This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R0013
Council Regulation (EC) No 13/2009 of 18 December 2008 amending Regulations (EC) No 1290/2005 on the financing of the common agricultural policy and (EC) No 1234/2007 establishing a common organisation of agricultural markets and on specific provisions for certain agricultural products (Single CMO Regulation) in order to set up a School Fruit Scheme
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 13/2009 tat- 18 ta' Diċembru 2008 li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni u (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Regolament Waħdieni dwar l-OKS) biex tiġi stabbilita Skema ta’ Frott għall-Iskejjel
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 13/2009 tat- 18 ta' Diċembru 2008 li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni u (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Regolament Waħdieni dwar l-OKS) biex tiġi stabbilita Skema ta’ Frott għall-Iskejjel
ĠU L 5, 9.1.2009, p. 1–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2015
9.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 5/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 13/2009
tat-18 ta' Diċembru 2008
li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni u (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Regolament Waħdieni dwar l-OKS) biex tiġi stabbilita Skema ta’ Frott għall-Iskejjel
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 36 u 37 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1182/2007 (2), li jistabbilixxi regoli speċifiċi rigward is-settur tal-frott u l-ħaxix, ippreveda riforma wiesgħa f’dak is-settur sabiex tiġi promossa l-kompettività u l-orjentament tiegħu u sabiex iqarrbu iktar lejn il-bqija tal-politika agrikola komuni (PAK) riformata. Wieħed mill-objettivi ewlenin tar-reġim riformat hu li jitreġġa’ lura it-tnaqqis fil-konsum tal-frott u l-ħaxix. |
(2) |
Hu mixtieq li jiġi indirizzat il-konsum baxx tal-frott u l-ħaxix fost it-tfal billi jiżdied għal żmien twil is-sehem tal-frott u l-ħaxix fid-dieti tat-tfal fl-istadju meta jkunu qed jissawru d-drawwiet tagħhom tal-ikel. Il-forniment tal-għajnuna Komunitarja taħt Skema tal-Frott għall-Iskejjel sabiex jiġu pprovduti prodotti tal-frott, tal-ħaxix u tal-banana lit-tfal fi stabbilimenti edukattivi għandu jnissel fil-konsumaturi tfal l-apprezzament għall-frott u l-ħaxix u b’hekk itejjeb il-konsum futur. Bħala riżultat, l-Iskema ta’ Frott għall-Iskejjel tilħaq l-objettivi tal-PAK, inklużi l-promozzjoni tal-qligħ fl-agrikoltura, l-istabbilizzazzjoni tas-swieq u d-disponibbiltà tal-provvisti attwali kif ukoll futuri. |
(3) |
Skont l-Artikolu 35(b) tat-Trattat, tista’ ssir dispożizzjoni għal miżuri konġunti fil-qafas tal-PAK, bħal pereżempju Skema ta’ Frott għall-Iskejjel, sabiex tippromwovi l-konsum ta’ ċerti prodotti. |
(4) |
Barra dan, l-Artikolu 152(1) tat-Trattat jeħtieġ li “livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa umana għandu jkun assigurat fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki kollha Komunitarji”. Il-benefiċċji ċari għas-saħħa ta’ Skema ta’ Frott għall-Iskejjel jindikaw li hija arranġament li għandhom jiġu integrati fl-implimentazzjoni tal-PAK. |
(5) |
Għalhekk għandha ssir dispożizzjoni għal għajnuna Komunitarja biex tikkofinanzja l-provvista lil tfal fi stabbilimenti edukattivi ta’ ċerti prodotti sani fis-setturi tal-frott u l-ħaxix, frott u ħaxix ipproċessat u tal-banana u wkoll biex tikkoofinanzja ċerti spejjeż relatati mal-loġistika, id-distribuzzjoni, it-tagħmir, il-komunikazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni. |
(6) |
