This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010L0066
Council Directive 2010/66/EU of 14 October 2010 amending Directive 2008/9/EC laying down detailed rules for the refund of value added tax, provided for in Directive 2006/112/EC, to taxable persons not established in the Member State of refund but established in another Member State
Direttiva tal-Kunsill 2010/66/UE tal- 14 ta’ Ottubru 2010 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fid-Direttiva 2006/112/KE, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor
Direttiva tal-Kunsill 2010/66/UE tal- 14 ta’ Ottubru 2010 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fid-Direttiva 2006/112/KE, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor
ĠU L 275, 20.10.2010, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
20.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 275/1 |
DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2010/66/UE
tal-14 ta’ Ottubru 2010
li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fid-Direttiva 2006/112/KE, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġislattiva speċjali,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2008/9/KE (3), tat-12 ta’ Frar 2008 li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), prevista fid-Direttiva 2006/112/KE, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor, tapplika għall-applikazzjonijiet għal rifużjoni preżentati wara l-31 ta’ Diċembru 2009. |
(2) |
Sabiex tiġi applikata d-Direttiva 2008/9/KE, l-Istati Membri huma obbligati jiżviluppaw portali elettroniċi li permezz tagħhom persuni taxxabbli stabbiliti fi Stat Membru jippreżentaw applikazzjonijiet għar-rifużjoni tal-VAT, imġarrba fi Stat Membru fejn mhumiex stabbiliti. Dawk il-portali elettroniċi kellhom ikunu operattivi mill-1 ta’ Jannar 2010. |
(3) |
Xi dewmien serju u ċerti problemi tekniċi affettwaw l-iżvilupp u t-tħaddim tal-portali elettroniċi f’għadd limitat ta’ Stati Membri u b’hekk ostakolaw il-preżentazzjoni f’waqtha ta’ ċerti applikazzjonijiet għal rifużjoni. B’konformità mad-Direttiva 2008/9/KE, applikazzjonijiet għal rifużjoni għandhom jiġu ppreżentati lill-Istat Membru ta’ stabbiliment mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru tas-sena kalendarja ta’ wara l-perijodu ta’ rifużjoni. Fid-dawl ta’ dik l-isakadenza, u tal-inoperabbiltà ta’ xi wħud mill-portali elettroniċi, xi persuni taxxabbli qegħdin fir-riskju li ma jkunux jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jnaqqsu l-VAT fuq l-ispejjeż imġarrba fl-2009. L-iskadenza għandha għalhekk tkun estiża b’mod eċċezzjonali sal-31 ta’ Marzu 2011 għall-applikazzjonijiet relatati mal-perijodi ta’ rifużjoni fl-2009. |
(4) |
F’konformità mal-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-liġijiet (4), l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu, għalihom infushom u fl-interessi tal-Unjoni, it-tabelli tagħhom stess, li, sa fejn huwa possibbli, juru l-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u jagħmluhom pubbliċi. |
(5) |
Sabiex jiġi żgurat li l-persuni taxxabbli mhux se jkunu meħtieġa jirrispettaw l-iskadenza tat-30 ta’ Settembru 2010 fir-rigward tal-applikazzjonijiet relatati mal-perijodi ta’ rifużjoni fl-2009, din id-Direttiva għandha tapplika mill-1 ta’ Ottubru 2010. |
(6) |
Id-Direttiva 2008/9/KE għalhekk għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2008/9/KE għandu jiġi miżjud is-subparagrafu li ġej:
“Applikazzjonijiet għal rifużjoni li huma relatati mal-perijodi ta’ rifużjoni fl-2009 għandhom ikunu sottomessi lill-Istat Membru ta’ stabbiliment mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2011.”
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva b’effett mill-1 ta’ Ottubru 2010. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza għandha takkumpanjahom meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif għandha ssir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika mill-1 ta’ Ottubru 2010.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta’ Ottubru 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
J. SCHAUVLIEGE
(1) Opinjoni tat-22 ta’ Settembru 2010 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Opinjoni tal-15 ta’ Settembru 2010 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) ĠU L 44, 20.2.2008, p. 23.
(4) ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.