This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R1142
Commission Regulation (EC) No 1142/2009 of 26 November 2009 amending Regulation (EC) No 1126/2008 adopting certain international accounting standards in accordance with Regulation (EC) No 1606/2002 of the European Parliament and of the Council as regards International Financial Reporting Interpretations Committee's (IFRIC) Interpretation 17 (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1142/2009 tas- 26 ta’ Novembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Interpretazzjoni 17 tal-Kumitat tal-Interpretazzjoni Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRIC) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1142/2009 tas- 26 ta’ Novembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Interpretazzjoni 17 tal-Kumitat tal-Interpretazzjoni Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRIC) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 312, 27.11.2009, p. 8–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 15/10/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R1803
27.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 312/8 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1142/2009
tas-26 ta’ Novembru 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Interpretazzjoni 17 tal-Kumitat tal-Interpretazzjoni Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRIC)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta’ Ottubru 2008. |
(2) |
Fis-27 ta’ Novembru 2008, il-Kumitat tal-Interpretazzjoni Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRIC) ippubblika l-Interpretazzjoni IFRIC 17 Distribuzzjonijiet ta’ Assi Mhux Flus lis-Sidien, minn issa ‘l quddiem imsejħa l-“IFRC 17”. L-IFRIC 17 hija intepretazzjoni li tipprovdi kjarifika u gwida dwar it-trattament fil-kontabilità ta’ distribuzzjonijiet ta’ assi mhux likwidi lis-sjieda ta’ entità. |
(3) |
Il-konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Esperti Tekniċi (TEG) tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Informazzjoni Finanzjarja (EFRAG) tikkonferma li l-IFRIC 17 jissodisfa l-kriterji tekniċi għall-adozzjoni kif stipulat fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 505/2006 tal-14 ta’ Lulju 2006 li tistabbilixxi Grupp ta’ Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi [Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards] fil-qasam tal-kontabilità biex jagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-oġġettività u n-newtralità tal-opinjonijiet tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Informazzjoni Finanzjarja [dwar ir-Rappurtar Finanzjarju] (EFRAG) (3), il-Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards qies l-opinjoni tal-EFRAG dwar l-adozzjoni u lill-Kummissjoni taha l-parir li din hija bbilanċata kif xieraq u oġġettiva. |
(4) |
L-adozzjoni tal-emendi għall-IFRIC 17 timplika, b’konsegwenza, emendi għall-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 5 u l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS ) 10 sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn l-istandards ta’ kontabilità konċernati. |
(5) |
Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Interpretazzjoni 17 tal-Kumitat tal-Interpretazzjoni Internazzjonali tar-Rappurtar (IFRIC) Distribuzzjonijiet ta’ Assi Mhux Flus lis-Sidien, qed tiddaħħal kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament; |
(2) |
L-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 5 huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament; |
(3) |
L-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS ) 10 huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Kull kumpanija għandha tapplika l-IFRIC 17 u l-emendi għall-IFRS 5 u l-IAS 10, kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament, sa mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja li tibda wara l-31 ta’ Ottubru 2009.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2009
Għall-Kummissjoni
Charlie McCREEVY
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.
(2) ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1.
(3) ĠU L 199, 21.7.2006, p. 33.
