This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R0295
Regulation (EC) No 295/2008 of the European Parliament and of the Council of 11 March 2008 concerning structural business statistics (recast) (Text with EEA relevance)
Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Marzu 2008 dwar statistika strutturali kummerċjali (formulazzjoni mill-ġdid) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Marzu 2008 dwar statistika strutturali kummerċjali (formulazzjoni mill-ġdid) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 97, 9.4.2008, p. 13–59
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Imħassar b' 32019R2152
9.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 97/13 |
REGOLAMENT (KE) Nru 295/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-11 ta’ Marzu 2008
dwar statistika strutturali kummerċjali
(formulazzjoni mill-ġdid)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 285(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 58/97 ta’ l-20 ta’ Diċembru 1996 dwar l-istatistika (3) strutturali tan-negozji ġie emendat sostanzjalment diversi drabi (4). Peress li qed isiru emendi ġodda għal dan ir-Regolament, huwa xieraq li d-dispożizzjonijiet konċernati jiġu fformulati mill-ġdid minħabba ċ-ċarezza u r-razzjonalizzazzjoni. |
(2) |
Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 58/97 stabbilixxa qafas komuni għall-ġbir, il-kumpilazzjoni, it-trażmissjoni u l-evalwazzjoni ta’ statistika tal-Komunità fuq l-istruttura, l-attività, il-kompetittività u r-rendiment tan-negozji fil-Komunità. |
(3) |
Id-Deċiżjoni Nru 2367/2002/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar il-programm ta’ l-istatistika tal-Komunità 2003 sa 2007 (5) adottat il-programm li kien se jkun immexxi mill-prijoritajiet prinċipali tal-politika Komunitarja ta’ l-unjoni ekonomika u monetarja, it-tkabbir u l-kompettività ta’ l-Unjoni Ewropea, politika reġjunali, żvilupp sostenibbli u aġenda soċjali. L-istatistika dwar l-attività ekonomika ta’ l-intrapriżi jiffurmaw parti essenzjali ta’ dan il-programm. |
(4) |
Dan ir-regolament għandu jipprevedi l-kontinwazzjoni ta’ l-appoġġ eżistenti ta’ l-istatistika għad-deċiżjonijiet fl-oqsma attwali ta’ politika u li jissodisfa l-ħtiġijiet addizzjonali li jinqalgħu minn inizjattivi ġodda ta’ politika Komunitarja, u mir-reviżjoni kontinwa ta’ prijoritajiet ta’ statistika u tar-relevanza ta’ l-istatistika prodotta, bil-ħsieb li jsir l-aqwa użu mir-riżorsi disponibbli u jiġi mminimizzat il-piż tar-rispons. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-impatt fuq in-negozju kkawżat mill-politiki tal-Komunità dwar l-enerġija u dwar l-ambjent, bħal dawk inkorporati mir-Regolament REACH (KE) Nru 1907/2006 (6). Għandhom jiġu inkuraġġiti l-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ l-aħjar prattiki bejn istituti ta’ l-istatistika nazzjonali, sabiex jiġi żgurat użu aktar effiċjenti ta’ sorsi ta’ data amministrattivi. |
(5) |
Hemm dejjem aktar bżonn għal data dwar is-servizzi, b’mod partikolari s-servizzi tan-negozju. L-istatistika hija bżonjuża għall-analiżi ekonomika u l-formulazzjoni tal-politika dwar liema hu l-aktar settur dinamiku ta’ l-ekonomiji moderni, speċjalment f’termini tal-potenzjal tiegħu għall-ħolqien u t-tkabbir ta’ l-impjieg. Il-Kunsill Ewropew ta’ Liżbona tat-23 u ta’ l-24 ta’ Marzu 2000 saħaq dwar l-importanza tas-servizzi. Il-kejl tad-dħul imqassam skond il-prodotti tas-servizz dettaljat huwa prerekwiżit bżonnjuż għal ftehim propju tar-rwol tas-servizzi fl-ekonomija. Il-Kunsill Ewropew ta’ Stokkolma tat-23 u ta’ l-24 ta’ Marzu fl-2001 ikkonkluda li l-ħolqien ta’ swieq internazzjonali għas-servizzi li jaħdmu b’mod effettiv huwa wieħed mill-ogħla prijoritajiet għall-Ewropa. Statistika ta’ prodotti dettaljati ta’ servizzi dwar kummerċ bejn il-pajjiżi huma essenzjali għall-immonitorjar tat-tħaddim ta’ swieq interni għas-servizzi, l-istima tal-kompettittività tas-servizzi u l-analiżi ta’ l-impatt tal-barrieri dwar il-kummerċ fis-servizzi. |
(6) |
Hemm bżonn ta’ data dwar id-demografija tan-negozju, peress li hija element ta’ l-Indikaturi Strutturali, stabbiliti biex jimmonitorjaw is-suċċess li għandu x’jaqsam mal-miri stipulati fl-Istrateġija ta’ Liżbona. Barra minn hekk, data armonizzata dwar id-demografija tan-negozju u dwar l-impatt tagħha fuq l-impjieg huma meħtieġa biex jiġu ssustanzjati r-rakkommandazzjonijiet ta’ politika għall-appoġġ ta’ l-intraprenditorija. |
(7) |
