EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0580

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 580/2008 tat- 18 ta’ Ġunju 2008 li jemenda għas-96 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

ĠU L 161, 20.6.2008, p. 25–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/580/oj

20.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 161/25


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 580/2008

tat-18 ta’ Ġunju 2008

li jemenda għas-96 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban ta’ l-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 7(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mis-sekwestrar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skond dak ir-Regolament.

(2)

Fl-4 ta' Ġunju 2008, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda l-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi. L-Anness I għandu għalhekk ikun emendat.

(3)

Biex jiġi garantit li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Eneko LANDÁBURU

Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 400/2008 (ĠU L 118, 6.5.2008, p. 14).


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

Taħt l-intestatura “Persuni legali, gruppi u entitajiet” għandu jidħol dan li ġej:

“Moviment Rajah Solaiman (alias (a) Moviment Iżlamiku Rajah Solaiman, (b) Moviment Rivoluzzjonarju Rajah Solaiman). Indirizz: (a) Barangay Mal-Ong, Anda, Provinċja ta' Pangasinan, il-Filippini; (b) Sitio Dueg, Barangay Maasin, San Clemente, Provinċja ta' Tarlac, il-Filippini; (c) Number 50, Purdue Street, Cubao, Quezon City, il-Filippini. Tagħrif ieħor: (a) Kellu l-uffiċċju tiegħu fil-Fi-Sabilillah Da'awa and Media Foundation Incorporated f'numru 50, Purdue Streer, Cubao, Quezon City, li hija wkoll ir-reżidenza tal-fundatur ta' l-entità, Hilarion Del Rosario Santos III; (b) Assoċjat mal-Grupp Abu Sayyaf u ma' Jemaah Islamiyah, inkluż f'taħriġ dwar l-isplussivi u appoġġ ieħor għal attakki terroristiċi fil-Filippini fl-2004 u fl-2005; (c) Irċieva fondi mill-fergħat ta' l-International Islamic Relief Organisation, il-Filippini, permezz ta' Khadafi Abubakar Janjalani.”

(2)

L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu miżjuda taħt l-intestatura “Persuni naturali”:

“(a)

Ricardo Perez Ayeras (alias (a) Abdul Kareem Ayeras, (b) Abdul Karim Ayeras, (c) Ricky Ayeras, (d) Jimboy, (e) Isaac Jay Galang Perez, (f) Abdul Mujib). Indirizz: (a) Barangay Mangayao, Tagkawayan, Quezon, il-Filippini; (b) Barangay Tigib, Ayungon, Negros Oriental, il-Filippini; (c) Bindoy, Negros Oriental, il-Filippini, (l-indirizz ta' qabel); (d) 24 Paraiso Street, Barangay Poblacion, Mandaluyong City, il-Filippini, (l-indirizz ta' qabel); (e) Msu Compound, Marawi City, il-Filippini, (l-indirizz ta' qabel). Data tat-twelid:15.9.1973. Post tat-twelid: 24 Paraiso Street, Barangay Poblacion, Mandaluyong City, il-Filippini, (l-indirizz ta' qabel); Ċittadinanza: Filippina. Tagħrif ieħor: (a) Membru tal-Moviment Rajah Solaiman; (b) Arrestat mill-awtoritajiet tal-Filippini fid-29.7.2007. Miżmum fil-Filippini minn Ġunju ta' l-2008.

(b)

Pio Abogne De Vera (alias (a) Ismael De Vera, (b) Khalid, (c) Ismael, (d) Ismail, (e) Manex, (f) Tito Art, (g) Dave, (h) Leo). Indirizz: Concepcion, Zaragosa, Nueva Ecija, il-Filippini. Data tat-twelid: 19.12.1969. Post tat-twelid: Bagac, Bagamanok, Catanduanes, il-Filippini. Ċittadinanza: Filippina. Tagħrif ieħor: (a) Membru tal-Moviment Rajah Solaiman; (b) Arrestat mill-awtoritajiet tal-Filippini fil-15.12.2005. Miżmum fil-Filippini minn Ġunju ta' l-2008.

