This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R0954
Commission Regulation (EC) No 954/2009 of 13 October 2009 amending for the 114th time Council Regulation (EC) No 881/2002 imposing certain specific restrictive measures directed against certain persons and entities associated with Usama bin Laden, the Al-Qaida network and the Taliban
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 954/2009 tat- 13 ta’ Ottubru 2009 li jemenda għall-114-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 954/2009 tat- 13 ta’ Ottubru 2009 li jemenda għall-114-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban
ĠU L 269, 14.10.2009, p. 20–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
14.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 269/20 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 954/2009
tat-13 ta’ Ottubru 2009
li jemenda għall-114-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti oġġetti u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi finanzjarji oħrajn fir-rigward tat-Taliban tal-Afganistan (1), u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 7(1)tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mis-sekwestru ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. Huwa jinkludi lis-Sur Shafiq Ben Mohamed Ben Mohamed Al-Ayadi u lis-Sur Faraj Faraj Hussein Al-Sa’idi, li kienu elenkati fl-2002 (2) u fl-2003 (3) rispettivament. |
(2) |
Kull persuna naturali kkonċernata kkontestat id-deċiżjoni tal-elenkar magħmula fir-rigward tagħha. Il-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet il-kontestazzjonijiet tagħhom (4). L-appelli fil-konfront tas-sentenzi tal-Qorti tal-Prim'Istanza għadhom pendenti fil-Qorti tal-Ġustizzja (5). |
(3) |
Skont il-ġurisprudenza riċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja (6), il-Kumitat tan-NU għas-Sanzjonijiet kontra l-Al Qaida u t-Taliban ipprovda, fir-Rebbiegħa tal-2009, ir-raġunijiet għad-deċiżjonijiet tiegħu li jelenka lis-Sur Shafiq Ben Mohamed Ben Mohamed Al-Ayadi u lis-Sur Faraj Faraj Hussein Al-Sa’idi. Il-Kummissjoni ppublikat avviżi (7) għall-attenzjoni tal-persuni kkonċernati sabiex tinfurmahom li l-Kumitat tan-NU għas-Sanzjonijiet kontra l-Al Qaida u t-Taliban ipprovda r-raġunijiet għall-elenkar, li jkunu komunikati meta mitlubin bl-iskop li jagħtuhom l-opportunità li jagħtu l-opinjoni tagħhom dwar dawn ir-raġunjiet. Ġew mibgħutin komunikazzjonijiet fl-indirizzi li huma inklużi fl-annotazzjonijiet relevanti. Barra minn hekk, bil-komunikazzjonijiet datati 24 ta' Ġunju 2009, ir-raġunijiet għall-elenkar ġew notifikati lil kull waħda mill-persuni kkonċernati, fl-indirizz tal-avukat tagħha, sabiex jingħataw l-opportunità li jikkummentaw u jagħtu l-opinjoni tagħhom dwar dawn ir-raġunjiet. |
(4) |
Il-Kummissjoni rċiviet kummenti mingħand is-Sur Shafiq Ben Mohamed Ben Mohamed Al-Ayadi u mingħand is-Sur Faraj Faraj Hussein Al-Sa’idi u analizzat dawn il-kummenti. |
(5) |
Il-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi, imfassla mill-Kumitat tan-NU għas-Sanzjonijiet kontra l-Al Qaida u t-Taliban, fil-preżent tinkludi lis-Sur Shafiq Ben Mohamed Ben Mohamed Al-Ayadi u lis-Sur Faraj Faraj Hussein Al-Sa’idi. |
(6) |
