Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0747

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 747/2008 tat- 30 ta' Lulju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 716/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi tal-Komunità fuq l-istruttura u l-attività ta' l-affiljati barranin, rigward id-definizzjonijiet tal-karatteristiċi u l-implimentazzjoni tar-Rev. 2 tan-NACE Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 202, 31.7.2008, p. 20–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Impliċitament imħassar minn 32019R2152

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/747/oj

    31.7.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 202/20


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 747/2008

    tat-30 ta' Lulju 2008

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 716/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi tal-Komunità fuq l-istruttura u l-attività ta' l-affiljati barranin, rigward id-definizzjonijiet tal-karatteristiċi u l-implimentazzjoni tar-Rev. 2 tan-NACE

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 716/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi tal-Komunità fuq l-istruttura u l-attività ta' l-affiljati barranin (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 716/2007 stabbilixxa qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta' l-istatistiċi tal-Komunità fuq l-istruttura u l-attività ta' l-affiljati barranin.

    (2)

    Huwa neċessarju li wieħed jadatta d-definizzjonijiet għall-karatteristiċi dwar il-varjabbli tar-riċerka u ta' l-iżvilupp għall-modulu komuni għall-istatistiċi fuq l-affiljati barranin residenti fil-pajjiż (inward statistics).

    (3)

    Huwa neċessarju wkoll li wieħed jadatta l-livelli ta' l-analiżi ta' l-attività b'segwitu għar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni statistika ta' l-attivitajiet ekonomiċi tar-Reviżjoni 2 tan-NACE (2).

    (4)

    Ir-Regolament (KE) Nru 716/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

    (5)

    Il-miżuri stipulati f''dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm Statistiku,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 716/2007 huwa emendat kif ġej:

    1.

    It-Taqsima 2 ta' l-Anness I hija sostitwita bit-test stabbilit fl-Anness I ta' dan ir-Regolament;

    2.

    It-tabella tal-livelli 1 u 2 ta' l-analiżi ta' attività li hemm referenza għaliha fl-Anness III hi sostitwita bit-tabella mniżżla fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

    3.

    It-tabella tal-livell 3 ta' l-analiżi ta' attività li hemm referenza għaliha fl-Anness III hi sostitwita bit-tabella mniżżla fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom japplikaw l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 716/2007 kif emendat b'dan ir-Regolament:

    rigward il-livelli 1 u 2, mill-1 ta' Jannar 2010 (għas-sena ta' referenza 2010 u s-snin ta' wara);

    rigward il-livell 3, mill-1 ta' Jannar 2008 (għas-sena ta' referenza 2008 u s-snin ta' wara);

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Lulju 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Joaquín ALMUNIA

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 171, 29.6.2007, p. 17.

    (2)  ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 295/2008 (ĠU L 97, 9.4.2008, p. 13).


    ANNESS I

    “TAQSIMA 2

    Karatteristiċi

    Il-karatteristiċi li ġejjin, kif definiti fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2700/98 tas-17 ta’ Diċembru 1998 dwar id-definizzjonijiet ta' karatteristiċi għall-istatistika strutturali dwar il-kummerċ (1) għandhom jiġu kkumpilati:

    Kodiċi

    Titolu

    11 11 0

    In-numru ta' intrapriżi

    12 11 0

    Il-fatturat

    12 12 0

    Il-valur tal-produzzjoni

    12 15 0

    Il-valur miżjud fl-ispiża tal-fattur

    13 11 0

    Ix-xiri totali ta' beni u servizzi

    13 12 0

    Ix-xiri ta' beni u servizzi mixtrija sabiex jerġu jinbiegħu fl-istess kundizzjoni li ġew irċevuti

    13 31 0

    L-ispejjeż tal-persunal

    15 11 0

    L-investiment gross f'beni tanġibbli

    16 11 0

    In-numru ta' persuni li għandhom impjieg

    Il-karatteristiċi li ġejjin għandhom ikunu kkumpilati wkoll mill-Istati Membri għas-sena ta' referenza 2009 u għas-snin ta' wara:

    Kodiċi

    Titolu u definizzjoni

    22 11 0

    In-nefqa totali ta' R&Ż (Riċerka u Żvilupp) intra-muros  (*)

    Ir-riċerka u l-iżvilupp sperimentali jinvolvu xogħol kreattiv magħmul fuq bażi sistematika sabiex jiżdied l-għarfien, inkluż l-għarfien tal-bniedem, tal-kultura u tas-soċjetà, u l-użu ta' dan l-għarfien sabiex jinħolqu applikazzjonijiet ġodda.

    In-nefqiet intra-muros huma dawk in-nefqiet kollha ta' R&Ż (Riċerka u Żvilupp) magħmula ġo l-unità stess, irrispettivament minn fejn ġejjin il-fondi.

    In-nefqiet ta' R&Ż għandhom jiġu distinti min-nefqiet ta' firxa vasta ta' attivitajiet relatati. Dawn li ġejjin huma għalhekk esklużi min-nefqa ta' R&Ż:

    l-infiq fuq l-edukazzjoni u t-taħriġ,

    l-infiq fuq attivitajiet xjentifiċi u teknologiċi oħrajn (e.ż. servizzi ta' informazzjoni, ittestjar u standardizzazzjoni, studji dwar il-fattibbiltà, eċċ.),

    l-infiq fuq attivitajiet industrijali oħra (e.ż. innovazzjonijiet industrijali n.e.s.),

    l-infiq fuq attivitajiet purament finanzjarji (attivitajiet ta' amministrazzjoni oħra u attivitajiet ta' appoġġ indirett huma inklużi).

    In-nefqa ta' riċerka u żvilupp tista', skond il-każ tal-liġijiet nazzjonali, tiġi rreġistrata f'waħda minn dawn it-tliet postijiet: ċaqliq fl-assi mhux tanġibbli, ċaqliq fl-assi tanġibbli jew fin-nefqa operattiva.

    Jekk, taħt il-liġi nazzjonali, in-nefqa tista' tiġi parzjalment jew kollha kemm hi kapitalizzata, din tiġi inkluża fiċ-ċaqliq ta' l-assi mhux tanġibbli inkluż fil-kontijiet tal-kumpanija taħt L-assi fissi – L-assi intanġibbli – spejjeż ta' riċerka u żvilupp.

    Jekk taħt il-liġi nazzjonali hija biss parzjalment kapitalizzata jew għal kollox mhux kapitalizzata, in-nefqa kurrenti hija parti mill-Materja prima u oġġetti li jiġu kkunsmati, tariffi oħrajn esterni, spejjeż tal-ħaddiema u spejjeż operattivi oħra u n-nefqa kapitali tiġi inkluża fiċ-ċaqliq ta' l-assi tanġibbli imsemmija fil-kontijiet tal-kumpanija taħt l-Assi Fissi – assi tanġibbli.

    22 12 0

    Numru totali ta' persunal tar-R&Ż (*)

    Ir-riċerka u l-iżvilupp sperimentali jinvolvu xogħol kreattiv magħmul fuq bażi sistematika sabiex jiżdied l-għarfien, inkluż l-għarfien tal-bniedem, tal-kultura u tas-soċjetà, u l-użu ta' dan l-għarfien sabiex jinħolqu applikazzjonijiet ġodda.

    Għandhom jiġu magħduda l-persuni kollha impjegati direttament fuq ir-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż), kif ukoll dawk illi jipprovdu servizzi diretti, bħal managers tar-R&Ż, amministraturi u staff klerikali. Dawk il-persuni li jipprovdu servizz indirett, bħall-ħaddiema tal-kantin jew tas-sigurtà, għandhom jiġu esklużi, avolja l-pagi u s-salarji tagħhom huma inklużi bħala spejjeż ġenerali fil-kalkolu tan-nefqa.