L-Iskema Komunitarja ta’ Frott għall-Iskejjel għandha tkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe skema nazzjonali ta’ frott għall-iskejjel li tirrispetta l-liġi Komunitarja, sabiex jinżammu l-benefiċċji ta’ skemi bħal dawn. Għandha tirrispetta d-diversità tas-sistemi edukattivi tal-Istati Membri. Għalhekk, l-istabbilimenti edukattivi li jibbenifikaw mill-Iskema ta’ Frott għall-Iskejjel jistgħu jinkludu skejjel tat-trabi, stabbilimenti oħrajn ta’ qabel l-iskola, skejjel primarji u sekondarji. |
(7) |
L-Istati Membri li huma lesti li jipparteċipaw fl-Iskema ta’ Frott għall-Iskejjel għandhom ikunu jistgħu, minbarra l-għajnuna Komunitarja, jagħtu għajnuna nazzjonali għall-provvista tal-prodotti sani u għal ċerti spejjeż relatati. Miżuri ta’ akkumpanjament ser ikunu meħtieġa sabiex l-iskema tkun effettiva, li fir-rigward tal-finanzjament tagħhom l-Istati Membri għandhom għalhekk jkunu jistgħu jagħtu għajnuna nazzjonali. Fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji, l-Istati Membri għandu jkollhom l-ħila li jbiddlu l-kontribuzzjoni finanzjarja tagħhom għall-Iskema ta’ Frott għall-Iskejjel b’kontribuzzjonijiet mis-settur privat. |
(8) |
Sabiex jiżguraw implimentazzjoni ordnata tal-Iskema ta’ Frott għall-Iskejjel, l-Istati Membri, fil-livell nazzjonali jew reġjonali, li jixtiequ jagħmlu użu minnha għandhom ifasslu strateġija minn qabel. |
(9) |
L-Iskema m’għandhiex tkopri prodotti mhux sani li fihom, pereżempju, persentaġġ għoli ta’ xaħam jew zokkor miżjud. Għalhekk il-Kummissjoni għandha tfassal lista ta’ prodotti jew ingredjenti li għandhom ikunu esklużi mill-Iskema ta’ Frott għall-Iskejjel. Altrimenti, m’għandux ikun hemm indħil bla bżonn fid-diskrezzjoni tal-Istati Membri fir-rigward tal-għażla tagħhom ta’ prodotti. B’hekk huma għandhom ikunu jistgħu jibbażaw l-għażla tagħhom ta’ prodotti eliġibbli fuq kriterji oġġettivi inklużi l-istaġjonalità, id-disponibbiltà ta’ prodotti u l-kwistjonijiet ta’ tħassib ambjentali. F’dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jagħtu preferenza għal prodotti ta’ oriġini Komunitarja. Biex ikunu ċari, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-lista ta’ prodotti eliġibbli taħt l-iskema tagħhom meta jfasslu l-istrateġiji tagħhom. |
(10) |
Fl-interess ta’ amministrazzjoni u ġestjoni baġitarja sodi, l-Istati Membri li jipparteċipaw fl-iskema għandhom japplikaw kull sena għal għajnuna Komunitarja. Wara t-talbiet tal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-allokazzjonijiet definittivi, skont l-approprjazzjonijiet disponibbli fil-baġit. |
(11) |
L-għajnuna Komunitarja għandha tkun allokata lil kull Stat Membru abbażi ta’ kriterji oġġettivi msejsa fuq il-proporzjon ta’ tfal tagħhom fil-grupp ta’ mira ċentrali ta’ bejn is-sitta u l-għaxar snin. Dan il-grupp ta’ din l-età ntgħażel minħabba raġunijiet baġitarji, iżda wkoll minħabba li d-drawwiet tal-ikel jissawru f’eta żgħira. Madankollu, id-daqs demografiku limitat ta’ Stat Membru m’għandux iżommu milli jimplimenta skema kost effettiva. Għalhekk, kull Stat Membru parteċipanti għandu jirċievi ammont minimu speċifikat ta’ għajnuna Komunitarja. |
(12) |
Sabiex tiġi żgurata ġestjoni baġitarja soda, għandhom jiġu previsti limitu fiss ta’ għajnuna Komunitarja u rati massimi ta’ kofinanzjament u l-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għall-iskema għandha tiżdied mal-lista ta’ miżuri eliġibbli għall-finanzjament tal-FAEG stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (3). |
(13) |
Wara li jkunu kkunsidrati id-diffikultajiet soċjali, strutturali u ekonomiċi tagħhom, ikun xieraq li tkun prevista rata ogħla ta’ kofinanzjament fir-reġjuni eliġibbli taħt l-objettiv ta’ Konverġenza skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni (4), u fir-reġjuni l-aktar ‘il bogħod msemmijin fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat. |
