Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0467

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 467/2008 tat- 28 ta’ Mejju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti ta’ l-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa

    ĠU L 139, 29.5.2008, p. 12–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Impliċitament imħassar minn 32020R0760

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/467/oj

    29.5.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 139/12


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 467/2008

    tat-28 ta’ Mejju 2008

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti ta’ l-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewopea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 26(3) u l-Artikolu 29(1) tieghu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 55/2008 tal-21 ta’ Jannar 2008 li jintroduċi preferenzi awtonomi għall-kummerċ għar-Repubblika tal-Moldova li jimmodifika r-Regolament (KE) Nru 980/2005 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/94/KE (2) jipprovdi dwar kwota għall-prodotti tal-ħalib. Dik il-kwota tariffarja għandha tkun amministrata skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 (3).

    (2)

    L-Artikolu 26 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 ta' l-20 ta' Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehimiet li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika (4) ħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2286/2002 ta' l-10 ta' Diċembru 2002 dwar l-arranġamenti applikabbli għal prodotti u oġġetti agrikoli li jirriżultaw mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli li joriġinaw fl-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (Stati AKP) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1706/98 (5). Għandhom isiru adattamenti rilevanti fir-Regolament (KE) Nru 2535/2001.

    (3)

    Il-Ftehim għall-Kummerċ, Żvilupp u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq parti minnhom, u r-Repubblika ta' l-Afrika t'Isfel, fil-parti l-oħra, approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/441/KE (6) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2004. Dak il-Ftehim jipprovdi dwar kwoti tal-ġobon li ż-żewġ partijiet għandhom jiftħuhom fuq bażi annwali. Fil-kuntest tan-negozjati dwar il-liberalizzazzjoni aċċelerata tal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea u l-Afrika t'Isfel, intlaħaq qbil li l-kwoti tal-ġobon taż-żewġ partijiet għandhom ikunu amministrati abbażi ta' l-ordni tat-tressiq ta' l-applikazzjonijiet, skond l-Artikoli 308a sa 308c(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi Kodiċi Doganali Komuni (7).

    (4)

    Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

    (5)

    Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-punti (c) u (e) għandhom jitħassru;

    (b)

    għandu jiżdied il-punt (j) li ġej:

    “(j)

    il-kwota Nru 09.4210 ipprovduta fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 55/2008 (*)

    (*)  ĠU L 20, 24.1.2008, p. 1.”"

    (2)

    Il-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 13 għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “2.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji għandhom jirrigwardaw talanqas 10 tunnellati u mhux aktar mill-kwantità disponibbli skond il-kwota tal-perjodu ta' sitt xhur kif imsemmi fl-Artikolu 6.

    Madankollu, fil-każ tal-kwoti msemmija fl-Artikolu 5(a), l-applikazzjonijiet għal-liċenzji għandhom jirrigwardaw mhux aktar min 10 % tal-kwantità disponibbli.”

    (3)

    L-Artikolu 19 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-punti (b) u (d) għandhom jitħassru;

    (b)

    għandu jiżdied il-punt (i) li ġej:

    “(i)

    id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 55/2008.”

    (4)

    L-Artikolu 19a huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “1.   L-Artikoli 308a, 308b u 308c(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandhom japplikaw għall-kwoti li jidhru fl-Anness VIIa u pprovduti fi:

    (a)

    ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 312/2003 (**);

    (b)

    ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 (***);

    (ċ)

    L-Anness IV, Elenku 4 għall-Ftehim għall-Kummerċ, Żvilupp u Kooperazzjoni mar-Repubblika ta' l-Afrika t'Isfel (****).

    (**)  ĠU L 46, 20.2.2003, p. 1."

    (***)  ĠU L 109, 19.4.2001, p. 2."

    (****)  ĠU L 311, 4.12.1999, p. 1.”"

    (b)

    Il-paragrafu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “4.   L-applikazzjoni tar-rata mnaqqsa tad-dazju għandha tkun suġġetta għall-preżentazzjoni ta' prova ta' l-oriġini maħruġa skond:

    (a)

    l-Anness III għall-Ftehim maċ-Ċili,

    (b)

    il-Protokoll 4 għall-Ftehim ma' l-Iżrael;

    (ċ)

    il-Protokoll 1 għall-Ftehim ma' l-Afrika t'Isfel (*****)

    (*****)  ĠU L 311, 4.12.1999, p. 298.”"