ANNESS
STANDARDS INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ
IFRIC 17 |
L-Interpretazzjoni IFRIC 17 Distribuzzjonijiet ta’ Assi Mhux Flus lis-Sidien |
Riproduzzjoni permessa fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet kollha eżistenti huma riżervati barra ż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tad-dritt ta’ kkupjar għall-użu personali jew għal skopijiet oħra ta' kummerċ ġust. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-IASB fuq l-internet www.iasb.org
INTERPRETAZZJONI TAL-IFRIC 17
Distribuzzjonijiet ta’ Assi Mhux Flus lis-Sidien
REFERENZI
— |
L-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji (kif irrivedut fl-2008) |
— |
L-IFRS 5 Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li ma Tkomplewx |
— |
L-IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Żvelar ta’ Informazzjoni |
— |
L-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji (kif irrivedut fl-2007) |
— |
L-IAS 10 Avvenimenti wara l-Perijodu ta’ Rapportaġġ |
— |
L-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati (kif emendat f’Mejju 2008) |
SFOND
1 |
Xi kultant entità tiddistribwixxi assi apparti flus (assi mhux flus) bħala dividendi lis-sidien tagħha (*) li jaġixxu fil-kapaċità tagħhom ta’ sidien. F’dawk is-sitwazzjonijiet, entità tista’ tagħti wkoll lis-sidien tagħha l-għażla li jirċievu jew assi mhux flus jew inkella alternattiva fi flus. L-IFRIC irċieva rikjesti għal gwida dwar kif entità għandha tikkontabilizza dawk id-distribuzzjonijiet. |
2 |
L-Istandards Internazzjonali tar-Rapportaġġ Finanzjarju (IFRSs) ma jipprovdux gwida dwar kif entità għandha tkejjel id-distribuzzjonijiet lis-sidien tagħha (komunement imsejħa dividendi). L-IAS 1 jeħtieġ li entità tippreżenta dettalji ta’ dividendi rikonoxxuti bħala distribuzzjonijiet lis-sidien jew fir-rapport tal-bidliet fl-ekwità jew inkella fin-noti għar-rapporti finanzjarji. |
AMBITU
3 |
Din l-Interpretazzjoni tapplika għat-tipi li ġejjin ta’ distribuzzjonijiet mhux reċiproki ta’ assi minn entità lis-sidien tagħha li jaġixxu fil-kapaċità tagħhom bħala sidien:
|
4 |
Din l-Interpretazzjoni tapplika biss għal distribuzzjonijiet li fihom is-sidien kollha tal-istess klassi ta’ strumenti azzjonarji jiġu ttrattati b’mod ugwali. |
5 |
Din l-Interpretazzjoni ma tapplikax għal distribuzzjoni ta’ assi mhux flus li finalment ikun ikkontrollat mill-istess parti jew partijiet qabel u wara d-distribuzzjoni. Din l-esklużjoni tapplika għar-rapporti finanzjarji separati, individwali u kkonsolidati ta’ entità li tagħmel id-distribuzzjoni. |
6 |
Skont il-paragrafu 5, din l-Interpretazzjoni ma tapplikax meta l-assi mhux flus finalment ikun ikkontrollat mill-istess partijiet kemm qabel kif ukoll wara d-distribuzzjoni. Il-paragrafu B2 tal-IFRS 3 jgħid li “Grupp ta’ individwi għandhom jitqiesu li jikkontrollaw entità meta, bħala riżultat ta’ arranġamenti kuntrattwali, huma kollettivament ikollhom is-setgħa li jirregolaw il-politika finanzjarja u operattiva tagħha sabiex jiksbu benefiċċji mill-attivitajiet tagħha.” Għaldaqstant, biex distribuzzjoni taqa’ barra mill-ambitu ta’ din l-Interpretazzjoni fuq il-bażi li l-istess partijiet jikkontrollaw l-assi kemm qabel kif ukoll wara d-distribuzzjoni, grupp ta’ azzjonisti individwali li jirċievu d-distribuzzjoni jrid ikollhom, bħala riżultat ta’ arranġamenti kuntrattwali, tali setgħa kollettiva finali fuq l-entità li tagħmel id-distribuzzjoni. |
7 |
Skont il-paragrafu 5, din l-Interpretazzjoni ma tapplikax meta entità tiddistribwixxi ftit mill-interessi azzjonarji tagħha f’sussidjarja iżda żżomm kontroll tas-sussidjarja. L-entità li tagħmel distribuzzjoni li tirriżulta fir- rikonoxximent minnha ta’ interess bla dritt ta’ kontroll fis-sussidjarja tagħha għandha tikkontabilizza d-distribuzzjoni skont l-IAS 27 (kif emendat fl-2008). |