    Il-persunal tar-R&Ż għandu jiġi distint mill-persunal inkarigat minn firxa wiesgħa ta' attivitajiet relatati. Għalhekk, dawn li ġejjin ma jagħmlux mal-persunal tar-R&Ż:

    Il-persunal impjegat fl-edukazzjoni u t-taħriġ,

    Il-persunal impjegat f'attivitajiet xjentifiċi u teknologiċi oħrajn (e.ż. servizzi ta' informazzjoni, ittestjar u standardizzazzjoni, studji dwar il-fattibbiltà, eċċ.),

    Il-persunal impjegat f'attivitajiet industrijali oħra (e.ż. innovazzjonijiet industrijali n.e.s.),

    Il-persunal impjegat fl-amministrazzjoni u f'attivitajiet oħra ta' sapport indirett.

    Rabta mal-kontijiet tal-kumpanija

    In-numru totali ta' persunal ta' riċerka u żvilupp ma jistax jiġi iżolat fil-kontijiet tal-kumpanija. Dan jagħmel parti min-numru ta' persuni impjegati li jitniżżel fin-noti fil-kontijiet tal-kumpanija (l-Artikolu 43(8)).

    Rabta ma' varjabbli oħra

    Parti min-numru ta' persuni impjegati (16 11 0 ).

    Jekk in-numru ta' persuni li għandom impjieg mhux disponibbli, minflok għandu jiġi kkumpilat in-numru ta' l-impjegati (kodiċi 16 13 0).

    Il-karatteristiċi ‘infiq totali intra-muros tar-R&Ż’ (kodiċi 22 11 0) u ‘in-numru totali ta' persunal tar-R&Ż’ (kodiċi 22 12 0) iridu jiġu kkumpilati biss f'każi ta' attivitajiet fit-taqsimiet B, C, D, E u F tan-NACE. Sas-sena ta' referenza 2009, l-Istati Membri se jikkumpilaw dawn il-karatteristiċi kif definiti fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2700/98 tas-17 ta’ Diċembru 1998.

    Għat-taqsima K tan-NACE, in-numru ta' intrapriżi, il-fatturat (2) u n-numru tal-persuni li għandhom impjieg (jew in-numru ta' l-impjegati) biss għandhom jiġu kkumpilati.


    (1)  ĠU L 344, 18.12.1998, p. 49. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1670/2003 (ĠU L 244, 29.9.2003, p. 74).

    (*)  Il-fatturi varjabbli 22 11 0 u 22 12 0 għandhom ikunu rrappurtati kull sentejn. Jekk l-ammont totali ta’ fatturat jew in-numru ta’ persuni impjegati f’diviżjoni tan-NACE Rev. 2 Taqsimiet B sa F, jirrapreżentaw, fi Stat Membru, anqas minn 1 % tat-total tal-Komunità, l-informazzjoni meħtieġa għall-kompilazzjoni ta’ l-istatistika li tirrigwarda l-karatteristiċi 22 11 0 u 22 12 0 m’għandhiex għalfejn tinġabar għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament.


    ANNESS II

    Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 716/2007, it-tabella tal-livelli 1 u 2 ta' l-analiżi ta' l-attività hija sostitwita b'li ġej:

    “Il-livelli 1 u 2 ta' l-analiżi ta' l-attività għall-istatistiċi ta' l-affiljati barranin residenti barra ’l pajjiż

    Livell 1

    Livell 2

    Rev. 2 tan-NACE

    ATTIVITÀ TOTALI

    ATTIVITÀ TOTALI

    taqsima B sa S (eskluża l-O)

