Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0070

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 70/2010 tal- 25 ta’ Jannar 2010 li jemenda għall-119-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

ĠU L 20, 26.1.2010, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 26/01/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/70/oj

26.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 20/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 70/2010

tal-25 ta’ Jannar 2010

li jemenda għall-119-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan, (1) u b'mod partikolari 7(1)(a) and 7a(1) (2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-friża ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fid-19 ta' Jannar 2010, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet iddeċieda li jżid żewġ persuni fiżiċi u persuna waħda legali, grupp jew entità mal-lista tal-persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandha tapplika l-friża ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi.

(3)

L-Anness I għandu b'hekk jiġi aġġornat kif xieraq.

(4)

Biex jiġi garantit li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Jannar 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

João Vale DE ALMEIDA

Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.

(2)  L-Artikolu 7a iddaħħal mir-Regolament (UE) Nru 1286/2009 (ĠU L 346, 23.12.2009, p. 42).


ANNESS

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjoni li ġejja għandha tiddaħħal taħt l-intestatura “Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet”:

“Al-Qaida fil-Peniżola Għarbija (magħruf ukoll bħala (a) AQAP, (b) Al-Qaida tal-Jihad Organization fil-Peniżola Għarbija, (c) Tanzim Qa’idat al-Jihad fi Jazirat al-Arabm, (d) Al-Qaida Organization fil-Peniżola Għarbija, (e) Al-Qaida fil-Peniżola t'Isfel Għarbija, (f) Al-Qaida fil-Jemen, (g) AQY). Tagħrif ieħor:: Post: Il-Jemen jew l-Arabja Sawdija. Inħolqot f'Jannar 2009. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 19.1.2010.”

(2)

L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jiddaħħlu taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi”:

“(a)

Said Ali Al-Shihri (magħruf ukoll bħala (a) Sa’id Ali Jabir al-Kathim al-Shihri, (b) Said Ali Al Shahri, (c) Said Ali Jaber Al Khasaam Al Shahri, (d) Said Ali Jaber Al Khassam, (e) Abu-Sayyaf, (f) Abu-Sufyan al-Azidi, (g) Abu-Sayyaf al-Shihri, (h) Abu Sufian Kadhdhaab Matrook, (i) Salahm, (j) Salah Abu Sufyan, (k) Salah al-Din, (l) Abu Osama, (m) Abu Sulaiman, (n) Nur al-Din Afghani Azibk, (o) Alahhaddm, (p) Akhdam, (q) Abu Sufian Al Azadi, (r) Abu Asmaa). Data tat-twelid: 12.9.1973. Post tat-twelid: Riyadh, l-Arabja Sawdija. Ċittadinanza: Sawdija. Numru tal-passaport: C102432 (passaport Sawdi maħruġ fil-22.4.2000; skada fil-26.2.2005. Data ta' ħruġ fil-Kalendarju Hijri 17.1.1421; data ta' skadenza fil-Kalendarju Hijri 17.1.1426). Numru nazzjonali ta' identifikazzjoni: 1008168450 (l-Arabja Sawdija). Tagħrif ieħor: Miżmum taħt arrest fl-Istati Uniti tal-Amerka, bejn 2001 u 2007. Jinsab fil-Jemen f'Jannar 2010. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 19.1.2010.

(b)

Nasir 'Abd-Al-Karim 'Abdullah Al-Wahishi (magħruf ukoll bħala (a) Nasir al-Wahishi, (b) Abu Basir Nasir al-Wahishi, (c) Naser Abdel Karim al-Wahishi, (d) Nasir Abd al-Karim al-Wuhayshi, (e) Abu Basir Nasir Al-Wuhayshi, (f) Nasser Abdul-karim Abdullah al-Wouhichi, (g) Abu Baseer al-Wehaishi, (h) Abu Basir Nasser al-Wuhishi, (i) Abdul Kareem Abdullah Al-Woohaishi, (j) Nasser Abdelkarim Saleh Al Wahichi, (k) Abu Basir, (l) Abu Bashir). Data tat-twelid: (a) 1.10.1976, (b) 8.10.1396 (Kalendarju Hijri). Post tat-twelid: Il-Jemen. Ċittadinanza: Jemenita. Numru tal-passaport: 40483 (Numru tal-passaport Jemenit maħruġ fil-5.1.1997). Tagħrif ieħor: Kien il-ħabs fil-Jemen bejn l-2003 u l-2006. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 19.1.2010.”


Top