(c)

Redendo Cain Dellosa (alias (a) Abu Ilonggo, (b) Brandon Berusa, (c) Abu Muadz, (d) Arnulfo Alvarado, (e) Habil Ahmad Dellosa, (f) Uthman, (g) Dodong (h) Troy). Indirizz: (a) 3111, Ma. Bautista, Punta, Santa Ana, Manila, il-Filippini; (b) Mataba, Aroroy Masbate, il-Filippini (l-indirizz ta' qabel); (c) Anda, Pangasinan, il-Filippini (l-indirizz ta' qabel); (d) Jolo, Sulu, il-Filippini, (l-indirizz ta' qabel); (e) Pollok, Cotabato, il-Filippini, (l-indirizzi ta' qabel). Data tat-twelid: 15.5.1972. Post tat-twelid: Punta, Santa Ana, Manila, il-Filippini. Ċittadinanza: Filippina. Tagħrif ieħor: (a) Lokalità fejn qiegħed bħalissa (fl-10.12.2007): Manila, il-Filippini. Lokalità fejn kien qabel: Masbate, il-Filippini. (b) Membru tal-Moviment Rajah Solaiman, u għandu rabtiet mal-Grupp Abu Sayyaf; (c) Arrestat mill-awtoritajiet tal-Filippini fit-30.3.2004. Minn Ġunju ta' l-2008 għaddej ġuri fil-Qorti tal-Ġurijiet Reġjonali tal-Filippini, Branch 261, Pasig City.

(d)

Feliciano Semborio Delos Reyes jr (alias (a) Abubakar Abdillah, (b) Abdul Abdillah). Titlu: Ustadz. Indirizz: (a) San Jose, Zamboanga City, il-Filippini (l-indirizz ta' qabel), (b) Siasi, Sulu, il-Filippini (l-indirizz ta' qabel), (c) Santa Barbara, Zamboanga City, il-Filippini (l-indirizz ta' qabel). Data tat-twelid: 4.11.1963. Post tat-twelid: Arco, Lamitan, Basilan, il-Filippini. Ċittadinanza: Filippina. Tagħrif ieħor: (a) Lokalità fejn kien qabel: Arco, Lamitan, il-Filippini. (b) Membru tal-Moviment Rajah Solaiman; (c) Arrestat mill-awtoritajiet tal-Filippini f'Novembru 2006. Miżmum fil-Filippini minn Ġunju ta' l-2008.

(e)

Ruben Pestano Lavilla, JR (alias (a) Reuben Lavilla, (b) Sheik Omar, (c) Mile D Lavilla, (d) Reymund Lavilla, (e) Ramo Lavilla, (f) Mike de Lavilla, (g) Abdullah Muddaris, (h) Ali Omar, (i) Omar Lavilla, (j) Omar Labella, (k) So, (l) Eso, (m) Junjun). Titlu: Sheik. Indirizz: (a) 10th Avenue, Caloocan City, il-Filippini; (b) Sitio Banga Maiti, Barangay Tranghawan, Lambunao, Iloilo, il-Filippini (ta' qabel). Data tat-twelid:4.10.1972. Post tat-twelid: Sitio Banga Maiti, Barangay Tranghawan, Lambunao, Iloilo, il-Filippini. Ċittadinanza: Filippina. Numru tal-Passaport: (a) Numru tal-passaport tal-Filippini MM611523 (2004); (b) Numru tal-passaport tal-Filippini EE947317 (2000-2001); (c) Numru tal-passaport tal-Filippini P421967 (1995-1997); Tagħrif ieħor: (a) Mexxej spiritwali tal-Moviment Rajah Solaiman; Assoċjat ma' Khadafi Abubakar Janjalani u ma' l-uffiċċji ta' l-International Islamic Relief Organisation, il-Filippini; (b) Involut b'mod attiv fl-attivitajiet ta' ffinanzjar u reklutaġġ għall-Moviment Rajah Solaiman; (c) Eks-studenti ta' l-inġinerija kimika (l-Università tal-Filippini, kampus ta' Visazas), u eks-ħaddiema barrani Filippin fis-Sawdi Għarabja; (d) Maħrub minn Ġunju 2008. Hu mifhum li jinsab moħbi x'inkien barra l-Filippini.