Hemm bżonn ta’ għodda flessibbli fi ħdan il-qafas ta’ l-istatistika li tista’ twassal għal rispons bil-ħeffa u f’waqtu għal bżonnijiet ta’ l-utenti li qed jitfaċċaw u li jirriżultaw minn karatteristiċi dinamiċi, innovattivi u kumplessi ta’ ekonomija bbażata fuq l-għarfien. L-irbit ta’ ġbir ta’ data ad hoc bħal dan mal-ġbir kontinwu ta’ data statistika strutturali tan-negozju jġib valur miżjud ma’ l-informazzjoni miġbura fiż-żewġ stħarriġiet u jista’ jnaqqas il-piż totali fuq dawk li jieħdu sehem billi tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-ġbir ta’ data. |
(8) |
Huwa meħtieġ li tiġi prevista proċedura għall-adozzjoni tal-miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament sabiex ikunu jistgħu jiġu ċċarati aktar ir-regoli għall-ġbir u l-ipproċessar ta’ data u għall-ipproċessar u t-trażmissjoni tar-riżultati. |
(9) |
Il-miżuri meħtieġa biex jiġi implimentat dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri biex jiġu eżerċitati s-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (7). |
(10) |
B’mod partikulari, għandu jingħata l-poter lill-Kummissjoni: li taġġorna l-lista tal-karatteristiċi fl-Annessi; li tistabbilixxi l-frekwenza tal-kumpilazzjoni ta’ l-istatistika, ir-regoli għat-tressiq tad-data bħala “kontribuzzjonijiet lejn totali Ewropej biss” (CETO), l-ewwel sena ta’ referenza għall-kumpilazzjoni ta’ l-istatistika u t-tqassim tar-riżultati fid-dettall u l-klassifikazzjonijiet li għandhom jintużaw u l-kumbinazzjoni tal-klassijiet ta’ daqs; li taġġorna l-perjodi ta’ żmien għat-trażmissjoni tad-data; li tadatta t-tqassim fid-dettall ta’ l-attivitajiet u tal-prodotti għall-emendi jew reviżjonijiet tal-klassifikazzjoni statistika ta’ l-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunita Ewropea (NACE) u tal-klassifikazzjoni tal-prodotti skond l-attivita’ (CPA), li tadotta miżuri fuq il-bażi ta’ l-evalwazzjoni ta’ l-istudji pilota, li tibdel il-limitu l-aktar baxx tal-popolazzjoni ta’ referenza fl-Anness VIII u li tistabbilixxi kriterji għall-evalwazzjoni tal-kwalita’. Peress li dawk il-miżuri huma bi skop ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh permezz taż-żjieda ta’ elementi mhux essenzjali ġodda, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju stipulati fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
(11) |
Peress li l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li tiġi pprovduta data armonizzata dwar l-istruttura, l-attività, il-kompettittività u r-rendiment tan-negozju fil-Komunità, ma jistgħax jinkiseb b’ mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista’ għalhekk jinkiseb aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex jintlaħaq dan l-għan, |
ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas komuni għall-ġbir, il-kumpilazzjoni, it-trażmissjoni u l-evalwazzjoni ta’ statistika tal-Komunità fuq l-istruttura, l-attività, il-kompetittività u r-rendiment tal-kummerċ fil-Komunità.
Il-kumpilazzjoni ta’ l-istatistika għandu jkollha bħala għan, speċjalment, li tanalizza:
(a) |
l-istruttura u l-evoluzzjoni ta’ l-attivitajiet tan-negozji; |
(b) |
il-fatturi tal-produzzjoni użati u l-elementi l-oħrajn li jippermettu li titkejjel l-attività kummerċjali, il-kompetittività u r-riżultati; |
(ċ) |
l-iżvilupp reġjonali, nazzjonali, Komuntarju u internazzjonali tan-negozji u tas-swieq; |
(d) |
it-twettiq tan-negozju; |
(e) |
intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju; |
(f) |
karatteristiċi speċifiċi ta’ l-intrapriżi konnessi ma’ analiżi dettaljata partikulari ta’ attivitajiet. |
Artikolu 2
Kamp ta’ Applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament għandu jkopri l-attivitajiet kollha tas-suq fit-Taqsimiet minn B sa N u minn P sa S tal-klassifikazzjoni ta’ l-istatistika komuni ta’l-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea kif stabbilita mir-Regolament Nru 1893/2006 (minn hawn ‘l quddiem “NACE Rev. 2”).
2. Unitajiet ta’ statistika tat-tipi elenkati fis-Sezzjoni I ta’ l-Anness għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 tal-15 Marzu 1993 dwar l-unitajiet ta’ l-istatistika għall-osservazzjoni u l-analiżi tas-sistema ta’ produzzjoni fil-Komunità (8) li huma kklassifikati taħt waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. L-użu ta’ unitajiet partikulari għall-kumpilazzjoni ta’ statistika hu speċifikat fl-Annessi ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Moduli
1. L-istatistika li għandha tkun ikkumpilata għall-oqsma msemmijin fl-Artikolu 1 għandha titqassam fi gruppi bħala moduli.
