EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0441

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 441/2009 tas- 27 ta’ Mejju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1580/2007 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u l-ħxejjex

ĠU L 129, 28.5.2009, p. 10–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/06/2011; Imħassar b' 32011R0543

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/441/oj

28.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 129/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 441/2009

tas-27 ta’ Mejju 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1580/2007 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u l-ħxejjex

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikoli 103h u 127 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 53(5) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 (2) jipprovdi li, fejn organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti reċentament ma jkollhomx informazzjoni storika biżżejjed dwar il-produzzjoni mqiegħda fis-suq għall-applikazzjoni tal-paragrafu 2 ta’ dak l-Artikolu, il-valur tal-produzzjoni mqiegħda fis-suq jista’ jkun ikkunsidrat bħala l-valur tal-produzzjoni li hi tajba biex titqiegħed fis-suq u li dan għandu jkun ikkalkulat bħala l-valur medju tal-produzzjoni mqiegħda fis-suq għat-tliet snin preċedenti tal-produtturi kollha li huma membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi meta tkun sottomessal-applikazzjoni għar-rikonoxximent.

(2)

Fl-interess taċ-ċertezza legali, wieħed għandu jkun ċar li l-valur medju tal-produzzjoni li hi tajba biex titqiegħed fis-suq fil-perjodu ta’ tliet snin fl-Artikolu 53(5) tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 għandu jkun ikkalkulat b’referenza għall-perjodi matul dawk it-tliet snin li fihom il-produtturi kienu fil-fatt qed jipproduċu l-frott u l-ħxejjex u li l-perjodi li matulhom ma kinux prodotti frott u ħxejjex ma għandhomx jitqiesu.

(3)

L-Artikoli 93 sas-97 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jimplimentaw l-Artikolu 103e tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 dwar l-għajnuna finanzjarja nazzjonali għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi fir-reġjuni fejn il-livell tal-organizzazzjoni tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex huwa partikolarment baxx, li għandha tikkontribwixxi għat-titjib tal-livell tal-organizzazzjoni tal-produtturi f’reġjuni bħal dawn. L-għajnuna finanzjarja nazzjonali għandha tkun direttament marbuta mal-produzzjoni f’dawk ir-reġjuni. Għalhekk, fl-Artikolu 93 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007, għandu jkun ikkjarifikat li l-prodotti tas-settur tal-frott u l-ħxejjex li huma prodotti fir-reġjuni fejn il-livell tal-organizzazzjoni tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex huwa partikolarment baxx biss jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja nazzjonali.

(4)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jikkonċerna l-informazzjoni li għandha takkumpanja r-rikjesta ta’ Stat Membru għall-għajnuna finanzjarja nazzjonali. Huwa xieraq li l-Istati Membri jintalbu jippreżentaw rikjesta bħal din sabiex tkun ta’ prova li l-għajnuna qed tingħata biss għal produzzjoni li toriġina fir-reġjun fejn il-livell tal-organizzazzjoni tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex huwa partikolarment baxx, speċjalment fejn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi li joperaw fit-territorju tagħhom huma attivi f’aktar minn reġjun wieħed.

(5)

L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1943/2003 (3) jippermetti lill-gruppi tal-produtturi li jinkludu l-għajnuniet tal-ipproċessar fil-valur tal-produzzjoni mqiegħda fis-suq. Dan il-prinċipju għandu jinżamm għall-gruppi tal-produtturi li kienu ngħataw rikonoxximent preliminari skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 (4) sakemm is-sistemi tal-għajnuniet tal-ipproċessar jitneħħew gradwalment. Huwa xieraq li l-gruppi tal-produtturi li jirreferi għalihom l-Artikolu 203a(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1234/2007 ikunu jistgħu jkomplu jikkalkulaw l-għajnuniet tal-ipproċessar li jirċievu fuq il-bażi tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1621/1999 (5), (KE) Nru 1622/1999 (6), (KE) Nru 1535/2003 (7) u (KE) Nru 2111/2003 (8) fil-bejgħ tagħhom. Gruppi tal-produtturi bħal dawn għandu jkollhom il-permess jiddepożitaw applikazzjoni addizzjonali għall-għajnuna li jirreferi għaliha l-Artikolu 103a(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li għandha tkun ikkalkulata fuq il-bażi ta’ dan il-valur addizzjonali tal-produzzjoni mqiegħda fis-suq, jekk dawn l-għajnuniet tal-ipproċessar ma kinux meqjusa fl-applikazzjonijiet standard preċedenti. Huwa xieraq li jkunu stabbiliti r-regoli għall-kalkolu tal-għajnuna li għaliha jirreferi l-Artikolu 103a(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 rigward il-gruppi tal-produtturi tal-Istati Membri li aderixxew mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004 jew wara b’partijiet annwali tal-pjanijiet ta’ rikonoxximent li bdew fl-2007 u spiċċaw fl-2008.