(f)

Dinno Amor Rosalejos Pareja (alias (a) Johnny Pareja, (b) Khalil Pareja, (c) Mohammad, (d) Akmad, (e) Mighty, (f) Rash) Indirizz: (a) Atimonan, Quezon Province, il-Filippini, (b) Plaridel Street, Mandaue City, il-Filippini (l-indirizz ta' qabel). Data tat-twelid: 19.7.1981. Post tat-twelid: Cebu City, il-Filippini. Ċittadinanza: Filippina. Tagħrif ieħor: (a) Lokalità (mill-10.12.2007): Cebu City, il-Filippini. Lokalitajiet fejn kien qabel: Anahawan, Leyte, il-Filippini; Sariaya, Quezon, il-Filippini; Dasmarinas, Cavite, il-Filippini; (b) Espert ta' l-isplussivi; (c) Membru tal-Moviment Rajah Solaiman; (d) L-awtorità ġudizzjarja tal-Filippini ħarġitlu mandat ta' arrest fil-5.6.2006. Maħrub minn Ġunju 2008.

(g)

Hilarion Del Rosario Santos III (alias (a) Akmad Santos, (b) Ahmed Islam, (c) Ahmad Islam Santos, (d) Abu Hamsa, (e) Hilarion Santos III, (f) Abu Abdullah Santos, (g) Faisal Santos, (h) Lakay, (i) Aki, (j) Aqi). Titlu: Amir. Indirizz: (a) 50, Purdue Street, Cubao, Quezon City, il-Filippini, (b) 17 Camarilla Street, Murphy, Cubao, Quezon City, il-Filippini (l-indirizz ta' qabel), (c) Barangay Mal-Ong, Anda Pangasinan, il-Filippini (l-indirizz ta' qabel). Data tat-twelid: 12.3.1966. Post tat-twelid: 686 A. Mabini Street, Sangandaan, Caloocan City, il-Filippini. Ċittadinanza: Filippina. Numru tal-Passaport: AA780554 (Passaport tal-Filippini). Tagħrif ieħor: (a) Fundatur u mexxej tal-Moviment Rajah Solaiman, u għandu rabtiet mal-Grupp Abu Sayyaf; Fundatur u sid ta' ‘Fi-Sabilillah Da'awa and Media Foundation Incorporated (FSDMFI)’; (b) Arrestat mill-awtoritajiet tal-Filippini f'Ottubru 2005. Miżmum fil-Filippini minn Ġunju ta' l-2008.

(h)

Angelo Ramirez Trinidad (alias (a) Calib Trinidad, (b) Kalib Trinidad, (c) Abdul Khalil, (d) Abdukahlil, (e) Abu Khalil, (f) Anis). Indirizz:3111, Ma. Bautista, Punta, Santa Ana, Manila, il-Filippini; Data tat-twelid: 20.3.1978. Post tat-twelid: Gattaran, Cagayan Province, il-Filippini. Ċittadinanza: Filippina. Tagħrif ieħor: (a) Marki li bihom jingħaraf huma marki ta' feriti f'saqajh it-tnejn; (b) Membru tal-Moviment Rajah Solaiman, u għandu rabtiet mal-Grupp Abu Sayyaf u mal-Jemaah Islamiyah; (c) Speċjalist ta' kif isiru l-bombi involut fil-manifattura u l-użu ta' strumenti splussivi improvvizzati użat f'attakki terroristiċi fl-2004 u fl-2005 fil-Filippini. Responsabbli wkoll għall-kisba ta' armi u munizzjon għal ċelloli oħra tal-Moviment Solaiman Rajah u tal-Grupp Abu Sayyaf; (d) Arrestat mill-awtoritajiet tal-Filippini fit-22.2.2005, u misjub ħati tad-delitt ta' omoċidju multiplu f'Ottubru 2005. Miżmum fil-Filippini minn Ġunju ta' l-2008.”


Top