This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R0434
Commission Regulation (EC) No 434/2009 of 26 May 2009 amending Regulation (EC) No 1580/2007 as regards the trigger levels for additional duties on tomatoes, apricots, lemons, plums, peaches, including nectarines, pears and table grapes
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 434/2009 tas- 26 ta’ Mejju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1580/2007 fir-rigward tal-livell li fih jiskattaw id-dazji addizzjonali fuq it-tadam, il-berquq, l-għanbaqar, il-ħawħ, inkluż n-nuċiprisk, il-lanġas u l-għeneb tal-mejda
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 434/2009 tas- 26 ta’ Mejju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1580/2007 fir-rigward tal-livell li fih jiskattaw id-dazji addizzjonali fuq it-tadam, il-berquq, l-għanbaqar, il-ħawħ, inkluż n-nuċiprisk, il-lanġas u l-għeneb tal-mejda
ĠU L 128, 27.5.2009, p. 10–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 21/06/2011; Imħassar b' 32011R0543
27.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 128/10 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 434/2009
tas-26 ta’ Mejju 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1580/2007 fir-rigward tal-livell li fih jiskattaw id-dazji addizzjonali fuq it-tadam, il-berquq, l-għanbaqar, il-ħawħ, inkluż n-nuċiprisk, il-lanġas u l-għeneb tal-mejda
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [(Ir-Regolament dwar l-OKS Unika)] (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 143(b) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u l-ħxejjex (2) jistipula sorveljanza tal-importazzjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness XVII għalih. Dik is-sorveljanza għandha titwettaq skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (3). |
(2) |
Għall-għanijiet tal-Artikolu 5(4) tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura (4) konkluż matul is-Serje tal-Urugwaj ta’ negozjati multilaterali dwar il-kummerċ u fid-dawl tal-aħħar dejta disponibbli għall-2006, l-2007 u l-2008, il-livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali tat-tadam, tal-berquq, tal-lumi, tal-għanbaqar, tal-ħawħ, inkluż in-nuċiprisk, tal-lanġas u tal-għeneb tal-mejda għandhom jiġu aġġustati. |
(3) |
B’riżultat ta’ dan, ir-Regolament (KE) Nru 1580/2007 għandu jiġi emendat skont dan. |
(4) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jinbidel bit-test muri fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Ġunju 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Mejju 2009.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
(3) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.
(4) ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.
ANNESS
“ANNESS XVII
DAZJI TA’ IMPORTAZZJONI ADDIZZJONALI: TITOLU IV, KAPITOLU II, TAQSIMA 2
Mingħajr preġudizzju għar-regoli li jirregolaw l-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija kkunsidrata li tkun indikativa biss. L-ambitu tad-dazji addizzjonali għall-finijiet ta’ dan l-Anness huwa ddeterminat mill-ambitu tal-kodiċijiet NM kif jeżistu fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Nru tas-Serje |
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Perjodu tal-iskattar |
Livell tal-iskattar (tunnellati) |
||
78.0015 |
0702 00 00 |
Tadam |
|
415 817 |
||
78.0020 |
|
40 105 |
||||
78.0065 |
0707 00 05 |
Ħjar |
|
19 309 |
||
78.0075 |
|
17 223 |
||||
78.0085 |
0709 90 80 |
Qaqoċċ |
|
16 421 |
||
78.0100 |
0709 90 70 |
Zukkini |
|
65 893 |
||
78.0110 |
0805 10 20 |
Larinġ |
|
700 277 |
||
78.0120 |
0805 20 10 |
Klementin |
|
385 569 |
||
78.0130 |
0805 20 30 0805 20 50 0805 20 70 0805 20 90 |
Mandolin (inklużi t-tangerines u s-satsumas); wilkings u ibridi taċ-ċitru simili |
|
95 620 |
||
78.0155 |
0805 50 10 |
Lumi |
|
329 947 |
||
78.0160 |
|
61 422 |
||||
78.0170 |
0806 10 10 |
Għeneb tal-mejda |
|
89 140 |
||
78.0175 |
0808 10 80 |
Tuffieħ |
|
876 665 |
||
78.0180 |
|
106 465 |
||||
78.0220 |
0808 20 50 |
Lanġas |
|
223 485 |
||
78.0235 |
|
70 116 |
||||
78.0250 |
0809 10 00 |
Berquq |
|
5 785 |
||
78.0265 |
0809 20 95 |
Ċiras, ħlief għaċ-ċiras qares |
|
133 425 |
||
78.0270 |
0809 30 |
Ħawħ, inkluż nuċiprisk |
|
131 459 |
||
78.0280 |
0809 40 05 |
Għanbaqar |
|
129 925 ” |