This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R0629
Commission Regulation (EC) No 629/2008 of 2 July 2008 amending Regulation (EC) No 1881/2006 setting maximum levels for certain contaminants in foodstuffs (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 629/2008 tat- 2 ta’ Lulju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 li jiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta’ l-ikel Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 629/2008 tat- 2 ta’ Lulju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 li jiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta’ l-ikel Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 173, 3.7.2008, p. 6–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 24/05/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R0915
3.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 173/6 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 629/2008
tat-2 ta’ Lulju 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 li jiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta’ l-ikel
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 2(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (2) jiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-ikel, fosthom livelli massimi għall-metalli, ċomb, kadmju u merkurju. |
(2) |
Huwa essenzjali, sabiex tkun protetta s-saħħa pubblika, li l-kontaminanti jinżammu f'livelli li ma joħolqux inkwiet għas-saħħa. Il-livelli massimi għaċ-ċomb, il-kadmju u l-merkurju għandhom ikunu sikuri u baxxi kemm jista' jkun raġonevolment possibbli bbażati fuq prattiċi tajbin fil-manifattura u fl-agrikoltura/sajd. |
(3) |
Fuq il-bażi ta’ informazzjoni ġdida, prattiċi tajbin fl-agrikoltura u s-sajd ma jippermettux li jinżammu livelli ta’ ċomb, kadmju u merkurju f'ċerti speċi akwatiċi u fungi daqstant baxxi kif mitlub fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006. Huwa għalhekk meħtieġ li jkunu riveduti l-livelli massimi ffissati għal dawn il-kontaminanti filwaqt li jinżamm livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-konsumatur. |
(4) |
Livelli għolja ta’ ċomb, kadmju u merkurju nstabu f'ċerti supplimenti ta’ l-ikel kif deskritti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-10 ta’ Ġunju 2002 (3) dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar is-supplimenti ta’ l-ikel u li kienu notifikati permezz tas-Sistema ta’ Allarm Rapidu għall-Ikel u l-Għalf (Rapid Alert System for Food and Feed, RASFF). Ġie ppruvat li dawn is-supplimenti ta’ l-ikel jistgħu jikkontribwixxu b'mod sinifikattiv biex il-bniedem ikun espost għaċ-ċomb, il-kadmju u l-merkurju. Sabiex tkun protetta s-saħħa pubblika, huwa għalhekk xieraq li jkunu ffissati l-livelli massimi għaċ-ċomb, il-kadmju u l-merkurju f'supplimenti ta’ l-ikel. Dawn il-livelli massimi għandhom ikunu sikuri u baxxi kemm huwa raġonevolment possibbli ibbażati fuq prattiċi tajbin ta’ manifattura. |
(5) |
L-alka tal-baħar takkumula l-kadmju b'mod naturali. Supplimenti ta’ l-ikel li jikkonsistu esklussivament jew prinċipalment f'alka tal-baħar imnixxfa jew fi prodotti ġejjin mill-alka tal-baħar jista' għalhekk ikollhom livelli aktar għolja ta’ kadmju minn supplimenti oħra ta’ l-ikel. Biex jingħata kas ta’ dan, huwa meħtieġ livell massimu ogħla għall-kadmju għal supplimenti ta’ l-ikel li jikkonsistu esklussivament jew prinċipalment f'alka tal-baħar. |
(6) |
L-Istati Membri u l-operaturi fin-negozju ta’ l-ikel għandhom jingħataw żmien biex jadottaw għal-livelli massimi ġodda għal supplimenti ta’ l-ikel. L-applikazzjoni tal-livelli massimi għal supplimenti ta’ l-ikel għandha għalhekk tkun differita. |
(7) |
Emenda għan-nota 1 ta’ qiegħ il-paġna ta’ l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 hija meħtieġa biex tiċċara li l-livell massimu għall-frott ma japplikax għal ġewż tas-siġar. |
(8) |
Kienu introdotti rakkomandazzjonijiet ġodda ta’ sorveljanza bir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2007/196/KE tat-28 ta’ Marzu 2007 dwar is-sorveljanza tal-preżenza tal-furan fil-prodotti ta’ l-ikel (4) u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2007/331/KE tat-3 ta’ Mejju 2007 dwar il-monitoraġġ tal-livelli ta’ acrylamide fl-ikel (5). Id-dispożizzjonijiet dwar is-sorveljanza u r-rappurtar fir-Regolament 1881/2006 għalhekk jeħtieġ li jkunu kompluti b'referenzi għal dawk ir-Rakkomandazzjonijiet il-ġodda. L-eżerċizzju ta’ sorveljanza fuq idrokarburi aromatiċi poliċikliċi mniżżla fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2005/108/KE (6) kien iffinalizzat. Għalhekk, ir-referenza għal dik ir-Rakkomandazzjoni tas-sorveljanza tista' titħassar. |
(9) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
(10) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 9, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej: “3. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw is-sejbiet lill-Kummissjoni dwar l-aflatossini, dijossini, PCBs li jixbħu lid-dijossini, PCBs li ma jixbħux lid-dijossini kif speċifikati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/504/KE (44) u fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2006/794/KE (45). L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-EFSA r-riżultati dwar acrylamide u furan kif speċifikat fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2007/196/KE (46) u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2007/331/KE (47). (44) ĠU L 199, 21.7.2006, p. 21." (45) ĠU L 322, 22.11.2006, p. 24." |
(2) |
L-Anness huwa emendat skond l-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak li fih jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea.
Il-livelli massimi stabbiliti fil-punti 3.1.18, 3.2.19, 3.2.20 u 3.3.3 ta’ l-Anness għandhom japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2009. Huma ma għandhomx japplikaw għal prodotti li jkunu tqiegħdu legalment fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2009. Il-piż tal-prova dwar meta l-prodotti tqiegħdu fis-suq għandu jinġarr mill-operatur tan-negozju ta’ l-ikel.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(2) ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5. Ir-Regolament emendat bir-Regolament (KE) Nru 1126/2007 (ĠU L 255, 29.9.2007, p. 14).
(3) ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/371/KE (Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 330M, 28.11.2006, p. 327).
(4) ĠU L 88, 29.3.2007, p. 56, Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 219M, 24.8.2007, p. 416.
(5) ĠU L 123, 12.5.2007, p. 33.
(6) ĠU L 34, 8.2.2005, p. 43. Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 272M, 18.10.2005, p. 69.
ANNESS
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 hu emendat kif ġej:
(1) |
Fis-Sottotaqsima 3.1 (Ċomb), il-punt 3.1.11 huwa mibdul b’li ġej u jiżdied il-punt ġdid 3.1.18:
|
(2) |
Is-sottotaqsima 3.2. (Kadmju) hija mibdula b’li ġej:
|
(3) |
Fis-Sottotaqsima 3.3 (Merkurju), il-punt 3.3.2 huwa mibdul b’li ġej u jiżdied il-punt ġdid 3.3.3:
|
(4) |
Fin-nota ta’ qigħ il-paġna (1) hija miżjuda s-sentenza li ġejja: “Ġewż tas-siġar mhumiex koperti mil-livell massimu għall-frott.” |
(5) |
Nota ta’ qiegħ il-paġna (8) hija mibdula b’li ġej:
|
(*) Il-livell massimu japplika għas-supplimenti ta’ l-ikel kif jinbiegħu.”
(**) Il-livell massimu japplika għas-supplimenti ta’ l-ikel kif jinbiegħu.”
(***) Il-livell massimu japplika għas-supplimenti ta’ l-ikel kif mibjugħa.”