(6)

Wara li saret ir-riforma tal-organizzazzjoni komuni tas-settur tal-frott u l-ħxejjex, ċerti ħwawar tat-tisjir huma soġġetti għar-regoli applikabbli għal dan is-settur mill-1 ta’ Jannar 2008. B’riżultat ta’ dan, mill-1 ta’ Jannar 2008 ‘l quddiem, l-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu bħala organizzazzjonijiet tal-produtturi, operaturi li huma speċjalizzati fi ħwawar tat-tisjir imniżżla fil-Parti IX tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, jew li l-produzzjoni tagħhom tinkludi dawn il-ħwawar, fosthom: iż-żagћfran; is-sagħtar, frisk jew imkessaħ, il-ħabaq, il-melissa, in-nagħniegħ, l-origanum vulgare (l-origanu/il-merdqux selvaġġ), il-klin u s-salvja, friski jew imkessħin. Madankollu, l-applikazzjoni tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi li l-membri tagħhom bdew jipproduċu l-ħwawar tat-tisjir qabel l-2008 irriżultat f’perjodu strett u qasir għall-inklużjoni tal-valur ta’ dawn il-prodotti fil-valur tal-produzzjoni mqiegħda fis-suq għall-programmi operattivi għall-2008 u l-2009. Għalhekk, huwa xieraq li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jkollhom il-permess jinkludu l-valur ta’ dawk il-prodotti fil-valur tal-produzzjoni mqiegħda fis-suq għall-programmi operattivi implimentati fl-2008 u fl-2009.

(7)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1580/2007 għandu jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1580/2007 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 53, il-paragrafu 5 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“5.   Fejn organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti reċentament ma jkollhomx informazzjoni storika biżżejjed dwar il-produzzjoni mqiegħda fis-suq għall-applikazzjoni tal-paragrafu 2 il-valur tal-produzzjoni mqiegħda fis-suq jista’ jkun ikkunsidrat bħala l-valur tal-produzzjoni li hi tajba biex titqiegħed fis-suq ipprovdut mill-organizzazzjoni tal-produtturi għall-finijiet ta’ rikonoxximent. Dan għandu jkun ikkalkulat bħala l-valur medju tal-produzzjoni mqiegħda fis-suq għall-perjodu matul dawk it-tliet snin li fihom il-produtturi li huma membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi meta għaliha tkun sottomessal-applikazzjoni għar-rikonoxximent kienu effettivament qed jipproduċu.”

(2)

l-Artikolu 93 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 93

Il-livell ta’ organizzazzjoni tal-produtturi

Għall-finijiet tal-Artikolu 103e(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-livell tal-organizzazzjoni tal-produtturi f’reġjun ta’ Stat Membru għandu jkun ikkunsidrat bħala partikolarment baxx fejn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u tal-gruppi tal-produtturi jkunu qiegħdu fis-suq inqas minn 20 % tal-valur medju ta’ produzzjoni tal-frott u l-ħxejjex li nkiseb f’dak ir-reġjun matul l-aħħar tliet snin li għalihom id-dejta hija disponibbli.

Il-produzzjoni tal-frott u l-ħxejjex li hija ġenerata fir-reġjun riferit fl-ewwel paragrafu biss tista’ tibbenefika minn għajnuna finanzjarja nazzjonali.”

