Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010L0046

    Direttiva tal-Kummissjoni 2010/46/UE tat- 2 ta’ Lulju 2010 li temenda d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE li jistabbilixxu miżuri ta’ implimentazzjoni għall-iskopijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttivi tal-Kunsill 2002/53/KE u 2002/55/KE rispettivament, fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli u speċi ta’ ħxejjex (Test b’relevanza għaż-ŻEE )

    ĠU L 169, 3.7.2010, p. 7–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2010/46/oj

    3.7.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 169/7


    DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/46/UE

    tat-2 ta’ Lulju 2010

    li temenda d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE li jistabbilixxu miżuri ta’ implimentazzjoni għall-iskopijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttivi tal-Kunsill 2002/53/KE u 2002/55/KE rispettivament, fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli u speċi ta’ ħxejjex

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-varjetajiet komuni ta’ katalgi ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli (1), u partikolarment l-Artikolu 7(2)(a) u (b) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-marketing ta’ żrieragħ tal-ħxejjex (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2)(a) u (b) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/90/KE (3) u 2003/91/KE (4) ġew adottati biex jiżguraw li l-varjetajiet li l-Istati Membri jinkludu fil-katalgi nazzjonali tagħhom jikkonformaw mal-linji gwida stabbiliti mill-Uffiċċju Komunitarju għall-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami tal-ispeċi varji u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami tal-varjetajiet, sa fejn kienu ġew stabbiliti tali linji gwida. Għal varjetajiet oħra, dawk id-Direttivi jipprevedu li għandhom japplikaw il-linji gwida tal-Unjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta’ Varjetajiet ġodda ta’ Pjanti (UPOV).

    (2)

    Minn dak iż-żmien, is-CPVO u l-UPOV ħarġu aktar linji gwida għal għadd ta’ speċi oħra, u aġġornaw dawk eżistenti.

    (3)

    Id-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE għandhom għalhekk jiġu emendati f’dan is-sens.

    (4)

    Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikultura u l-Forestrija,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    L-Annessi I u II għad-Direttiva 2003/90/KE għandhom jiġu sostitwiti bit-test fil-parti A tal-Anness għal din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    L-Annessi għad-Direttiva 2003/91/KE għandhom jiġu sostitwiti bit-test fil-parti B tal-Anness għal din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Għall-eżamijiet mibdija qabel l-1 ta’ Jannar 2011, l-Istati Membri jistgħu japplikaw id-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE fil-verżjoni li tapplika qabel l-emenda tagħhom permezz ta’ din id-Direttiva.

    Artikolu 4

    L-Istati Membri għandhom jaddottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih, kif ukoll tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

    Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2011.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

    Artikolu 5

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 6

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Lulju 2010.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 1.

    (2)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33.

    (3)  ĠU L 254, 8.10.2003, p. 7.

    (4)  ĠU L 254, 8.10.2003, p. 11.


    ANNESS

    PARTI A

    ANNESS I

    Lista ta’ speċi msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) li għandhom jikkonformaw mal-protokolli ta’ prova tas-CPVO

    Isem xjentifiku

    Isem komuni

    Protokoll tas-CPVO

    Pisum sativum L.

    Piżelli

    TP 7/2 tal-11.3.2010

    Brassica napus L.

    Kolza

    TP 36/1 tal-25.3.2004

    Helianthus annuus L.

    Ġirasol

    TP 81/1 tal-31.10.2002

    Linum usitatissimum L.

    Kittien

    TP 57/1 tal-21.3.2007

    Avena nuda L.

    Ħafur għeri żgħir, Ħafur bla buq

    TP 20/1 tas-6.11.2003

    Avena sativa L. (inkluża A. byzantina K. koch)

    Ħħafur u Ħafur aħmar

    TP 20/1 tas-6.11.2003

    Hordeum vulgare L.

    Xgħir

    TP 19/2rev. tal-11.3.2010

    Oryza sativa L.

    Ross

    TP 16/1 tat-18.11.2004

    Ssecale cereale L.