Wara kunsiderazzjoni dettaljata tal-kummenti li waslu mingħand is-Sur Shafiq Ben Mohamed Ben Mohamed Al-Ayadi f'ittra datata 23 ta' Lulju 2009, u minħabba n-natura preventiva tal-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi, il-Kummissjoni tikkonsidra li l-elenkar tas-Sur Shafiq Ben Mohamed Ben Mohamed Al-Ayadi huwa ġustifikat għal raġunijiet tal-assoċjazzjoni tiegħu man-netwerk ta' Al-Qaida. |
(7) |
Wara kunsiderazzjoni dettaljata tal-kummenti li waslu mingħand is-Sur Faraj Faraj Hussein Al-Sa’idi f'ittra datata 16 ta' Lulju 2009, u minħabba n-natura preventiva tal-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi, il-Kummissjoni tikkonsidra li l-elenkar tas-Sur Shafiq Ben Mohamed Ben Mohamed Al-Ayadi huwa ġustifikat għal raġunijiet tal-assoċjazzjoni tiegħu man-netwerk ta' Al-Qaida. |
(8) |
Fid-dawl ta' dan, id-deċiżjonijiet tal-elenkar li jikkonċernaw lis-Sur Shafiq Ben Mohamed Ben Mohamed Al-Ayadi u lis-Sur Faraj Faraj Hussein Al-Sa’idi għandhom jiġu sostitwiti mid-deċiżjonijiet il-ġodda li jikkonfermaw l-inklużjoni tagħhom fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002. |
(9) |
Dawn id-deċiżjonijiet ġodda għandhom japplikaw mit-30 ta' Mejju 2002 fir-rigward tas-Sur Shafiq Ben Mohamed Ben Mohamed Al-Ayadi u mill-21 ta' Novembru 2003 fir-rigward tas-Sur Faraj Faraj Hussein Al-Sa’idi, u minħabba n-natura preventiva tal-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi taħt ir-Regolament (KE) Nru 881/2002 u l-ħtieġa li jiġu protetti l-interessi leġittimi tal-operaturi ekonomiċi, li qed jistrieħu fuq id-deċiżjonijiet magħmulin fl-2002 u l-2003. |
(10) |
Il-Kumitat tas-Sanzjonijiet emenda d-dejta tal-identifikazzjoni li tirrigwarda s-Sur Shafiq Ben Mohamed Ben Mohamed Al-Ayad fis-16 ta' Settembru 2008 u fit-23 ta' Marzu 2009. L-informazzjoni ppubblikata (8) li tikkonċerna s-Sur Shafiq Ben Mohamed Ben Mohamed Al-Ayadi għandha għaldaqstant tiġi aġġornata. |
(11) |
Il-Kumitat tas-Sanzjonijiet emenda d-dejta tal-identifikazzjoni li tikkonċerna lis-Sur Faraj Faraj Hussein Al-Sa’idi fil-11 ta' Awwissu 2008, fit-30 ta' Jannar 2009 u fit-13 ta' Frar 2009. L-informazzjoni ppubblikata (9) li tikkonċerna lis-Sur Faraj Faraj Hussein Al-Sa’idi għandha tiġi aġġornata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-30 ta' Mejju 2002 fir-rigward tas-Sur Shafiq Ben Mohamed Ben Mohamed Al-Ayadi u mill-21 ta' Novembru 2003 fir-rigward tas-Sur Faraj Faraj Hussein Al-Sa’idi.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kummissjoni
Karel KOVANDA
Aġent Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni
(1) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 881/2002.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2049/2003 (ĠU L 303, 21.11.2003, p. 20).
(4) Kawżi T-253/02 u T-49/04, rispettivament.
(5) Kawżi C-403/06 P u C-399/06 P, rispettivament.
(6) Sentenza tat-3 ta' Settembru 2008 fil-Kawżi Konġunti C-402/05 P u C-415/05 P, Yassin Abdullah Kadi u Fundazzjoni Internazzjonali Al Barakaat v. Il-Kunsill tal-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej ir-Rapporti tal-Qorti Ewropea 2008, p. I-6351.
(7) ĠU C 145, 25.6.2009, p. 21 u ĠU C 105, 7.5.2009, p. 31.
(8) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1210/2006 (ĠU L 219, 10.8.2006, p. 14).
(9) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 46/2008 (ĠU L 16, 19.1.2008, p. 11).