    MINJIERI U BARRIERI

    MINJIERI U BARRIERI

    taqsima B

    L-estrazzjoni ta' żejt mhux raffinat, gass naturali u attivitajiet ta' servizzi ta' sapport marbuta mal-minjieri

    div 06, 09

    MANIFATTURA

    MANIFATTURA

    taqsima C

    Prodotti ta' l-ikel, xorb u tabakk

    div 10, 11, 12

    TOTAL ta' attivitajiet ta' tessuti u ta' injam

    div 13, 14, 16, 17, 18

    Tessuti u oġġetti li jintlibsu

    div 13, 14

    Injam, karta, stampar u riproduzzjoni

    div 16, 17, 18

    Żejt mhux raffinat, kimiċi, prodotti farmaċewtiċi, prodotti tal-gomma u tal-plastik

    TOTAL ta' żejt mhux raffinat, kimiċi, prodotti farmaċewtiċi, prodotti tal-gomma u tal-plastik

    div 19, 20, 21, 22

    Prodotti mill-kokk u miż-żejt raffinat

    div 19

    Kimiċi u prodotti kimiċi

    div 20

    Prodotti mill-gomma u mill-plastik

    div 22

    TOTAL ta' prodotti tal-metall u tal-makkinarju

    div 24, 25, 26, 28

    Metalli bażiċi u prodotti ta' metall iffabbrikat

    div 24, 25

    Prodotti tal-kompjuter, dawk elettroniċi u ottiċi

    Prodotti tal-kompjuter, dawk elettroniċi u ottiċi

    div 26

    Makkinarju u tagħmir n.e.c.

    div 28

    Vetturi, tagħmir ta' trasport ieħor

    TOTAL ta' vetturi & tagħmir ta' trasport ieħor

    div 29, 30

    Vetturi bil-mutur, trejlers jew semi-trejlers

    div 29

    Tagħmir ta' trasport ieħor

    div 30

    TOTAL ta' manifattura oħra

    div 15, 23, 27, 31, 32, 33

    PROVVISTA TA' ELETTRIKU, GASS, FWAR U ARJA KKUNDIZZJONATA

    PROVVISTA TA' ELETTRIKU, GASS, STIM U ARJA KKUNDIZZJONATA

    taqsima D

    PROVVISTA TA' L-ILMA; SISTEMA TA' DRENAĠĠI, IMMANIĠĠAR TA' L-ISKART U ATTIVITAJIET TA' RIMEDJAZZJONI

    PROVVISTA TA' L-ILMA; SISTEMA TA' DRENAĠĠI, IMMANIĠĠAR TA' L-ISKART U ATTIVITAJIET TA' RIMEDJAZZJONI

    taqsima E

    Il-ġbir, it-trattament u l-provvista ta' l-ilma

    div 36

    Sistema ta' drenaġġi, immaniġġar ta' l-iskart u attivitajiet ta' rimedjazzjoni

    div 37, 38, 39

    KOSTRUZZJONI

    KOSTRUZZJONI

    taqsima F

    TOTAL TA' SERVIZZI

    TOTAL TA' SERVIZZI

    taqsima G, H, I, J, K, L, M, N, P, Q, R, S

    KUMMERĊ BL-INGROSSA U BL-IMNUT TISWIJA TA' VETTURI BIL-MUTUR U TA' MUTURI

    KUMMERĊ BL-INGROSSA U BL-IMNUT; TISWIJA TA' VETTURI BIL-MUTUR U TA' MUTURI

    taqsima G

    Kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut u tiswija ta' vetturi bil-mutur u ta' muturi