    Segala

    TP 58/1 tal-31.10.2002

    xTriticosecale Wittm. ex A. Camus

    Ibridi li jirriżultaw mill-inkroċjar ta’ xi speċi tal-ġenus Triticum ma’ xi speċi tal-ġenus Secale

    TP 121/2 tat-22.1.2007

    triticum aestivum L.

    Qamħ

    TP 3/4rev. tat-28.10.2009

    Triticum durum Desf.

    Qamħ tat-tip durum

    TP 120/2 tas-6.11.2003

    Zea mays L.

    Qamħirrun

    TP 2/3 tal-11.3.2010

    Solanum tuberosum L.

    Patata

    TP 23/2 tal-1.12.2005

    It-test ta’ dawn il-protokolli jista’ jinstab fuq il-websajt tas-CPVO (www.cpvo.europa.eu).

    ANNESS II

    Lista ta’ speċi msemmija fl-Artikolu 1(2)(b) li għandhom jikkonformaw mal-linji gwida ta’ prova tal-UPOV

    Isem xjentifiku

    Isem komuni

    Il-linja gwida tal-UPOV

    Beta vulgaris L.

    Pitravi tal-għalf

    TG/150/3 tal-4.11.1994

    Agrostis canina L.

    Ħaxix iebes bellusi

    TG/30/6 tat-12.10.1990

    Agrostis gigantea Roth.

    Red top

    TG/30/6 tat-12.10.1990

    Agrostis stolonifera L.

    Ħaxix iebes li jixxeblek

    TG/30/6 tat-12.10.1990

    Agrostis capillaris L.

    Brown top

    TG/30/6 tat-12.10.1990

    Bromus catharticus Vahl

    Rescue grass

    TG/180/3 tal-4.4.2001

    Bromus sitchensis Trin.

    Bunixxief tal-alaska

    TG/180/3 tal-4.4.2001

    Dactylis glomerata L.

    Sieq is-serduq

    TG/31/8 tas-17.4.2002

    Festuca arundinacea Schreber

    Żwien twil

    TG/39/8 tas-17.4.2002

    Festuca filiformis Pourr.

    Żwien in-nagħaġ tal-werqa fina

    TG/67/5 tal-5.4.2006

    Festuca ovina L.

    Żwien in-nagħaġ

    TG/67/5 tal-5.4.2006

    Festuca pratensis Huds.

    Żwien il-bur

    TG/39/8 tas-17.4.2002

    Festuca rubra L.

    Żwien aħmar

    TG/67/5 tal-5.4.2006

    Festuca trachyphylla (Hack.) Krajina

    Żwien iebes

    TG/67/5 tal-5.4.2006

    Lolium multiflorum Lam.

    Sikrana taljana

    TG/4/8 tal-5.4.2006

    Lolium perenne L.

    Sikrana perenni

    TG/4/8 tal-5.4.2006

    Lolium x boucheanum Kunth

    Sikrana ibrida

    TG/4/8 tal-5.4.2006

    Phleum nodosum L.

    Ħaxix ta’ timothy żgħir

    TG/34/6 tas-7.11.1984

    Phleum pratense L.

    Ħaxix ta’ timothy

    TG/34/6 tas-7.11.1984

    Poa pratensis L.

    Ħaxix il-bur taz-zokk lixx

    TG/33/6 tat-12.10.1990

    Lupinus albus L.

    Lupina bajda

    TG/66/4 tal-31.3.2004

    Lupinus angustifolius L.

    Lupina tal-werqa dejqa

    TG/66/4 tal-31.3.2004

    Lupinus luteus L.

    Lupina safra

    TG/66/4 tal-31.3.2004

    Medicago sativa L.

    Xnien

    TG/6/5 tas-6.4.2005

    Medicago x varia T. Martyn

    Xnien ir-ramel

    TG/6/5 tas-6.4.2005

    Trifolium pratense L.

    Silla ħamra

    TG/5/7 tal-4.4.2001

    Trifolium repens L.