8 |
Din l-Interpretazzjoni tindirizza biss il-kontabilità minn entità li tagħmel distribuzzjoni ta’ assi mhux flus. Ma tindirizzax il-kontabilità mill-azzjonisti li jirċievu tali distribuzzjoni. |
KWISTJONIJIET
9 |
Meta entità tiddikjara distribuzzjoni u jkollha obbligu li tiddistribwixxi l-assi kkonċernati lis-sidien tagħha, hija għandha tirrikonoxxi obbligazzjoni għad-dividend pagabbli. Konsegwentement, din l-Interpretazzjoni tindirizza dawn il-kwistjonijiet:
|
KONSENSUS
Meta għandu jiġi rikonoxxut dividend pagabbli
10 |
L-obbligazzjoni li jitħallas dividend għandha tiġi rikonoxxuta meta d-dividend ikun awtorizzat b’mod xieraq u ma jkunx għadu fid-diskrezzjoni tal-entità, li hija d-data:
|
Kejl ta’ dividend pagabbli
11 |
Entità għandha tkejjel obbligazzjoni li tiddistribwixxi assi mhux flus bħala dividend lis-sidien tagħha skont il-valur ġust tal-assi li jridu jiġu ddistribwiti. |
12 |
Jekk entità tagħti lis-sidien tagħha għażla li jirċievu jew assi mhux flus jew inkella alternattiva fi flus, l-entità għandha tistma d-dividend pagabbli billi tikkunsidra kemm il-valur ġust ta’ kull alternattiva kif ukoll il-probabbiltà assoċjata li s-sidien jagħżlu alternattiva jew oħra. |
13 |
Fit-tmiem ta’ kull perijodu ta’ rapportaġġ u fid-data tas-saldu, l-entità għandha tirrevedi u taġġusta l-ammont miżmum fil-kotba tad-dividend pagabbli bi kwalunkwe bidla fl-ammont miżmum fil-kotba tad-dividend pagabbli, rikonoxxuta fl-ekwità bħala aġġustament fl-ammont tad-distribuzzjoni. |
Kontabilità għal xi differenza li jista’ jkun hemm bejn l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi ddistribwiti u l-ammont miżmum fil-kotba tad-dividend pagabbli meta entità ssalda d-dividend pagabbli
14 |
Meta entità ssalda d-dividend pagabbli, kif għandha tirrikonoxxi d-differenza, jekk ikun hemm, bejn l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi ddistribwiti u l-ammont miżmum fil-kotba tad-dividend pagabbli fi profitt jew telf. |
Preżentazzjoni u żvelar
15 |
Entità għandha tippreżenta d-differenza deskritta fil-paragrafu 14 bħala entrata f’linja separata fil-profitt jew telf. |
16 |
Entità għandha tiżvela din l-informazzjoni, jekk applikabbli:
|
17 |
Jekk, wara t-tmiem tal-perijodu ta’ rapportaġġ iżda qabel ma jiġu awtorizzati r-rapporti finanzjarji għall-ħruġ, entità tiddikjara dividend li jkun distribuzzjoni ta’ assi mhux flus, hija għandha tiżvela:
|
DATA EFFETTIVA
18 |
Entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni prospettivament għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Applikazzjoni retrospettiva mhix permessa. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika din l-Interpretazzjoni għal perijodu li jibda qabel l-1 ta’ Lulju 2009, hija għandha tiżvela dak il-fatt u tapplika wkoll l-IFRS 3 (kif irrivedut fl-2008), l-IAS 27 (kif emendat f’Mejju 2008) u l-IFRS 5 (kif emendat minn din l-Interpretazzjoni). |
(*) Il-paragrafu 7 tal-IAS 1 jiddefinixxi sidien bħala detenturi ta' strumenti kklassifikati bħala ekwità.
Appendiċi
Emendi għall-IFRS 5
Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li ma Tkomplewx
Il-paragrafu 5A huwa miżjud.
AMBITU
5A |
Ir-rekwiżiti ta’ klassifikazzjoni, preżentazzjoni u kejl f'dan l-IFRS applikabbli għal assi mhux kurrenti (jew grupp ta’ disponiment) li huwa kklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ japplikaw ukoll għal assi mhux kurrenti (jew grupp ta’ disponiment) li huwa kklassifikat bħala miżmum għad-distribuzzjoni lil sidien li jaġixxu fil-kapaċità tagħhom bħala sidien (miżmum għad-distribuzzjoni lis-sidien). |
Wara l-paragrafu 5A, l-intestatura u l-paragrafu 8 huma emendati, u l-paragrafu 12A huwa miżjud.
