This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009L0047
Council Directive 2009/47/EC of 5 May 2009 amending Directive 2006/112/EC as regards reduced rates of value added tax
Direttiva tal-Kunsill 2009/47/KE tal- 5 ta’ Mejju 2009 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar rati mnaqqsa tat-taxxa fuq il-valur miżjud
Direttiva tal-Kunsill 2009/47/KE tal- 5 ta’ Mejju 2009 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar rati mnaqqsa tat-taxxa fuq il-valur miżjud
ĠU L 116, 9.5.2009, p. 18–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
9.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 116/18 |
DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2009/47/KE
tal-5 ta’ Mejju 2009
li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar rati mnaqqsa tat-taxxa fuq il-valur miżjud
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 93 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (3) tawtorizza lill-Istati Membri biex japplikaw rata mnaqqsa waħda jew żewġ rati mnaqqsa li m’għandhomx ikunu inqas minn 5 % u jkunu applikabbli biss għal lista restrittiva ta’ provvisti ta’ merkanzija u ta’ servizzi. |
(2) |
Il-Komunikazzjoni dwar ir-rati tal-VAT minbarra r-rati standard tal-VAT li l-Kummissjoni ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-2007 kkonkludiet li l-applikazzjoni ta’ rati mnaqqsa tal-VAT għal servizzi pprovduti lokalment ma tipperikolax b’mod reali l-funzjonament bla xkiel tas-suq intern, u tista’, taħt ċerti kondizzjonijiet, ikollha effetti pożittivi f’termini ta’ ħolqien ta’ impjiegi u fil-ġlieda kontra l-ekonomija informali. Għalhekk, huwa xieraq li titħalla l-possibbiltà lill-Istati Membri li japplikaw rati tal-VAT imnaqqsa għas-servizzi li jeħtieġu ħafna ħaddiema koperti bid-dispożizzjonijiet temporanji applikabbli sa tmiem l-2010 kif ukoll għas-servizzi tar-ristoranti u tal-catering. |
(3) |
Fir-rigward tal-provvista ta’ xorb alkoħoliku u/jew mhux alkoħoliku fil-qafas tas-servizzi tar-ristoranti u tal-catering, jista’ jkun ġustifikat li jkun previst trattament differenti ta’ dak ix-xorb mit-trattament previst fil-qafas tal-provvista tal-oġġetti tal-ikel; huwa xieraq li jiġi espliċitament previst li Stat Membru jista’ jinkludi jew jeskludi l-provvista ta’ xorb alkoħoliku u/jew mhux alkoħoliku meta jkun qed japplika rata mnaqqsa għall-provvista ta’ servizzi tar-ristoranti u tal-catering msemmija fl-Anness III tad-Direttiva 2006/112/KE. |
(4) |
Id-Direttiva 2006/112/KE għandha tiġi emendata wkoll sabiex tippermetti l-applikazzjoni ta’ rati mnaqqsa jew xi eżenzjoni rispettivament f’numru limitat ta’ sitwazzjonijiet speċifiċi għal raġunijiet soċjali jew ta’ saħħa u sabiex ir-referenza għall-kotba fl-Anness III tagħha tiġi ċċarata u aġġornata għall-progress tekniku. |
(5) |
Il-kontenut ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112/KE li jikkonċernaw derogi eżistenti u l-lista tal-Anness IV tagħha ser ikunu koperti mil-lista ta’ provvisti ta’ merkanzija u servizzi li għalihom tista’ tiġi applikata rata mnaqqsa abbażi ta’ din id-Direttiva. Għal raġunijiet ta’ ċarezza dawk id-dispożizzjonijiet u l-Anness IV tad-Direttiva 2006/112/KE għandhom jitħassru. |
(6) |
Skont il-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-liġijiet (4), l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom li, sa fejn hu possibbli, juru l-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ trasposizzjoni, u jagħmluhom pubbliċi. |
(7) |
Għalhekk, id-Direttiva 2006/112/KE għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2006/112/KE hija b’dan emendata kif ġej:
(1) |
l-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal: “Artikolu 104a Ċipru jista’ japplika waħda miż-żewġ rati mnaqqsa previsti fl-Artikolu 98 għall-provvista ta’ gass likwidu tal-petroljum (LPG) f’ċilindri.”; |
(2) |
l-Artikolu 105 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 105 1. Il-Portugall jista’ japplika waħda miż-żewġ rati mnaqqsa previsti fl-Artikolu 98 għan-nollijiet tal-pontijiet fiż-żona ta’ Lisbona. 2. Il-Portugall jista’, fil-każ ta’ transazzjonijiet imwettqa fir-reġjuni awtonomi tal-Azores u Madeira u għall-importazzjoni diretta lejn dawk ir-reġjuni, japplika rati aktar baxxi minn dawk li japplikaw fil-pajjiż kontinentali.”; |
(3) |
il-Kapitolu 3 tat-Titolu VIII għandu jitħassar; |
(4) |
il-punt li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 111 b’effett mill-1 ta’ Jannar 2011:
|
(5) |
fl-Artikolu 114(1), it-tieni subparagrafu għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej: “L-Istati Membri msemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu wkoll japplikaw tali rata għall-ħwejjeġ tat-tfal u għaż-żraben tat-tfal u s-sistemazzjoni fid-djar.”; |
(6) |
l-Artikolu 115 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 115 L-Istati Membri li, fl-1 ta’ Jannar 1991, kienu qed japplikaw rata mnaqqsa għall-ħwejjeġ tat-tfal, iż-żraben tat-tfal jew għas-sistemzzjoni fid-djar fejn joqogħdu jistgħu jkomplu japplikaw din ir-rata għall-provvista ta’ dik il-merkanzija jew dawk is-servizzi.”; |
(7) |
l-Artikolu 116 għandu jitħassar; |
(8) |
fl-Artikolu 117, il-paragrafu 1 għandu jitħassar; |
(9) |
fl-Artikolu 125, il-paragrafu 2 għandu jitħassar; |
(10) |
l-Artikolu 127 għandu jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2011; |
(11) |
fl-Artikolu 128, il-paragrafu 2 għandu jitħassar; |
(12) |
fl-Artikolu 129, il-paragrafu 1 għandu jitħassar; |
(13) |
l-Anness III għandu jiġi emendat skont l-Anness ta’ din id-Direttiva; |
(14) |
l-Anness IV għandu jitħassar. |
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-testi tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Meta jiġu adottati mill-Istati Membri, dawk il-miżuri, għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif għandha ssir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 5 ta’ Mejju 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
M. KALOUSEK
(1) Opinjoni tad-19 ta’ Frar 2009 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Opinjoni tal-25 ta’ Frar 2009 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.
(4) ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.
ANNESS
L-Anness III għad-Direttiva 2006/112/KE huwa b’dan emendat kif ġej:
1. |
il-punt 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
2. |
il-punti li ġejjin huma mdaħħla:
|
3. |
il-punt li ġej huwa mdaħħal:
|
4. |
il-punti li ġejjin huma miżjuda:
|