2. Il-moduli f’dan ir-Regolament għandhom ikunu:
(a) |
modulu komuni għall-istatistika annwali strutturali, kif iddefinit fl-Anness I; |
(b) |
modulu dettaljat għall-istatistika strutturali fl-industrija, kif iddefinit fl-Anness II; |
(ċ) |
modulu dettaljat għall-istatistika strutturali fil-kummerċ, kif iddefinit fl-Anness III; |
(d) |
modulu dettaljat għall-istatistika strutturali fil-kostruzzjoni, kif iddefinit fl-Anness IV; |
(e) |
modulu dettaljat għall-istatistika strutturali fl-assigurazzjoni, kif iddefinit fl-Anness V; |
(f) |
modulu dettaljat għall-istatistika strutturali dwar istituzzjonijiet ta’ kreditu, kif iddefinit fl-Anness VI; |
(g) |
modulu dettaljat għall-istatistika strutturali dwar il-fondi tal-pensjoni, kif iddefinit fl-Anness VII; |
(h) |
modulu ddettaljat għal statistika strutturali dwar servizzi ta’ negozju kif definit f’Anness VIII; |
(i) |
modulu ddettaljat għal statistika strutturali dwar id-demografija tal-kummerċ, kif iddefinit f’Anness IX; |
(j) |
modulu flessibbli għat-twettiq ta’ ġabra speċifika u limitata ta’ data ad hoc tal-karatteristiċi ta’ intrapriża. |
3. L-informazzjoni li ġejja għandha tkun stipulata f’kull modulu:
(a) |
l-attivitajiet li għalihom għandha tkun ikkumpilata l-istatistika, meħuda mir-rapport indikat fl-Artikolu 2 (1); |
(b) |
it-tipi ta’ l-unità statistika li għandhom jintużaw għall-kumpilazzjoni ta’ l-istatistika, meħuda mill-lista ta’ l-unitajiet ta’ statistika msemmijin fl-Artikolu 2 (2); |
(ċ) |
il-listi tal-karatteristiċi li għalihom għandha tiġi kkumpilata l-istatistika għall-oqsma msemmija fl-Artikolu 1 u l-perjodi ta’ referenza għal dawk il-karatteristiċi; |
(d) |
il-frekwenza tal-kumpilazzjoni ta’ l-istatistika, li għandha tkun ta’ kull sena jewpluriennali. Jekk il-kumpilazzjoni hija pluriennali, għandha ssir għall-anqas darba kull 10 snin; |
(e) |
l-iskeda li turi l-ewwel snin ta’ referenza għall-istatistika li għandha tkun ikkumpilata; |
(f) |
l-istandards konnessi mar-rappreżentattività u l-evalwazzjoni tal-kwalità; |
(g) |
il-perjodu ta’ żmien li fih għandha tintbgħat l-istatistika wara t-tmiem tal-perjodu ta’ referenza; |
(h) |
l-itwal perjodu tranżitorju li jista’ jingħata. |
4. L-użu tal-modulu flessibbli msemmi fil-paragrafu 2(j) tat-tieni paragrafu għandu jkun ippjanat b’koperazzjoni mill-qrib ma’ l-Istati Membri. L-ambitu tiegħu, il-lista ta’ karatteristiċi, il-perjodu ta’ referenza, l-attivitajiet li se jiġu koperti u r-rekwiżiti ta’ kwalità għandhom ikunu deċiżi mill-Kummissjoni skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 12 (2) ta’ l-anqas 12-il xahar qabel il-bidu tal-perjodu ta’ referenza. Il-Kummissjoni għandha wkoll tispeċifika l-ħtieġa għall-informazzjoni u l-impatt tal-ġbir tad-data rigward il-piż fuq il-kummerċ u l-ispejjeż għall-Istati Membri.
Sabiex ikun limitat il-piż fuq in-negozji u l-ispejjeż għall-Istati Membri, il-volum tal-ġbir ta’ data għandu jkun ristrett għal massimu ta’ 20 karatteristika ta’ l-intrapriżi jew mistoqsija magħmula lilhom, massimu ta’ 25 000 intrapriża li tirrispondi għall-ġbir tad-data madwar l-Unjoni Ewropea kollha, sforz medju massimu ta’ rispons individwali ta’ 1,5 siegħat. Il-ġbir ad hoc tad-data għandu jinkludi numru rappreżentattiv ta’ Stati Membri. Meta jkunu meħtieġa riżultati f’livell Ewropew biss, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi approċċ Ewropew għall-eżami ta’ kampjuni biex ikun assigurat li jkun hemm piż u spejjeż minimi.
L-ispejjeż tal-ġbir ta’ data ad hoc jistgħu jkunu kkofinanzjati mill-Kummissjoni bl-użu ta’ proċeduri stabbiliti.