    div 45

    Kummerċ bl-ingrossa, ħlief għall-vetturi bil-mutur u muturi

    div 46

    Kummerċ bl-imnut, ħlief għall-vetturi bil-mutur u muturi

    div 47

    TRASPORTAZZJONI U ĦŻIN TAL-MERKANZIJA

    TRASPORTAZZJONI U ĦŻIN TAL-MERKANZIJA

    taqsima H

    TOTAL ta' trasport u ħżin tal-merkanzija

    div 49, 50, 51, 52

    Trasport minn fuq l-art u trasport minn ġol-katusi

    div 49

    Trasport fuq l-ilma

    div 50

    Trasport bl-ajru

    div 51

    Il-ħżin tal-merkanzija u attivatijiet ta' sapport għat-trasportazzjoni

    div 52

    Attivitajiet ta' posta u dawk ta' kurjer

    div 53

    AKKOMODAZZJONI U ATTIVITAJIET TA' SERVIZZ TA' IKEL

    AKKOMODAZZJONI U ATTIVITAJIET TA' SERVIZZ TA' IKEL

    taqsima I

    INFORMAZZJONI U KOMUNIKAZZJONI

    INFORMAZZJONI U KOMUNIKAZZJONI

    taqsima J

    Attivitajiet ċinematografiċi, ta' vidjo, produzzjoni ta' programmi għat-televixin u attivitajiet ta' divertiment oħrajn

    div 59, 60

    Telekomunikazzjoni

    div 61

    Attivitajiet oħra ta' informazzjoni u komunikazzjoni

    div 58, 62, 63

    ATTIVITAJIET FINANZJARJI U TA' L-ASSIGURAZZJONI

    ATTIVITAJIET FINANZJARJI U TA' L-ASSIGURAZZJONI

    taqsima K

    Intermedjazzjoni finanzjarja, ħlief il-fondi ġejjin mill-assigurazzjoni jew mill-pensjoni

    div 64

    Attivitajiet ta' kumpaniji possedenti

    grupp 64.2

    Assigurazzjoni, fondi ġejjin minn assigurazzjoni fuq oħra u minn pensjoni, ħlief għas-sigurtà soċjali obbligatorja

    div 65

    Attivitajiet finanzjarji oħra

    div 66

    ATTIVITAJIET TA' PROPJETÀ TA' BENI IMMOBBLI

    taqsima L

    ATTIVITAJIET PROFESSJONALI, XJENTIFIĊI U TEKNIĊI

    ATTIVITAJIET PROFESSJONALI, XJENTIFIĊI U TEKNIĊI

    taqsima M

    Attivitajiet legali u dawk marbuta mal-kontabilità

    div 69

    Attivitajiet legali

    grupp 69.1

    Attivitajiet marbuta mal-kontabilità, maż-żamma tal-kotba u mal-verifika; konsulenza dwar it-taxxa

    grupp 69.2

    Attivitajiet tal-kwartieri ġenerali; attivitajiet ta' konsulenza maniġerjali

    div 70

    Attivitajiet tal-kwartieri ġenerali;

    grupp 70.1

    Attivitajiet ta' konsulenza maniġerjali

    grupp 70.2

    Attivitajiet ta' arkitettura u ta' inġinerija ittestjar u analiżi tekniċi

    div 71

    Riċerka xjentifika u żvilupp

    Riċerka xjentifika u żvilupp

    div 72

    Reklamar u analiżi tas-suq

    div 73

    Reklamar

    grupp 73.1

    Analiżi tas-suq u stħarriġ ta' l-opinjoni pubblika

    grupp 73.2

    Attivitajiet oħra professjonali, kemm xjentifiċi kif ukoll tekniċi, u attivitajiet veterinarji

    div 74, 75

    ATTIVITAJIET AMMINISTRATTIVI U DAWK MARBUTA MA' SERVIZZI TA' SAPPORT

    taqsima N

    Attivitajiet ta' kiri u ta' kiri fit-tul

    div 77

    Attivitajiet amministrattivi oħra u dawk marbuta ma' servizzi ta' sapport

    div 78, 79, 80, 81, 82

    EDUKAZZJONI

    taqsima P

    ATTIVITAJIET TA' SAĦĦA UMANA U TA' ĦIDMA SOĊJALI

    taqsima Q

    ARTI, DIVERTIMENT U RIKREAZZJONI

    ARTI, DIVERTIMENT U RIKREAZZJONI

    taqsima R

    Attivitajiet kreattivi, marbuta ma' l-arti u mad-divertiment

    div 90

    Libreriji, arkivji, mużewijiet u attivitajiet kulturali oħra

    div 91

    Attivitajiet ta' sport u oħrajn marbuta ma' rikreazzjoni; attivitajiet tal-logħob tal-flus u l-imħatri