    Silla bajda

    TG/38/7 tad-9.4.2003

    Vicia faba L.

    Favetta

    TG/8/6 tas-17.4.2002

    Vicia sativa L.

    Ġulbiena komuni

    TG/32/6 tal-21.10.1988

    Brassica napus L. var. napobrassica (L.) Rchb.

    Kolza

    TG/89/6rev. tal-4.4.2001 + 1.4.2009

    Raphanus sativus L. var. oleiformis Pers.

    Ravanell tal-għalf

    TG/178/3 tal-4.4.2001

    Arachis hypogea L.

    Karawett

    TG/93/3 tat-13.11.1985

    Brassica rapa L. var. silvestris (Lam.) Briggs

    Rapa tan-nevew

    TG/185/3 tas-17.4.2002

    Carthamus tinctorius L.

    Għosfor

    TG/134/3 tat-12.10.1990

    Gossypium spp.

    Qoton

    TG/88/6 tal-4.4.2001

    Papaver somniferum L.

    Peprin

    TG/166/3 tal-24.3.1999

    Sinapis alba L.

    Ġarġir abjad

    TG/179/3 tal-4.4.2001

    Glycine max (L.) Merrill

    Żerriegħa tas-sojja

    TG/80/6 tal-1.4.1998

    Sorghum bicolor (L.) Moench

    Sorgu

    TG/122/3 tas-6.10.1989

    It-test ta’ dawn il-linji gwida jista’ jinsab fil-websajt tal-UPOV (www.upov.int).

    PARTI B

    ANNESS I

    Lista ta’ speċi msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) li għandhom jikkonformaw mal-protokolli ta’ prova tas-CPVO

    Isem xjentifiku

    Isem komuni

    Protokoll tas-CPVO

    Allium cepa L. (il-grupp Cepa)

    Basal u ekaljun

    TP 46/2 tal-1.4.2009

    Allium cepa L. (il-grupp Aggregatum)

    Shallot

    TP 46/2 tal-1.4.2009

    Allium fistulosum L.

    Basal tal-għenieqed (Japanese bunching onion jew Welsh onion)

    TP 161/1 tal-11.3.2010

    Allium porrum L.

    Kurrat

    TP 85/2 tal-1.4.2009

    Allium sativum L.

    Tewm

    TP 162/1 tal-25.3.2004

    Allium schoenoprasum L.

    Kurrat salvaġġ

    TP 198/1 tal-1.4.2009

    Apium graveolens L.

    Karfus

    TP 82/1 tat-13.3.2008

    Apium graveolens L.

    Krafes bl-għeruq (Celeriac)

    TP 74/1 tat-13.3.2008

    Asparagus officinalis L.

    Spraġ

    TP 130/1 tas-27.3.2002

    Beta vulgaris L.

    Pitravi inkluża l-pitrava ta’ Cheltenham

    TP 60/1 tal-1.4.2009

    Brassica oleracea L.

    Pastard

    TP 45/2 tal-11.3.2010

    Brassica oleracea L.

    Brokkli li qed inibbet jew Kalabriż

    TP 151/2 tal-21.3.2007

    Brassica oleracea L.

    Brussels sprouts

    TP 54/2 tal-1.12.2005

    Brassica oleracea L.

    Ġidra

    TP 65/1 tal-25.3.2004

    Brassica oleracea L.

    Kaboċċa mfelfla (savoy), Kaboċċa bajda u Kaboċċa ħamra

    TP 48/2 tal-1.12.2005

    Brassica rapa L.

    Kaboċċa Ċiniża

    TP 105/1 tat-13.3.2008

    Capsicum annuum L.

    Bżar aħmar jaħraq jew Bżar

    TP 76/2 tal-21.3.2007

    Cichorium endivia L.

    Indivja tal-werqa mibruma u Indivja tal-werqa sempliċi

    TP 118/2 tal-1.12.2005

    Cichorium intybus L.

