EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0772

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 772/2009 tal- 25 ta’ Awwissu 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1580/2007 fir-rigward tal-livell li fih jiskattaw id-dazji addizzjonali fuq it-tadam

ĠU L 223, 26.8.2009, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/06/2011; Imħassar b' 32011R0543

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/772/oj

26.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 223/20


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 772/2009

tal-25 ta’ Awwissu 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1580/2007 fir-rigward tal-livell li fih jiskattaw id-dazji addizzjonali fuq it-tadam

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [(Ir-Regolament dwar l-OKS Unika)] (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 143(b) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u l-ħxejjex (2) jistipula sorveljanza tal-importazzjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness XVII għalih. Dik is-sorveljanza għandha titwettaq skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (3).

(2)

Għall-għanijiet tal-Artikolu 5(4) tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura (4) konkluż matul is-Serje tal-Urugwaj ta’ negozjati multilaterali dwar il-kummerċ u fid-dawl tal-aħħar dejta disponibbli għall-2006, l-2007 u l-2008, il-livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali tat-tadam għandhom jiġu aġġustati.

(3)

B’riżultat ta’ dan, ir-Regolament (KE) Nru 1580/2007 għandu jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jinbidel bit-test muri fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Awwissu 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(4)  ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.


ANNESS

“ANNESS XVII

DAZJI TA’ IMPORTAZZJONI ADDIZZJONALI: TITOLU IV, KAPITOLU II, TAQSIMA 2

Mingħajr preġudizzju għar-regoli li jirregolaw l-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija kkunsidrata li tkun indikativa biss. L-ambitu tad-dazji addizzjonali għall-finijiet ta’ dan l-Anness huwa ddeterminat mill-ambitu tal-kodiċijiet NM kif jeżistu fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Nru tas-Serje

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Perjodu tal-iskattar

Livell tal-iskattar

(tunnellati)

78.0015

0702 00 00

Tadam

l-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Mejju

415 907

78.0020

l-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

40 107

78.0065

0707 00 05

Ħjar

l-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Ottubru

19 309

78.0075

l-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ April

17 223

78.0085

0709 90 80

Qaqoċċ

l-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ Ġunju

16 421

78.0100

0709 90 70

Zukkini

l-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

65 893

78.0110

0805 10 20

Larinġ

l-1 ta’ Diċembru sal-31 ta’ Mejju

700 277

78.0120

0805 20 10

Klementin

l-1 ta’ Novembru sal-aħħar ta’ Frar

385 569

78.0130

0805 20 30

0805 20 50

0805 20 70

0805 20 90

Mandolin (inklużi t-tangerines u s-satsumas); wilkings u ibridi taċ-ċitru simili

l-1 ta’ Novembru sal-aħħar ta’ Frar

95 620

78.0155

0805 50 10

Lumi

l-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Diċembru

329 947

78.0160

l-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Mejju

61 422

78.0170

0806 10 10

Għeneb tal-mejda

il-21 ta’ Lulju sal-20 ta’ Novembru

89 140

78.0175

0808 10 80

Tuffieħ

l-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu

824 442

78.0180

l-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Diċembru

327 526

78.0220

0808 20 50

Lanġas

l-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ April

223 485

78.0235

l-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru

70 116

78.0250

0809 10 00

Berquq

l-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju

5 785

78.0265

0809 20 95

Ċiras, ħlief għaċ-ċiras qares

il-21 ta’ Mejju sal-10 ta’ Awwissu

133 425

78.0270

0809 30

Ħawħ, inkluż nuċiprisk

il-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

131 459

78.0280

0809 40 05

Għanbaqar

il-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

129 925 ”


Top