Artikolu 4
Studji pilota
1. Serje ta’ studji pilota għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni u mwettqa mill-Istati Membri fuq bażi volontarja kif speċifikat fl-Annessi. Il-Kummissjoni għandha tagħti għotjiet lill-awtoritajiet nazzjonali skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97tas-17 ta’ Frar 1997 dwar Statistika tal-Komunità (9), wara sejħa għal proposti.
2. L-istudji pilota għandhom jitwettqu sabiex janalizzaw ir-relevanza u prattikabbiltà li tinkiseb id-data. Ir-riżultati ta’ l-istudji pilota għandhom jiġu stmati mill-Kummissjoni, waqt li jiġu kkunsidrati l-benefiċċji tad-disponibilità tad-data dwar l-ispejjeż tal-ġbir u l-piż fuq in-negozji.
3. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultat ta’ l-istudji pilota.
4. Il-miżuri maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh abbażi ta’ l-evalwazzjoni ta’ l-istudji pilota, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).
Artikolu 5
Kisba tad-data
1. L-Istati Membri għandhom jiksbu d-dettalji li hemm bżonn għall-osservazzjoni tal-karatteristiċi fil-listi msemmijin fil-moduli fl-Artikolu 3.
2. L-Istati Membri jistgħu jiksbu d-data li hemm bżonn billi jużaw taħlita ta’ l- għejun differenti speċifikati hawn taħt, waqt li japplikaw il-prinċipju ta’ simplifikazzjoni amministrattiva:
(a) |
stħarriġiet obbligatorji: l-unitajiet legali, li tagħhom huma l-unitajiet ta’ statistika msejħa mill-Istati Membri jew li huma komposti minnhom, għandhom jagħtu tagħrif eżatt u komplet fiż-żmien preskritt, |
(b) |
għejun oħra li huma għallanqas ekwivalenti għal dik li hija eżattezza u kwalità, |
(ċ) |
proċeduri ta’ estimi ta’ statistika meta xi wħud mill-karatteristiċi ma jkunux ġew osservati għall-unitajiet kollha. |
3. Biex jitnaqqsu l-piżijiet tat-tweġib, l-awtoritajiet nazzjonali u l-Kummissjoni (Eurostat), fil-limiti u taħt il-kondizzjonijiet iffissati minn kull Stat Membru u mill-Kummissjoni fil-qasam tal-kompetenza rispettiva tagħhom, ikollhom aċċess għall-għejun ta’ data amministrattiva li tkopri l-oqsma ta’ l-attività ta’ l-amministrazzjonijiet pubbliċi tagħhom stess sal-punt li din id-data hemm bżonnha biex jissodisfaw it-talba għall-eżattezza msemmija fl-Artikolu 6. Barra minn hekk, kull fejn hu fattibbli, għandha tintuża data amministrattiva xierqa sabiex ikunu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ l-irrappurtar ta’ dan ir-Regolament.
4. L-Istati Membri u l-Kummissjoni, fl-oqsma rispettivi tal-kompetenza tagħhom, għandhom jippromwovu l-kundizzjonijiet għall-użu akbar tat-trażmissjoni elettronika u l-ipproċessar awtomatiku tad-data.
Artikolu 6
Preċiżjoni
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li d-data trażmessa tirrifletti l-istruttura tal-popolazzjoni ta’ l-unitajiet ta’ statistika stabbiliti fl-Annessi.
2. Evalwazzjoni tal-kwalità għandha titwettaq bit-tqabbil tal-benefiċċji tad-data disponibbli ma’ l-ispejjeż tal-ġbir u l-piż fuq il-kummerċ, l-aktar fuq l-impriżi ż-żgħar.
3. L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni, fuq it-talba tagħha, l-informazzjoni kollha li hemm bżonn għall-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.
Artikolu 7
Komparabilità
1. Mid-data miġbura u kkalkulata l-Istati Membri għandhom jipproduċu riżultati li jistgħu jitqabblu, wara li ssir l-analiżi dettaljata għall-kull modulu kif stabbilit mill-Artikolu 3 u l-Annessi rispettivi.
2. Biex ikunu jistgħu jiġu kumpilati l-aggregati tal-Komunità, l-Istati Membri għandhom jipproduċu komponenti tar-riżultati nazzjonali skond il-livelli tan-NACE Rev. 2, stabbiliti fl-Annessi, jew iddeterminati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).
Artikolu 8
Trażmissjoni tar-riżultati
1. L-Istati Membri għandhom jgħaddu r-riżultati previsti fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, inkluża data kunfidenzjali, lill-Kummissjoni (Eurostat) skond id-dispożizzjonijiet eżistenti tal-Komunità dwar it-trażmissjoni ta’ data soġġetta għall-kunfidenzjalità statistika, b’mod partikolari r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KEE) Nru 1588/90 (10). Dawk id-dispożizzjonijiet tal-Komunità japplikaw għat-trattament tar-riżultati, sa fejn dawn jinkludu data kunfidenzjali.