    (5)

    Fl-Artikolu 20(1), għandu jitħassar il-punt (a).

    (6)

    Fl-Artikolu 22, għandu jitħassar il-punt (a).

    (7)

    L-Anness I huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Il-Partijiet I.C u I.E għandhom jitħassru;

    (b)

    it-test fl-Anness I għal dan ir-Regolament għandu jiżdied bħala l-Parti I.J.

    (8)

    Fl-Anness II, il-Parti A għandha titħassar.

    (9)

    Fl-Anness VIIa, għandha tiżdied Parti 3, li t-test tagħha jidher fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Ġunju 2008.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Mejju 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1152/2007 (ĠU L 258, 4.10.2007, p. 3). Ir-Regolament (KE) Nru 1255/1999 se jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) b'seħħ mill-1 ta’ Lulju 2008.

    (2)  ĠU L 20, 24.1.2008, p. 1.

    (3)  ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1565/2007 (ĠU L 340, 22.12.2007, p. 37).

    (4)  ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1.

    (5)  ĠU L 348, 21.12.2002, p. 5.

    (6)  ĠU L 127, 29.4.2004, p. 109.

    (7)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6).


    ANNESS I

    “I.J

    KWOTA TARIFFARJA SKOND L-ANNESS I GĦAR-REGOLAMENT (KE) Nru 55/2008

    Numru tal-kwota

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni (1)

    Il-pajjiż ta' l-oriġini

    Is-sena ta' l-importazzjoni

    Kwota annwali mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru

    (f'tunnellati)

    (fil-piż tal-prodotti)

    Dazju ta’ importazzjoni

    (EUR/100 kg piż nett)

    Annwali

    Kull sitt xhur

    09.4210

    0401 to 0406

     

    Moldova

     

     

     

    0

    Prodotti tal-ħalib

    Mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru 2008

     

    1 000

     

    2009

    1 000

    500

     

    2010 to 2012

    1 500

    750


    (1)  Irrispettivament mir-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, jeħtieġ li d-diċitura tad-deskrizzjoni tal-prodotti titqies bħala ta' valur indikattiv biss, minħabba li l-applikabbiltà ta' l-arranġamenti preferenzjali fil-kuntest ta' dan l-Anness hija ddeterminata mill-ambitu tal-kodiċi tan-NM. Fejn ikunu indikati kodiċijiet tan-NM, l-applikabbiltà ta' l-arranġamenti preferenzjali tiġi ddeterminata abbażi tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni li tikkorrispondi għalih, meħudin flimkien.”


    ANNESS II

    “3.   Il-kwoti tariffarji skond l-anness iv għall-ftehim bejn il-komunità ewropea u l-afrika t'isfel

    Numru tal-kwota

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni (1)

    Il-pajjiż ta' l-oriġini

    Is-sena ta' l-importazzjoni

    Kwota annwali mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru

    (f'tunnellati)

    Dazju ta’ importazzjoni

    (EUR/100 kg piż nett)

     

     

    09.1810

    (mill-1 ta’ Lulju 2008)

    0406 10

    0406 20 90

    0406 30

    0406 40 90

    0406 90 01

    0406 90 21

    0406 90 50

    0406 90 69

    0406 90 78

    0406 90 86

    0406 90 87

    0406 90 88

    0406 90 93

    0406 90 99

    Ġobnijiet

    L-Afrika ta’ Isfel

     

     

     

    0

     

    2008

    7 000

     

     

    2009

    7 250

     

     

    2010

    bla limitu

     


    (1)  Irrispettivament mir-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, jeħtieġ li d-diċitura tad-deskrizzjoni tal-prodotti titqies bħala ta' valur indikattiv biss, minħabba li l-applikabbiltà ta' l-arranġamenti preferenzjali fil-kuntest ta' dan l-Anness hija determinata mill-ambitu tal-kodiċi tan-NM. Fejn hemm referenza għall-kodiċijiet tan-NM, l-applikabbiltà ta' l-arranġamenti preferenzjali tiġi ddeterminata abbażi tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni li tikkorrispondi għalih, meħudin flimkien.”


    Top