Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010L0004

    Direttiva tal-Kummissjoni 2010/4/UE tat- 8 ta’ Frar 2010 li temenda, għall-fini tal-adattament għall-progress tekniku, l-Anness III mad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE rigward prodotti kożmetiċi (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 36, 9.2.2010, p. 21–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/07/2013; Impliċitament imħassar minn 32009R1223

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2010/4/oj

    9.2.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 36/21


    DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/4/UE

    tat-8 ta’ Frar 2010

    li temenda, għall-fini tal-adattament għall-progress tekniku, l-Anness III mad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE rigward prodotti kożmetiċi

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar prodotti kożmetiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 (2) tagħha,

    Wara li kkonsultat mal-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur,

    Billi:

    (1)

    Bħalissa, hemm żewġ sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidativi li huma provviżjorjament permessi għall-użu fi prodotti kożmetiċi sal-31 ta’ Diċembru 2010 skont ir-restrizzjonijiet u l-kundizzjonijiet stipulati fil-Parti 2 tal-Anness III mad-Direttiva 76/768/KEE.

    (2)

    Għal dawn iż-żewġ sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidativi, HC Orange No. 2 u 2-hydroxyethylamino-5-nitroanisole, elenkati taħt in-numri ta' referenza 26 u 29 tal-Parti 2 tal-Anness III, il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (minn hawn 'il quddiem jissejjaħ KXSK) ta l-opinjonijiet finali tiegħu dwar is-sikurezza tagħhom. Il-konċentrazzjonijiet massimi awtorizzati rakkomandati mill-KXSK fil-prodott kożmetiku finali ta' 1,0 % għal HC Orange No. 2 u ta' 0,2 % għal 2-hydroxyethylamino-5-nitroanisole. Għaldaqstant, HC Orange No. 2 u 2-hydroxyethylamino-5-nitroanisole jistgħu jkunu regolati definittivament fil-Parti 1 tal-Anness III.

    (3)

    Id-Direttiva 76/768/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

    (4)

    Sabiex ikun żgurat progress bla xkiel għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom l-HC Orange No. 2 li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-ittikkettjar stipulati f’din id-Direttiva, huwa meħtieġ li jkunu previsti perjodi ta’ tranżizzjoni xierqa.

    (5)

    Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Amenda lid-Direttiva 76/768/KEE

    L-Anness III tad-Direttiva 76/768/KEE hu emendat skont l-Anness ta’ din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    Traspożizzjoni

    1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Settembru 2010, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

    L-Istati Membri għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Direttiva, għajr l-obbligi li jikkonċernaw l-ittikkettjar stipulati fil-kolonna (f) tal-annotazzjoni 208, mill-1 ta’ Diċembru 2010.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'tali referenza fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

    2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali

    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li wara l-1 ta’ Novembru 2011 ebda prodott kożmetiku li jonqos milli jikkonforma mal-obbligi li jikkonċernaw l-ittikkettjar stabbiliti fil-kolonna (f) tal-annotazzjoni 208 tal-Parti I tal-Anness III tad-Direttiva 76/768/KEE, kif emendat b’din id-Direttiva, m’għandu jitqiegħed fis-suq mill-manifatturi mill-Unjoni jew mill-importaturi stabbiliti fi ħdan l-Unjoni.

    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li wara l-1 ta’ Novembru 2012 ebda prodott kożmetiku li jonqos milli jikkonforma mal-obbligi li jikkonċernaw l-ittikkettjar stabbiliti fil-kolonna (f) tal-annotazzjonijiet 208 tal-Parti I tal-Anness III tad-Direttiva 76/768/KEE, kif emendat b’din id-Direttiva, m’għandu jinbiegħ jew jingħata lill-konsumaturi finali fi ħdan l-Unjoni.

    Artikolu 4

    Id-dħul fis-seħħ

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak li fih tiġi pubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 5

    Destinatarji

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Frar 2010.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169.


    ANNESS

    L-Anness III tad-Direttiva 76/768/KEE jiġi emendat kif ġej:

    (1)

    Fil-Parti 1 għandhom jiżdiedu dawn li ġejjin:

    Numru ta’ Referenza

    Sustanza

    Restrizzjonijiet

    Kundizzjonijiet dwar l-użu u twissijiet li għandhom jiġu stampati fuq it-tikketta

    Qasam ta’ applikazzjoni u/jew użu

    Konċentrazzjoni massima awtorizzata fil-prodott kożmetiku finali

    Limitazzjonijiet u rekwiżiti oħrajn

    a

    b

    c

    d

    e

    f

    “208

    1-(beta-Aminoethyl)amino-4-(beta-hydroxyethyl)oxy-2-nitrobenzene u l-imluħa tiegħu

    HC Orange No. 2

    CAS Nru 85765-48-6

    EINECS 416-410-1

    Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidativi

    1,0  %

    Tużax ma sistemi ta’ nitrosazzjoni

    Kontenut massimu ta' nitrosamin: 50 μg/kg

    Żomm f'kontenituri ħielsa min-nitriti

    Image

    Iż-żebgħat tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

    Aqra u segwi l-istruzzjonijiet ta’ hawn taħt.

    Dan il-prodott mhuwiex għall-użu għal min għandu taħt is-16-il sena.

    It-tpinġija mhux permanenti fuq il-ġilda permezz tal-‘ħenna sewda’ tista’ żżidlek ir-riskju li tiżviluppa allerġija.

    Tiżbax xagħrek jekk:

    Għandek raxx fuq wiċċek jew għandek xi irritazzjoni fuq il-ġilda ta’ rasek.

    Qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek.

    Qatt kellek xi reazzjoni lejn xi tpinġija tal-ġilda mhux permanenti bil-‘ħenna sewda’.”

    209

    2-[(2-methoxy-4-nitrophenyl)amino]ethanol u l-imluħa tiegħu

    2-Hydroxyethylamino-5-nitroanisole

    CAS Nru 66095-81-6

    EINECS 266-138-0

    Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidativi

    0,2  %

    Tużax ma sistemi ta’ nitrosazzjoni

    Kontenut massimu ta' nitrosamin: 50 μg/kg

    Żomm f'kontenituri ħielsa min-nitriti

     

    (2)

    Fil-Parti 2 tal-annotazzjonijiet relatati man-numri ta' referenza 26 u 29 huma mħassra.


    Top