2. Ir-riżultati għandhom ikunu trażmessi f’format tekniku xieraq, f’perjodu ta’ żmien wara t-tmiem tal-perjodu ta’ referenza li għandu jkun stabbilit skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3) għall-moduli stipulati fl-Artikolu 3(2)(a) sa (h) u (j) u m’għandux ikun itwal minn 18-il xahar. Għall-modulu pprovdut fl-Artikolu 3(2)(i), il-perjodu għandu jkun ta’ mhux aktar minn 30 xahar jew 18-il xahar kif stabbilit fl-Anness IX, Taqsima 9. Barra minn hekk, numru żgħir ta’ estimi ta’ riżultati preliminari għandhom ikunu trażmessi f’perjodu ta’ żmien mit-tmiem tal-perjodu ta’ referenza li jkun stabbilit f’konformità ma’ dik il-proċedura għall-moduli stipulati fl-Artikolu 3(2)(a) sa (g) u m’għandux ikun itwal minn 10 xhur. Għall-modulu stipulat fl-Artikolu 3(2)(i) il-perjodu ta’ żmien għal riżultati preliminari m’għandux ikun itwal minn 18-il xahar.
3. Sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun il-piż fuq in-negozji u l-ispejjeż għall-awtoritajiet nazzjonali ta’ l-istatistika, l-Istati Membri jistgħu jimmarkaw data għall-użu biss bħala kontribut għat-totali Ewropej (CETO). L-Eurostat m’għandhiex tippubblika din id-data, u lanqas l-Istati Membri m’għandhom jimmarkaw b’bandiera CETO data li tkun ippubblikata b’mod nazzjonali. L-użu tal-bandiera CETO għandha tiddependi mis-sehem individwali ta’ l-Istati Membri mit-total ta’ l-UE ta’ valur miżjud fl-ekonomija bbażata fuq il-kummerċ:
(a) |
Il-Ġermanja, Franza, l-Italja u r-Renju Unit: id-data mmarkata bil-bandiera CETO tista’ tintbagħat għal-livell ta’ klassi tan-NACE Rev.2 u għall-analiżi dettaljata ta’ klassi ta’ daqs f’livell ta’ grupp tan-NACE Rev.2. Ma jistgħux jiġu mmarkati iktar minn 15 % taċ-ċelloli. |
(b) |
Il-Belġju, id-Danimarka, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugal, il-Finlandja, u l-Iżvezja: id-data mmarkata bil-bandiera CETO tista’ tintbagħat għal-livell ta’ klassi tan-NACE u għall-analiżi dettaljata ta’ klassi ta’ daqs f’livell ta’ grupp tan-NACE Rev.2. Ma jistgħux jiġu mmarkati iktar minn 25 % taċ-ċelloli. Barra minn dan, jekk, fi kwalunkwe minn dawn l-Istati Membri, is-sehem ta’ klassi tan-NACE Rev.2 jew ta’ klassi ta’ daqs tal-grupp NAC E Rev.2, huwa inqas minn 0,1 % ta’ l-ekonomija tan-negozju ta’ l-Istat Membru kkonċernat, din id-data tista’ wkoll tintbagħat bħala waħda mmarkata bil-bandiera CETO. |
(ċ) |
Il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, ir-Rumanija, is-Slovenja, u s-Slovakkja: id-data mmarkata bil-bandiera CETO tista’ tintbagħat għal-livell ta’ grupp u ta’ klassi tan-NACE Rev.2 u għall-analiżi dettaljata ta’ klassi ta’ daqs fil-livell ta’ grupp tan-NACE Rev.2. Ma jistgħux jiġu mmarkati iktar minn 25 % taċ-ċelloli f’livell ta’ grupp. |
Il-miżuri maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, li jirrelataw mar-reviżjoni tar-regoli għall-bandiera CETO u l-iggruppar ta’ l-Istati Membri għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3) sad-29 ta' April 2013 u kull ħames snin wara dan.
Artikolu 9
Informazzjoni dwar l-implimentazzjoni
L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni, fuq talba tagħha, kull informazzjoni relevanti li għandha x’taqsam ma’ l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fl-Istati Membri.
Artikolu 10
Perjodi tranżitorji
1. Matul il-perjodi tranżitorji, derogi mid-dispożizzjonijiet ta’ l-Annessi jistgħu jingħataw f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 12(2) sa fejn is-sistemi ta’ l-istatistika nazzjonali jkollhom bżonn ta’ adattamenti prinċipali.
2. Perjodi supplimentari tranżitorji jistgħu jingħataw lil xi Stat Membru għall-kumpilazzjoni ta’ statistika meta ma jkunx possibbli li jiġu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament minħabba d-derogi mogħtija permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2186/93tat-22 ta’ Lulju 1993 dwar il-koordinament tal-Komunità fit-tfassil tar-reġistri tal-kummerċ għal għanijiet ta’ statistika (11).
