Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R1293

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1293/2008 tat- 18 ta' Diċembru 2008 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 (Levucell SC20 u Levucell SC10 ME) bħala addittiv fl-għalf (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 340, 19.12.2008, p. 38–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 24/02/2020; Imħassar b' 32020R0149

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1293/oj

    19.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 340/38


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1293/2008

    tat-18 ta' Diċembru 2008

    li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 (Levucell SC20 u Levucell SC10 ME) bħala addittiv fl-għalf

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni.

    (2)

    Skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni kif stipulat fl-Anness. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa mill-Artikolu 7(3) ta’ dan ir-Regolament.

    (3)

    L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid tal-preparazzjoni ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 (Levucell SC20, Levucell SC10 ME), bħala addittiv fl-għalf għall-ħrief, biex tiġi kklassifikata fil-kategorija ta’ addittivi “addittivi Żootekniċi”.

    (4)

    L-użu ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 kien awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien għall-baqar li jagħtu l-ħalib u merħliet għat-tismin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1200/2005 (2) u, sat-22 ta’ Marzu 2017, għall-mogħoż u n-nagħaġ li jagħtu l-ħalib mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 226/2007 (3).

    (5)

    Dejta ġdida tressqet bħala sostenn tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-ħrief. L-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza Alimentari (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tas-16 ta’ Lulju 2008 (4) li s-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 (Levucell SC20/Levucell SC10 ME) ma jħallix effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bnedmin jew fuq l-ambjent. Ikkonkludiet ukoll li s-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 (Levucell SC20/Levucell SC10 ME) ma jippreżenta ebda riskju ieħor li, skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ma jippermettix l-awtorizzazzjoni. Skond din l-opinjoni, l-użu ta’ din il-preparazzjoni mhix ta’ periklu għall-ħrief. Din l-opinjoni issostni wkoll li l-preparazzjoni tista’ tipproduċi effett benefiċjali fuq il-piż finali u l-ksib medju ta’ kuljum. L-Awtorità ma tqisx li hemm il-ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf imressaq mill-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (6)

    Il-valutazzjoni ta’ din il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Skond dan, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    (7)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Androulla VASSILIOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

    (2)  ĠU L 195, 27.7.2005, p. 6.

    (3)  ĠU L 64, 2.3.2007, p. 26.

    (4)  Opinjoni Xjentifika tal-Bord dwar l-Addittivi u l-Prodotti jew Sustanzi użati fl-Għalf tal-Annimali (FEEDAP) fuq talba mill-Kummissjoni Ewropea dwar is-sigurtà u l-effikaċja tal-Levucell SC20/Levucell SC10ME, preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae, bħala addittiv fl-għalf għall-ħrief għat-tismin. Il-Ġurnal tal-EFSA (2008) 772, 1-11.


    ANNESS

    Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

    Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

    Addittiv

    (Isem kummerċjali)

    Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

    Speċi jew kategorija tal-annimal

    Età massima

    Kontenut minimu

    Kontenut massimu

    Dispożizzjonijiet oħra

    Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

    CFU/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

    Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana

    “4b1711

    LALLEMAND SAS

    Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 (Levucell SC20, Levucell SC10 ME)

     

    Kompożizzjoni tal-addittiv:

     

    Forma solida:

    Preparazzjoni ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 ta’ ċelloli vijabbli nixfin b’konċentrazzjoni minima garantita ta’ 2 × 1010 CFU/g.

     

    Fil-forma miksija:

    Preparazzjoni ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 ta’ ċelloli vijabbli nixfin b’konċentrazzjoni minima garantita ta’ 1 × 1010 CFU/g

     

    Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

    Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077: 80 % ta’ ċelloli vijabbli nixfin u 14 % ta’ ċelloli mhux vijabbli.

     

    Metodu analitiku (1):

    Metodu għas-sustanzi dilwiti suċċessivi (pure plate method) u identifikazzjoni tal-molekolari (PCR).

    Ħrief

    3,0 × 109

    7,3 × 109

    1.

    Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita ta’ qabel, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista’ jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

    2.

    Fl-għalf kumplementarju, taqbiżx 50 °C bi Levucell SC20 u 80 °C ma’ Levucell SC10ME.

    3.

    Fil-forma miksija, għall-inklużjoni permezz ta’ għalf pelleted biss.

    4.

    Doża rakkomanata: 7,3 × 109 CFU/kg ta’ għalf sħiħ.

    5.

    Jekk il-prodott ikun ittrattat jew imħallat f’ambjent magħluq, huwa rakkomandat li biex jitħallat jintużaw nuċċalijiet tas-sigurtà u maskri tan-nifs, dejjem jekk il-mixers ma jkunux mgħammra b’sistemi tal-exhaust.

    8.1.2019


    (1)  Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives”


    Top