Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0936

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 936/2008 ta’ l- 24 ta’ Settembru 2008 li jikkoreġi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 543/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam mal-istandards għat-tqegħid fis-suq tal-laħam tat-tjur

    ĠU L 257, 25.9.2008, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/936/oj

    25.9.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 257/7


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 936/2008

    ta’ l-24 ta’ Settembru 2008

    li jikkoreġi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 543/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam mal-istandards għat-tqegħid fis-suq tal-laħam tat-tjur

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 121(e) tiegħu flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Sar żball fil-pubblikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 543/2008 (2). Fil-każ tal-qatgħat tat-tjur ippakkjati minn qabel, l-iżball negattiv massimu tollerat għandu jkun l-istess kemm għall-każijiet ta’ piż nominali ta’ bejn 1 100 u 2 400 gramma kif ukoll għall-każijiet fejn jinqabżu l-2 400 gramma.

    (2)

    Għaldaqstant, ir-Reġolament (KE) Nru 543/2008 għandu jiġi emendat.

    (3)

    Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fl-Artikolu 9(9) tar-Regolament (KE) Nru 543/2008, it-tabella tinbidel b’li ġejja:

    (fi grammi)

    “Piż nominali

    Żball negattiv massimu tollerat

    Karkassi

    Qatgħat

    anqas minn 1 100

    25

    25

    1 100 – < 2 400

    50

    50

    2 400 u aktar

    100

    50 ”

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2008.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Settembru 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 157, 17.6.2008, p. 46.


    Top