Artikolu 11
Miżuri ta’ implimentazzjoni
1. Il-miżuri li ġejjin u li huma neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 12(2), jiġifieri dawk li jistabbilixxu:
(a) |
id-definizzjonijiet tal-karatteristiċi u r-rilevanza tagħhom għal ċerti attivitajiet (l-Artikolu 3 u l-Anness I, Sezzjoni 4, paragrafu 2); |
(b) |
id-definizzjoni tal-perjodu ta’ referenza (l-Artikolu 3); |
(ċ) |
il-format tekniku xieraq għat-trażmissjoni tar-riżultati (l-Artikolu 8 u l-Anness I, Taqsima 9, paragrafu 2); |
(d) |
il-perjodu tranżitorju u d-derogi mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament mogħtija waqt dak il-perjodu (l-Artikolu 10 u l-Anness I, Sezzjoni 11, l-Anness II, Sezzjoni 10, u l-Anness III, Sezzjoni 9, l-Anness VIII, Sezzjoni 8 u l-Anness IX, Sezzjoni 13); |
(e) |
il-lista ta’ karatteristiċi li għandha tiġi trażmessa permezz tal-klassifikazzjoni ta’ l-istatistika komuni ta’ l-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea kif stabbilita mir- Regolament tal-Kunsill (KEE) 3037/90 (12) (minn hawn “l quddiem NACE Rev. 1.1.”). għas-sena 2008 u d-dettalji rigward il-produzzjoni ta’ riżultati (L-Anness I, Sezzjoni 9, paragrafu 2); |
(f) |
l-użu tal-modulu flessibbli msemmi fl-Artikoli 3 (2)(j) u 3(4); |
(g) |
il-proċeduri li jridu jiġu segwiti f’dak li għandu x’jaqsam mal-ġbir ad hoc tad-data msemmi fl-Anness II, Sezzjoni 4, paragrafi 3 u 4, l-Anness III, Sezzjoni 3, paragrafu 3, u l-Anness IV, Sezzjoni 3, paragrafu 3. |
2. Il-miżuri li ġejjin u li huma neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia billi jissuplimentawh għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3):
(a) |
jaġġornaw il-listi tal-karatteristiċi, u riżultati preliminari sa kemm l-aġġornament ta’ din ix-xorta, wara evalwazzjoni kwantitattiva, ma jimplikax żieda fin-numru ta’ unitajiet eżaminati jew piż fuq l-unitajiet li mhux proporzjonali mar-riżultati mistennija (l-Artikoli 4 u 8 u l-Anness I, Sezzjoni 6, Anness II, Sezzjoni 6, Anness III, Sezzjoni 6, Anness IV, Sezzjoni 6); |
(b) |
jistabbilixxu l-frekwenza tal-kumpilazzjoni ta’ l-istatistika l-Artikolu 3); |
(ċ) |
jistabbilixxu r-regoli biex id-data tiġi mmarkata bħala CETO (l-Artikolu 8(3)); |
(d) |
jistabbilixxu l-ewwel sena ta’ referenza għall-kumpilazzjoni tar-riżultati (l-Artikolu 8 u l-Anness I, Sezzjoni 5); |
(e) |
jistabbilixxu d-distribuzzjoni tar-riżultati, b’mod partikolari l-klassifikazzjonijiet li se jintużaw u t-tgħaqqid tal-klassijiet tad-daqs (l-Artikolu 7 u l-Anness VIII, Sezzjoni 4, paragrafi 2 u 3, u l-Anness IX, Sezzjoni 8, paragrafu 2 u 3), u l-Anness IX, Sezzjoni 10; |
(f) |
jistabbilixxu l-aġġornament tal-perjodi ta’ żmien għat-trażmissjoni ta’ data (l-Artikolu 8 u l-Anness I, Sezzjoni 8, paragrafu 1, u l-Anness VI, Sezzjoni 7); |
(g) |
jadottaw id-distribuzzjoni ta’ l-attivitajiet għal emendi u reviżjonijiet tan-NACE u d-distribuzzjonijiet ta’ prodotti għal emendi u reviżjonijiet tas-CPA; |
(h) |
huma adottati fuq il-bażi ta’ l-evalwazzjoni ta’ studji pilota (l-Artikolu (4)); |
(i) |
jbiddlu l-limitu l-aktar baxx għal popolazzjonijiet ta’ referenza (l-Anness VIII, Sezzjoni 3); u |
(j) |
jistabbilixxu l-kriterji għall-evalwazzjoni ta’ kwalità (l-Artikolu 6 u l-Anness I, Sezzjoni 6, l-Anness II, Sezzjoni 6, l-Anness III, Sezzjoni 6 u l-Anness IV, Sezzjoni 6). |
Artikolu 12
Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat għall-Programmi ta’ Statistika stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom (13).
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw wara li jkunu meqjusa d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.
Il-perijodu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.
Artikolu 13
Rapport
1. Il-Kummissjoni għandha, sad-29 ta' April 2011 u darba kull tliet snin wara dan, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istatistika kkumpilata skond dan ir-Regolament u l-aktar dwar il-kwalità tagħha u l-piż fuq il-kummerċ.
2. Fir-rapporti msemmijin fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tipproponi dawk l-emendi li taħseb li hemm bżonn.
Artikolu 14
Revoka
1. Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 58/97 għandu jiġi rrevokat. L-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 għandu wkoll jiġi irrevokat.