    Ċikwejra industrijali

    TP 172/2 tal-1.12.2005

    Cichorium intybus L.

    Ċikwejra witloof

    TP 173/1 tal-25.3.2004

    Citrullus lanatus (Thumb.) Matsum. et Nakai

    Dulliegħ

    TP 142/1 tal-21.3.2007

    Cucumis melo L.

    Bettieħ

    TP 104/2 tal-21.3.2007

    Cucumis sativus L.

    Ħjara u Ħjara żgħira għall-immarinat (Gherkin)

    TP 61/2 tat-13.3.2008

    Cucurbita pepo L.

    Qargħa bagħli jew Zukkini

    TP 119/1 tal-25.3.2004

    Cynara cardunculus L.

    Qaqoċċ tond u Kardun

    TP 184/1 tal-25.3.2004

    Daucus carota L.

    Karrotti u Karrotti għall-għalf

    TP 49/3 tat-13.3.2008

    Foeniculum vulgare Mill.

    Bużbież

    TP 183/1 tal-25.3.2004

    Lactuca sativa L.

    Ħass

    TP 13/4 tal-1.4.2009

    Lycopersicon esculentum Mill.

    Tadam

    TP 44/3 tal-21.3.2007

    Petroselinum crispum (Mill.) Nyman ex A. W. Hill

    Tursin

    TP 136/1 tal-21.3.2007

    Phaseolus coccineus L.

    Fażola ta’ spanja

    TP 9/1 tal-21.3.2007

    Phaseolus vulgaris L.

    Fażola żgħira ta’ Franza u Fażola tixxeblek ta’ Franza

    TP 12/3 tal-1.4.2009

    Pisum sativum L. (partim)

    Piżelli mkemmxa, Piżelli tonda u Piżelli ħelwa (sugar pea)

    TP 7/2 tal-11.3.2010

    Raphanus sativus L.

    Rravanell

    TP 64/1 tas-27.3.2002

    Solanum melongena L.

    Brunġiel

    TP 117/1 tat-13.3.2008

    Spinacia oleracea L.

    Spinaċi

    TP 55/3 tal-11.3.2010

    Valerianella locusta (L.) Laterr.

    Insalata tal-qamħ jew Insalata tal-ħaruf

    TP 75/2 tal-21.3.2007

    Vicia faba L. (partim)

    Ful kbir

    TP Broadbean/1 tal-25.3.2004

    Zea mays L. (partim)

    Qamħ ħelu u Popkorn

    TP 2/3 tal-11.3.2010

    It-test ta’ dawn il-protokolli jista jinsab fuq il-websajt tas-CPVO (www.cpvo.europa.eu).

    ANNESS II

    Lista ta’ speċi msemmija fl-Artikolu 1(2)(b) li għandhom jikkonformaw mal-linji gwida ta’ prova tal-UPOV

    Isem xjentifiku

    Isem komuni

    Il-linja gwida tal-UPOV

    Beta vulgaris L.

    Pitravi tal-ispinaċi jew Chard

    TG/106/4 tal-31.3.2004

    Brassica oleracea L.

    Kaboċċa mberfla

    TG/90/6 tal-31.3.2004

    Brassica rapa L.

    Nevew

    TG/37/10 tal-4.4.2001

    Cichorium intybus L.

    Ċikwejra b’weraq kbir jew Ċikwejra Taljana

    TG/154/3 tat-18.10.1996

    Cucurbita maxima Duchesne

    Qargħa tat-tip gourd

    TG/155/4rev tat-28.3.2007 + 1.4.2009

    Raphanus sativus L.

    Ravanell iswed

    TG/63/6 tal-24.3.1999

    Rheum rhabarbarum L.

    Rabarbru

    TG/62/6 tal-24.3.1999

    Scorzonera hispanica L.

    Scorzonera jew Salsafja sewda

    TG/116/4 tal-24.3.2010

    It-test ta’ dawn il-linji gwida jista’ jinsab fil-websajt tal-UPOV (www.upov.int).


    Top