    div 92, 93

    ATTIVITAJIET TA' SERVIZZI OĦRA

    taqsima S

    Attivitajiet ta' organizzazzjonijiet ta' sħubija

    div 94

    Tiswija ta' kompjuters u ta' oġġetti personali u tad-dar, attivitajiet oħra ta' servizz personali

    div 95, 96

    Mhux allokati”

     


    ANNESS III

    Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 716/2007, it-tabella ta' l-analiżi ta' l-attività tal-livell 3 hi sostitwita b'li ġej:

    “Analiżi ta' l-attività tal-livell 3 għall-affiljati barranin residenti fil-pajjiż

    Livell 3 (Rev. 2 tan-NACE)

    Intestatura

    Il-livell ta' dettall mitlub

    Ekonomija tan-negozju

    Taqsimiet B sa N, ħlief il-K

    MINJIERI U BARRIERI

    Taqsima B

    MANIFATTURA

    Taqsima C

    Id-diviżjonijiet kollha minn 10 sa 33

    PROVVISTA TA' ELETTRIKU, GASS, STIM U ARJA KKUNDIZZJONATA

    Taqsima D

    Diviżjoni 35

    PROVVISTA TA' L-ILMA, SISTEMA TA’ DRENAĠĠI, IMMANIĠĠAR TA’ L-ISKART U ATTIVITAJIET TA’ RIMEDJAZZJONI

    Taqsima E

    Id-diviżjonijiet kollha minn 36 sa 39

    KOSTRUZZJONI

    Taqsima F

    Id-diviżjonijiet kollha minn 41 sa 43

    Il-gruppi 41.1 u 41.2, 42.1 sa 42.9, 43.1 sa 43.9

    NEGOZJU BL-INGROSSA U BL-IMNUT; TISWIJA TA' VETTURI BIL-MUTUR U MUTURI

    Taqsima G

    Id-diviżjonijiet kollha minn 45 sa 47

    Il-gruppi 45.1 u 45.2, 46.1 sa 46.9, 47.1 sa 47.9

    TRASPORTAZZJONI U ĦŻIN TAL-MERKANZIJA

    Taqsima H

    Id-diviżjonijiet kollha minn 49 sa 53

    Gruppi 49.1 sa 49.5

    ATTIVITAJIET TA' AKKOMODAZZJONI U TA' SERVIZZI TA' L-IKEL

    Taqsima I

    Id-diviżjonijiet kollha minn 55 sa 56

    Il-gruppi 55.1 sa 55.9, 56.1 sa 56.3

    INFORMAZZJONI U KOMUNIKAZZJONI

    Taqsima J

    Id-diviżjonijiet kollha minn 58 sa 63

    Gruppi 58.1, 58.2, 63.1, 63.9

    ATTIVITAJIET FINANZJARJI U TA' L-ASSIGURAZZJONI

    Taqsima K

    Id-diviżjonijiet kollha minn 64 sa 66

    ATTIVITAJIET TA’ PROPRJETÀ TA’ BENI IMMOBBLI

    Taqsima L

    Diviżjoni 68

    ATTIVITAJIET PROFESSJONALI, XJENTIFIĊI U TEKNIĊI

    Taqsima M

    Id-diviżjonijiet kollha minn 69 sa 75

    ATTIVITAJIET AMMINISTRATTIVI U TA' SERVIZZI TA' SAPPORT

    Taqsima N

    Id-diviżjonijiet kollha minn 77 sa 82

    Gruppi 77.1 sa 77.4”


    Top