2. Ir-referenzi għar-Regolament irrevokat għandhom jiġu meqjusa bħala referenzi għar-regolament mis-sena ta’ referenza 2008 ‘l quddiem u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness X. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 58/97 għandhom ikomplu japplikaw fir-rigward tal-ġbir, tal-kumpilazzjoni u tat-trażmissjoni ta’ data għas-snin ta’ referenza sa l-2007 b’din is-sena inkluża.
Artikolu 15
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, 11 ta' Marzu 2008.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
J. LENARČIČ
Il-President
(1) ĠU C 318, 23.12.2006, p. 78.
(2) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ Marzu 2007 (ĠU C 27 E, 31.1.2008, p. 139) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Frar 2008.
(3) ĠU L 14, 17.1.1997, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru. 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).
(4) Ara l-Anness X.
(5) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 787/2004/KE (ĠU L 138, 30.4.2004, p. 12.)
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, l-Evalwazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) u li stabilixxa Aġenzija Ewropea tal-Kimiċi (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1); ikkoreġuta bil-verżjoni fil-ĠU L 136, 29.5.2007, p. 3). Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1354/2007 (ĠU L 304, 22.11.2007, p. 1).
(7) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).
(8) ĠU L 76, 30.3.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(9) ĠU L 52, 22.2.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.
(10) ĠU L 151, 15.6.1990, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.
(11) ĠU L 196, 5.8.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.
(12) ĠU L 293, 24.10.1990, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.
(13) ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47.
ANNESS I
MODULU KOMUNI GĦALL-ISTATISTIKA STRUTTURALI ANNWALI
TAQSIMA 1
Għan
L-għan ta’ dan l-Anness huwa li jistabbilixxi qafas komuni għall-ġbir, il-kumpilazzjoni, it-trażmissjoni u l-evalwazzjoni ta’ l-istatistika tal-Komunità dwar l-istruttura, l-attività, il-kompetittività u r-rendiment tan-negozju fl-Istati Membri.
TAQSIMA 2
Kamp ta’ applikazzjoni
L-istatistika kkumpilata se tirrelata ma’ l-oqsma msemmijin fl-Artikolu 1 (a), (b) u (c) u (e), b’mod partikolari ma’ l-analiżi tal-valur miżjud u l-komponenti ewlenin tagħha.
TAQSIMA 3
Kopertura
1. |
L-istatistika għandha tiġi kkumpilata għall-attivitajiet elenkati fis-Sezzjoni 9. |
2. |
Għandhom isiru studji pilota għall-attivitajiet imsemmija fis-Sezzjoni 10. |
TAQSIMA 4
Karatteristiċi
1. |
Il-listi tal-karatteristiċi elenkati hawn taħt jindikaw, meta huwa rilevanti, it-tip ta’ l-unità statistika li għaliha għandha tiġi kkumpilata l-istatistika. |
2. |
It-titoli korrispondenti tal-karatteristiċi li għalihom għandha tiġi kkumpilata l-istatistika dwar attivitajiet fit-Taqsima K tan-NACE Rev. 2 li jikkorrispondu l-aktar mill-qrib ma’ dawk elenkati fil-paragrafi 3 sa 5 għandhom jiġu stabbliti skond il-proċedura regulatorja msemmija fl-Artikolu 12(2). |
3. |
Statistika demografika annwali:
|
4. |
Il-karatteristiċi ta’ l-impriżi li dwarhom għandha tkun ikkumpilata l-istatistika annwali:
|
5. |
Karatteristiċi li dwarhom għandha tkun kkumpilata l-istatistika reġjonali annwali:
|
6. |
Studji pilota għandhom isiru għall-karatteristiċi elenkati fis-Sezzjoni 10. |
TAQSIMA 5
L-ewwel sena ta’ riferenza
L-ewwel sena ta’ referenza li għaliha tiġi kkumpilata l-istatistika se tkun is-sena kalendarja 2008. Id-data se tkun ikkumpilata skond l-analiżi fit-Taqsima 9. Iżda l-ewwel sena ta’ referenza li għaliha l-istatistika dwar il-klassijiet ta’ l-attività koperti minn NACE Rev. 2 gruppi 64.2, 64.3 u 64.9 u d-diviżjoni 66 għandha tiġi kkumpilata, se tiġi deċiża skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).
TAQSIMA 6
Rapport dwar il-kwalità ta’ l-istatistika
Għal kull waħda mill-karatteristiċi prinċipali l-Istati Membri għandhom jindikaw il-grad tal-preċiżjoni b’referenza għall-livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, li l-Kummissjoni għandha ddaħħal fir-rapport li hemm dispożizzjoni dwaru fl-Artikolu 13, wara li jittieħed akkont ta’ l-applikazzjoni f’kull Stat Membru ta’ dak l-Artikolu. Il-karatteristiċi importanti għandhom ikunu stabbiliti skond il-proċedura regolatorja msemmija bi skrutinju stabbilita fl-Artikolu 12(3).