ANNESS
Fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002, l-annotazzjonijiet li jikkonċernaw lil Shafiq Ben Mohamed Ben Mohamed Al-Ayadi u lil Faraj Faraj Hussein Al-Sa’idi taħt l-intestatura “Persuni Naturali” huma kkonfermati u emendati u għandhom ikunu kif ġej:
(1) |
Shafiq Ben Mohamed Ben Mohamed Al-Ayadi (magħruf ukoll bħala (a) Ayadi Chafiq Bin Muhammad, (b) Ben Muhammad Ayadi Chafik, (c) Ben Muhammad Aiadi, (d) Ben Muhammad Aiady, (e) Ayadi Shafig Ben Mohamed, (f) Ayadi Chafig Ben Mohamed, (g) Chafiq Ayadi, (h) Chafik Ayadi, (i) Ayadi Chafiq, (j) Ayadi Chafik, (k) Ajadi Chafik, (l) Abou El Baraa). Indirizz: (a) Helene Meyer Ring 10-1415-80809, Munich, il-Ġermanja; (b) 129 Park Road, Londra NW8, l-Ingilterra; (c) 28 Chaussee de Lille, Mouscron, il-Belġju; (d) 20 Provare Street Sarajevo, il-Bożnja u l-Ħerzegovina(l-aħħar indirizz reġistrat fil-Bożnja); (e) Dublin, l-Irlanda. Data tat-twelid: (a) 21.3.1963 (b) 21.1.1963. Post tat-twelid: Sfax, it-Tuneżija. Ċittadinanza: Tuneżina. Numru tal-passaport: (a) E423362 (passaport Tuneżin maħruġ f'Islamabad fil-15.5.1988, li skada fl-14.5.1993), (b) 0841438 (passaport tal-Bożnja u l-Ħerzegovina maħruġ fit-30.12.1998, li skada fit-30.12.2003), (c) 0898813 (passaport tal-Bożnja u l-Ħerzegovina, maħruġ fit-30.12.1999 f'Sarajevo, il-Bożnja u l-Ħerzegovina), (d) 3449252 (passaport tal-Bożnja u l-Ħerzegovina maħruġ fit-30.5.2001 mill-Uffiċċju Konsolari tal-Bożnja u l-Ħerzegovina f'Londra, li skada fit-30.5.2006). Numru nazzjonali ta' identifikazzjoni: 1292931. Tagħrif ieħor: (a) L-indirizz Belġjan ta' hawn fuq huwa Kaxxa Postali. L-awtoritajiet Belġjani jiddikjaraw li din il-persuna qatt ma rresidiet fil-Belġju; (b) Huwa rappurtat li qed jgħix f'Dublin, l-Irlanda; (c) Isem il-missier huwa Mohamed, u isem l-omm huwa Medina Abid; (d) Assoċjat mal-Fundazzjoni Iżlamika Al-Haramain; (e) Iċ-ċittadinanza tal-Bożnja u l-Ħerzegovina ġiet irtirata f'Lulju 2006 u m'għandu l-ebda dokument ta' identifikazzjoni validu tal-Bożnja u l-Ħerzegovina. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4) (b): 17.10.2001. |
(2) |
Faraj Faraj Hussein Al-Sa’idi (magħruf ukoll bħala (a) Mohamed Abdulla Imad, (b) Muhamad Abdullah Imad, (c) Imad Mouhamed Abdellah, (d) Faraj Farj Hassan Al Saadi, (e) Hamza Al Libi, (f) Abdallah Abd al-Rahim). Indirizz: (a) Leicester, ir-Renju Unit (is-sitwazzjoni f'Jannar 2009); (b) Viale Bligny 42, Milan, l-Italja (Imad Mouhamed Abdellah). Data tat-twelid: 28.11.1980. Post tat-twelid: (a) Il-Jamahiriya Għarbija Libjana, (b) Gaża (Mohamed Abdulla Imad), (c) il-Ġordan (Mohamed Abdullah Imad), (d) il-Palestina (Imad Mouhamed Abdellah). Ċittadinanza: Libjana. Tagħrif ieħor: Residenti fir-Renju Unit f'Jannar 2009. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4) (b): 12.11.2003. |