjonarji proprji tal-entità
B48 |
L-ewwel kwistjoni hija dwar jekk it-tranżazzjonijiet li ġejjin li jinvolvu l-istrumenti azzjonarji proprji ta' entità għandhomx jitqiesu bħala ssaldati b'ekwità' jew issaldati bi flus skont ir-rekwiżiti ta' dan l-IFRS:
|
B49 |
Tranżazzjonijiet ta' pagament ibbażat fuq l-ishma fejn entità tirċievi servizzi bħala korrispettiv għal strumenti azzjonarji proprji tagħha bħala ssaldati b'ekwità. Dan japplika irrispettivament jekk l-entità tagħżilx jew teħtieġx tixtri dawk l-istrumenti azzjonarji mingħand ħaddieħor biex taqdi l-obbligi tagħha lejn l-impjegati tagħha skont l-arranġament ta' pagament ibbażat fuq l-ishma. Tapplika wkoll irrispettivament jekk:
|
B50 |
Jekk l-azzjonist ikollu obbligu li jsalda t-tranżazzjoni mal-impjegati tal-entità li fiha investa, hu jipprovdi l-istrumenti azzjonarji tal-entità li fiha investa u mhux tiegħu stess. Għalhekk, jekk l-entità li fiha investa tkun fl-istess grupp tal-azzjonist, skont il-paragrafu 43C, l-azzjonist għandu jkejjel l-obbligu tiegħu skont ir-rekwiżiti applikabbli għal tranżazzjonijiet ta' pagament ibbażat fuq l-ishma fir-rapporti finanzjarji separati tal-azzjonist u dawk applikabbli għat-tranżazzjonijiet ta' pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldati b'ekwità fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-azzjonist. |
Arranġamenti ta' pagament bbażat fuq l-ishma li jinvolvu strumenti azzjonarji tal-kumpanija prinċipali
B51 |
It-tieni kwistjoni hija dwar it-tranżazzjonijiet ta' pagament ibbażat fuq ishma bejn żewġ entitajiet jew aktar fl-istess grupp li jinvolvu strument azzjonarji ta' entità oħra fil-grupp. Pereżempju, impjegati ta' sussidjarja jintgħataw drittijiet għal strumenti azzjonarji tal-prinċipali bħala korrispettiv għas-servizzi pprovduti lis-sussidjarja. |
B52 |
Għalħekk, it-tieni kwistjoni tindirizza l-arranġamenti li ġejjin għall-pagament ibbażat fuq l-ishma:
|
B53 |
Is-sussidjarja ma għandhiex obbligu li tipprovdi l-istrumenti azzjonarji tal-prinċipali tagħha lill-impjegati tas-sussidjarja. Għalhekk, skont il-paragrafu 43B, is-sussidjarja għandha tkejjel is-servizzi riċevuti mill-impjegati skont ir-rekwiżiti applikabbli għat-tranżazzjonijiet ta' pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldati b'ekwità, u tirrikonoxxi żieda korrisponedenti fl-ekwità bħala kontribuzzjoni mill-kumpanija prinċipali. |
B54 |
Il-kumpanija prinċipali għandha obbligu li ssalda t-tranżazzjoni mal-impjegati tas-sussidjarja billi tipprovdi l-istrumenti azzjonarji proprji tal-kumpanija prinċipali. Għalhekk, skont il-paragrafu 43C, il-kumpanija prinċipali għandha tkejjel l-obbligu tagħha skont ir-rekwiżiti applikabbli għat-tranżazzjonijiet ta' pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldati b'ekwità. |
B55 |
Minħabba li l-entità ma tissodisfax l-ebda mill-kundizzjonijiet fil-paragrafu 43B, hi għandha tirrapporta t-tranżazzjonijiet mal-impjegati tagħha bħala ssaldati bi flus. Dan ir-rekwiżit japplika irrispettivament minn kif is-sussidjarja tikseb l-istrumenti azzjonarji biex taqdi l-obbligi tagħha lejn l-impjegati tagħha. |
Arranġamenti ta' pagament ibbażat fuq l-ishma li jinvolvu pagamenti ssaldati bi flus lill-impjegati
B56 |
It-tielet kwistjoni hija dwar kif entità li tirċievi oġġetti jew servizzi mill-fornituri (inkluż l-impjegati) għandha tirrapporta l-arranġamenti bbażati fuq l-ishma li jkunu ssaldati bi flus meta l-entità nnifisha ma jkollha l-ebda obbligu tagħmel il-pagamenti meħtieġa lill-fornituri tagħha. Pereżempju, fl-arranġamenti li ġejjin fejn il-kumpanija prinċipali (mhux l-entità nnifisha) ikollha obbligu li tagħmel il-pagamenti fi flus meħtieġa lill-impjegati tal-entità.