KLASSIFIKAZZJONI TA’ ASSI MHUX KURRENTI (JEW GRUPPI TA’ DISPONIMENT) BĦALA MIŻMUMA GĦALL-BEJGĦ JEW MIŻMUMA GĦAD-DISTRIBUZZJONI LIS-SIDIEN
8 |
Sabiex il-bejgħ ikun ferm probabbli, il-livell adattat tal-maniġment għandu jkun impenjat bi pjan għall-bejgħ tal-assi (jew tal-grupp ta’ disponiment), u jrid ikun inbeda programm attiv biex jinstab xerrej u biex il-pjan iseħħ. Barra minn hekk, l-assi (jew il-grupp ta’ disponiment) għandu jiġi rriklamat b’mod attiv għall-bejgħ bi prezz li jkun raġonevoli meta mqabbel mal-valur ġust kurrenti tiegħu. Minbarra dan, il-bejgħ għandu jkun mistenni li jikkwalifika għal rikonoxximent bħala bejgħ komplut fi żmien sena mid-data tal-klassifikazzjoni, ħlief kif permess mill-paragrafu 9, u l-azzjonijiet meħtieġa biex il-pjan iseħħ għandhom jindikaw li mhuwiex probabbli li ser isiru bidliet sinifikanti għall-pjan jew li l-pjan ser jiġi rtirat. Il-probabbiltà ta’ approvazzjoni mill-azzjonisti (jekk meħtieġa fil-ġurisdizzjoni) għandha tiġi kkunsidrata bħala parti mill-valutazzjoni dwar jekk il-bejgħ huwiex ferm probabbli. |
12A |
Assi mhux kurrenti (jew grupp ta’ disponiment) huwa kklassifikat bħala miżmum għad-distribuzzjoni lis-sidien meta l-entità tkun impenjata li tiddistribwixxi l-assi (jew il-grupp ta’ disponiment) lis-sidien. Sabiex dan ikun il-każ, l-assi jridu jkunu disponibbli għad-distribuzzjoni immedjata fil-kundizzjoni preżenti tagħhom u d-distribuzzjoni trid tkun ferm probabbli. Sabiex id-distribuzzjoni tkun ferm probabbli, iridu jkunu nbdew azzjonijiet biex isseħħ id-distribuzzjoni u għandhom ikunu mistennija li ser jintemmu fi żmien sena mid-data tal-klassifikazzjoni. L-azzjonijiet meħtieġa biex isseħħ id-distribuzzjoni għandhom jindikaw li mhuwiex probabbli li ser isiru bidliet sinifikanti għad-distribuzzjoni jew li d-distribuzzjoni ser tiġi rtirata. Il-probabbiltà ta’ approvazzjoni mill-azzjonisti (jekk meħtieġa fil-ġurisdizzjoni) għandha tiġi kkunsidrata bħala parti mill-valutazzjoni dwar jekk id-distribuzzjoni hijiex ferm probabbli. |
Il-paragrafu 15A u nota f’qiegħ il-paġna qed jiġu miżjuda.
KEJL TA’ ASSI MHUX KURRENTI (JEW TA’ GRUPPI TA’ DISPONIMENT) IKKLASSIFIKATI BĦALA MIŻMUMA GĦALL-BEJGĦ
15A |
Entità għandha tkejjel assi mhux kurrenti (jew grupp ta’ disponiment) ikklassifikat bħala miżmum għad-distribuzzjoni lis-sidien skont liema hu l-anqas bejn l-ammont miżmum fil-kotba jew il-valur ġust tiegħu wara li jitnaqqsu l-kosti tad-distribuzzjoni (*). |
Il-paragrafu 44D huwa miżjud.
DATA EFFETTIVA
44D |
Il-paragrafi 5A, 12A u 15A ġew miżjuda u l-paragrafu 8 ġie emendat mill-IFRIC 17 Distribuzzjonijiet ta’ Assi Mhux Flus lis-Sidien f’Novembru 2008. Dawk l-emendi għandhom jiġu applikati prospettivament għal assi mhux kurrenti (jew gruppi ta’ disponiment) li huma kklassifikati bħala miżmuma għad-distribuzzjoni lis-sidien f’perijodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Applikazzjoni retrospettiva mhix permessa. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika din l-Interpretazzjoni għal perijodu li jibda qabel l-1 ta' Lulju 2009, hija għandha tiżvela dak il-fatt u tapplika wkoll l-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji (kif irrivedut fl-2008), l-IAS 27 (kif emendat f’Mejju 2008) u l-IFRIC 17. |
Emenda għall-IAS 10
Avvenimenti wara l-Perijodu tar-Rapportaġġ
Il-paragrafu 13 huwa emendat.
DIVIDENDI
13 |
Jekk jiġu ddikjarati dividendi wara l-perijodu tar-rapportaġġ iżda qabel ma r-rapporti finanzjarji jiġu awtorizzati għall-ħruġ, id-dividendi mhumiex rikonoxxuti bħala obbligazzjoni fit-tmiem tal-perijodu tar-rapportaġġ għaliex ma tkun teżisti ebda obbligazzjoni f’dak iż-żmien. Dawk id-dividendi huma żvelati fin-noti skont l-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji. |
(*) Il-kosti tad-distribuzzjoni huma l-kosti inkrimentali attribwibbli direttament lid-distribuzzjoni, esklużi kosti ta’ finanzjament u l-ispiża tat-taxxa fuq id-dħul.