(14) |
Sabiex ma titnaqqasx l-effikaċja ġenerali tal-Iskema ta’ Frott għall-Iskejjel, l-għajnuna Komunitarja m’għandhiex tintuża biex tissostitwixxi l-finanzjament għal kwalunkwe skema nazzjonali eżistenti ta’ frott għall-iskejjel jew skemi oħrajn ta’ distribuzzjoni fl-iskejjel li jinkludu l-frott. Madankollu, il-kisbiet eżistenti tal-Istati Membri fl-introduzzjoni ta’ skemi nazzjonali ta’ frott għall-iskejjel għandhom jinżammu. Għalhekk, l-għajnuna Komunitarja għandha madankollu tkun disponibbli jekk Stat Membru biħsiebu li jestendi jew li jrendi aktar effettiva l-iskema diġà attwata li tkun normalment eliġibbli, bil-kondizzjoni li jiġu osservati ċerti rati massimi ta’ kofinazjament fir-rigward tal-proporzjon ta’ għajnuna Komunitarja għall-finanzjament nazzjonali totali. F’dan il-każ, l-Istat Membru għandu jindika fl-istrateġija tiegħu kif huwa biħsiebu jestendi l-iskema tiegħu jew jagħmilha aktar effettiva. |
(15) |
Sabiex tippermetti li jkun hemm żmien għall-implimentazzjoni bla xkiel tal-Iskema, din għandha tapplika mis-sena skolastika 2009-2010. Għandu jintbagħat rapport dwar l-implimentazzjoni tagħha wara tliet snin. |
(16) |
Sabiex tagħmel l-iskema aktar effettiva, il-Komunità għandha tkun tista’ tiffinanzja l-miżuri ta’ informazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni li għandhom l-għan li jqajmu sensibilizzazzjoni pubblika dwar, u miżuri ta’ netwerking relatati mal-Iskema ta’ Frott għall-Iskejjel u l-objettivi tagħha. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Komunità li tikkofinanzja, fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 (5), il-miżuri ta’ akkumpanjament meħtieġa biex titqajjem sensibilizzazzjoni dwar l-effetti pożittivi għas-saħħa mill-konsum ta’ frott u ħaxix. |
(17) |
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel, inklużi regoli li jikkonċernaw l-allokazzjoni tal-għajnuna bejn l-Istati Membri, il-ġestjoni finanzjarja u baġitarja, l-istrateġiji nazzjonali, l-ispejjeż relatati, miżuri ta’ akkumpanjament u ta’ informazzjoni, ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni u ta’ netwerking. |
(18) |
Id-dispożizzjonijiiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1182/2007 ġew integrati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (6) b’effett mill-1 ta’ Lulju 2008 bir-Regolament (KE) Nru 361/2008 (7). |
(19) |
Ir-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 1234/2007 għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005
Fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, għandu jiżdied il-punt li ġej:
“(f) |
il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-Iskema ta’ Frott għall-Iskejjel kif imsemmi fl-Artikolu 103ga(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (*). |
Artikolu 2
Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007
Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huwa b’dan emendat kif ġej:
(1) |
Fit-Taqsima IVa tal-Kapitolu IV tat-Titolu I tal-Parti II:
|
(2) |
Fl-Artikolu 180, “Artikolu 103ga” għandu jiddaħħal qabel “Artikolu 182”. |
(3) |
Fl-Artikolu 184, għandu jiddaħħal il-punt li ġej:
|
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BARNIER
(1) L-Opinjoni tat-18 ta’ Novembru 2008, għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(2) ĠU L 273, 17.10.2007, p. 1.
(3) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.
(4) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 tas-17 ta’ Diċembru 2007 dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi (ĠU L 3, 5.1.2008, p. 1).
(6) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.