|
B57 |
Is-sussidjarja ma jkollha l-ebda obbligu li ssalda t-tranżazzjoni mal-impjegati tagħha. Għalhekk, is-sussidjarja għandha tirrapporta t-tranżazzjonijiet mal-impjegati tagħha bħala ssaldati b'ekwità, u jirrikonoxxu żieda korrispondenti fl-ekwità bħala kontribuzzjoni mill-kumpanija prinċipali tagħha. Is-sussidjarja sussegwentement għandha tkejjel mill-ġdid il-kost tat-tranżazzjoni minħabba kwalunkwe bidla li tirriżulta minn kundizzjonijiet mhux tas-suq ta' vestiment li ma jkunux ġew issodisfati skont il-paragrafi 19-21. Dan ikun differenti mill-kejl tat-tranżazzjoni li tkun issaldata bi flus fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-grupp. |
B58 |
Minħabba li l-kumpanija prinċipali għandha obbligu li ssalda t-tranżazzjoni mal-impjegai, u l-korrispettiv fi flus, il-kumpanija prinċipali (u l-grupp konsolidat) għandha tkejjel l-obbligu tagħha skont ir-rekwiżiti applikabbli għat-tranżazzjonijiet ta' pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldati bi flus fil-paragrafu 43C. |
It-trasferiment ta' impjegati bejn l-entitajiet tal-grupp
B59 |
Ir-raba' kwistjoni hija dwar l-arranġamenti ta' pagament ibbażat fuq l-ishma li jinvolvu impjegati minn aktar minn entità waħda fl-istess grupp. Pereżempju, kumpanija prinċipali tista' tagħti drittijiet għall-istrumenti azzjonarji tagħha lill-impjegati tas-sussidjarja tagħha, bil-kundizzjoni li mat-tmiem jitkompla jingħata s-servizz kontinwu lill-grupp għal perjodu speċifiku. Impjegat ta' sussidjarja jista' jittrasferixxi l-impjieg tiegħu ma' sussidjarja oħra tul il-perjodu speċifikat tal-assenjazzjoni mingħajr ma jittiefsu d-drittijiet tal-impjegat għall-istrumenti azzjonarji tal-kumpanija prinċipali skont l-arranġament oriġinali għal pagament ibbażat fuq l-ishma. Jekk is-sussidjarji ma jkollhom l-ebda obbligu jsaldaw it-tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma mal-impjegati tagħhom, huma jirrappurtawha bħala tranżazzjoni ssaldata b'ekwità. Kull sussidjarja għandha tkejjel is-servizzi li rċiviet mill-impjegat b'riferenza għall-valur ġust tal-istrumenti azzjonarji fid-data meta dawk id-drittijiet għall-istrumenti azzjonarji kienu ngħataw oriġinarjament mill-kumpanija prinċipali kif stabbilit fl-Appendiċi A, u l-proporzjon tal-perjodu ta' vestiment li l-impjegat għamel ma' kull sussidjarja. |
B60 |
Jekk is-sussidjarja jkollha obbligu li ssalda t-tranżazzjoni mal-impjegati tagħha bi strumenti azzjonarji tal-kumpanija prinċipali tagħha, hi tirrapporta t-tranżazzjoni bħala ssaldati bi flus. Kull sussidjarja għandha tkejjel is-servizzi riċevuti abbażi tal-valur ġust fil-jum tal-għotja tal-istrumenti azzjonarji għall-proporzjon tal-perjodu ta' vestiment li l-impjegat ikun serva ma' kull sussidjarja. Barra minn hekk, kull sussidjarja għandha tirrikonoxxi kwalunkwe bidla fil-valur ġust tal-istrumenti azzjonarji matul il-perjodu tas-servizz tal-impjegat ma' kull sussidjarja. |
B61 |
Tali impjegat, wara t-trasferiment fost entitajiet fil-grupp, jista' jonqos milli jissodisfa l-kundizzjoni ta' vestiment għajr kundizzjoni tas-suq kif stabbilit fl-Appendiċi A, bħal fil-każ fejn l-impjegat jitlaq mill-grupp qabel ma jtemm il-perjodu tas-servizz. F'dan il-każ, minħabba li l-kundizzjoni ta' vestiment hija servizz lill-grupp, kull sussidjarja għandha taġġusta l-ammont rikonoxxut preċedentement fir-rigward tas-servizzi riċevuti mingħand l-impjegat skont il-prinċipji tal-paragrafu 19. Għaldaqstant, jekk id-drittijiet għall-istrumenti azzjonarji mogħtija mill-kumpanija prinċipali ma jkunux eżerċitabbli minħabba n-nuqqas tal-impjegat li jissodisfa xi kundizzjoni tal-vestiment għajr kundizzjoni tas-suq, l-ebda ammont, għas-servizzi mogħtija mill-impjegat, ma jiġi rikonoxxut fuq bażi kumulattiva fir-rapporti finanzjarji ta' kwalunkwe entità fil-grupp. |
(1) “Grupp” huwa ddefinit fil-paragrafu 4 tal-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati bħala “l-kumpanija prinċipali u s-sussidjarji kollha tagħha” mill-perspettiva tal-kumpanija prinċipali aħħarija tal-entità li tkun qed tirrapporta.