(3)

fl-Artikolu 94(1), it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“It-talba għandha tkun akkompanjata minn evidenza li turi li l-livell ta’ organizzazzjoni tal-produtturi fir-reġjun ikkonċernat huwa partikolarment baxx, kif definit fl-Artikolu 93 ta’ dan ir-Regolament, li l-prodotti tas-settur tal-frott u l-ħxejjex prodotti b’dak ir-reġjun biss se jibbenefikaw mill-għajnuna, kif ukoll id-dettalji tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi kkonċernati, l-ammont ta’ għajnuna kkonċernata u l-proporzjon ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji magħmula skont l-Artikolu 103b tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.”;

(4)

fl-Artikolu 152, għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“11.   B’deroga mill-Artikolu 44(1) ta’ dan ir-Regolament, il-kalkolu tal-valur tal-produzzjoni mqiegħda fis-suq tal-gruppi tal-produtturi li għalihom jirreferi l-Artikolu 203a(4) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandu jinkludi l-għajnuniet riċevuti fuq il-bażi tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1621/1999 (*), (KE) Nru 1622/1999 (**), (KE) Nru 1535/2003 (***) u (KE) Nru 2111/2003 (****) għall-bejgħ magħmul fl-2007, 2008 u 2009.

Fir-rigward tal-gruppi tal-produtturi fl-Istati Membri li aderixxew mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004 jew wara b’partijiet annwali tal-pjanijiet ta’ rikonoxximent li bdew fl-2007 u spiċċaw fl-2008, l-appoġġ annwali li għalih jirreferi l-Artikolu 103a(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huwa kkalkulat bħala s-somma tal-valur tal-bejgħ fatturat fil-parti rilevanti tal-2007 moltiplikata bir-rata rilevanti għall-parti annwali kkunsidrata u l-valur tal-bejgħ fatturat fl-2008 moltiplikat bir-rata l-ġdida rilevanti għall-parti annwali kkunsidrata.

12.   B’deroga mill-Artikolu 47(1) ta’ dan ir-Regolament, il-gruppi tal-produtturi li għalihom jirreferi l-Artikolu 203a(4) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistgħu jissottomettu applikazzjoni separata għall-għajnuna li għaliha jirreferi l-Artikolu 103a(1)(a) ta’ dak ir-Regolament għall-għajnuniet tal-ipproċessar riċevuti fuq il-bażi tar-Regolamenti (KE) Nru 1621/1999, (KE) Nru 1622/1999, (KE) Nru 1535/2003 u (KE) Nru 2111/2003 għas-snin ta’ bejgħ 2006/2007 u 2007/2008 jekk ma kinux ġew meqjusa f’applikazzjonijiet preċedenti.

13.   B’deroga mill-Artikolu 53 ta’ dan ir-Regolament, fejn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi ipproduċew ħwawar tat-tisjir li huma mniżżla fil-Parti IX tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, l-aktar iż-żagħfran; is-sagħtar, frisk jew imkessaħ; il-ħabaq; il-melissa; in-nagħniegħ; l-origanum vulgare (l-origanu/il-merdqux selvaġġ); il-klin u s-salvja, friski jew imkessħin, fl-2008 u fl-2009, il-valur tal-produzzjoni mqiegħda fis-suq għal dawk il-prodotti għall-programmi operattivi implimentati f’dawk is-snin għandhom jiġu kkalkulati bħala l-valur attwali tal-produzzjoni mqiegħda fis-suq għall-perjodu ta’ 12-il xahar li fih il-programm operattiv ġie implimentat.

(*)  ĠU L 192, 24.7.1999, p. 21."

(**)  ĠU L 192, 24.7.1999, p. 33."

(***)  ĠU L 218, 30.8.2003, p. 14."

(****)  ĠU L 317, 2.12.2003, p. 5. ”"

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-punti 2 u 3 tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw għall-programmi operattivi implimentati mill-1 ta’ Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 286, 4.11.2003, p. 5.

(4)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1.

(5)  ĠU L 192, 24.7.1999, p. 21.

(6)  ĠU L 192, 24.7.1999, p. 33.

(7)  ĠU L 218, 30.8.2003, p. 14.

(8)  ĠU L 317, 2.12.2003, p. 5.


Top