TAQSIMA 7
Produzzjoni tar-riżultati
1. |
Ir-riżultati għandhom jiġu analizzati b’mod dettaljat sal-livell ta’ klassi li jiddeskrivu l-attivitajiet elenkati fit-Taqsima 9. |
2. |
Xi wħud mir-riżultati għandhom jiġu maqsuma wkoll fi klassijiet ta’ daqs għal kull grupp ta’ attivitajiet elenkati fit-Taqsima 9. |
3. |
Ir-riżultati ta’ l-istatistika reġjonali għandhom jinqasmu sal-livell ta’ 2 figuri (diviżjonijiet) tan-NACE Rev. 2 u l-livell 2 tal-klassifikazzjoni ta’ l-istatistika komuni ta’ l-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea kif stabbilita mir-Regolament Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) (minn hawn ‘l quddiem NUTS). |
TAQSIMA 8
Trażmissjoni tar-riżultati
1. |
Ir-riżultati għandhom jiġu trażmessi fi żmien 18-il xahar mit-tmiem tas-sena kalendarja tal-perjodu ta’ referenza, ħlief għan-NACE Rev. 2, klassi ta’ attività 64.11 u l-attivitajiet tan-NACE Rev. 2 koperti mill-Annessi V, VI u VII. Għall-klassi ta’ attività 64.11 tan-NACE Rev. 2 id-dewmien tat-trażmissjoni hu ta’ 10 xhur. Għall-attivitajiet koperti b’Annessi V, VI u VII id-dewmien tat-trażmissjoni huwa stabbilit f’dawn l-Annessi. Madankollu d-dewmien tat-trażmissjoni tar-riżultati dwar il-klassijiet ta’ l-attività koperti b’NACE Rev.2 gruppi 64.2, 64.3 u 64.9 u d-diviżjoni 66 se jiġu deċiżi skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija stabbiliti fl-Artikolu 12(3). |
2. |
Ħlief għad-diviżjonijiet 64 u 65 tan-NACE Rev. 2, ir-riżultati preliminari nazzjonali jew l-istimi jiġu trażmessi fi żmien 10 xhur mit-tmiem tas-sena kalendarja tal-perjodu ta’ referenza għall-istatistika ta’ l-impriżi kkumpilati għall-karatteristiċi elenkati hawn taħt:
Dawn ir-riżultati preliminarji jew stimi għandhom jinqasmu skond NACE Rev.2 livell ta’ tliet figuri (grupp). Għad-diviżjoni 66 ta’ NACE Rev.2, it-trażmissjoni tar-riżultati preliminarji jew l-istimi se tiġi deċiża skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3). |
TAQSIMA 9
Analiżi dettaljata ta’ l-attivitajiet
1. |
Biex tkun tista’ tiġi kkumpilata l-istatistika Komunitarja, l-Istati Membri se jittrażmettu, mis-sena ta’ referenza 2008 ‘l quddiem, riżultati nazzjonali komponenti maqsuma fil-klassijiet tan-NACE Rev. 2 għat-Taqsimiet B sa N u d-diviżjoni 95. |
2. |
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3(1), l-Istati Membri se jittrażmettu statistika strutturali tan-negozju li jirreferu għas-sena ta’ referenza 2008 lill-Kummissjoni skond Rev.1.1 tan-NACE kif ukoll Rev.2 tan-NACE. Il-lista ta’ karatteristiċi li jridu jiġu trażmessi bl-użu tal-klassifikazzjoni tar-Rev.1.1 tan-NACE u d-dettalji rigward il-produzzjoni tar-riżultati għandhom jiġu deċiżi bi qbil mal-proċedura regolatorja stipulata fl-Artikolu 12(2). |
TAQSIMA 10
Rapporti u studji pilota
1. |
Serje ta’ studji pilota dwar l-attivitajiet taħt it-Taqsimiet P sa R u d-diviżjonijiet 94 u 96 tat-Taqsima S tan-NACE Rev. 2 se tkun stabbilita mill-Kummissjoni biex tittestja l-fattibilità li jiġu koperti attivitajiet tas-suq f’dawn it-Taqsimiet. |
2. |
Il-Kummissjoni se tistabilixxi serje ta’ studji pilota għal karatteristiċi li għandhom x’jaqsmu mal-kontijiet finanzjarji u investimenti intanġibbli, forom għall-organizzazzjoni tas-sistema ta’ produzzjoni, u komparabilità bejn l-istatistika dwar negozju strutturali u l-istatistika dwar is-suq tax-xogħol u l-produttività. Dawn l-istudji pilota se jiġu adottati għall-ispeċifiċitajiet tas-setturi. |
TAQSIMA 11
Perjodu tranżitorju
Għall-ġabra ta’ l-istatistika dwar karatteristiċi 12 17 0, 13 13 1 u 16 14 0, il-perjodu tranżitorju ma għandux jestendi għal aktar minn sentejn wara l-ewwel sena ta’ referenza (2008) indikata fit-Taqsima 5.
(1) ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 105/2007 (ĠU L 39, 10.2.2007, p. 1).
ANNESS II
A. MODULU DETTALJAT GĦALL-ISTATISTIKA STRUTTURALI FL-INDUSTRIJA
TAQSIMA 1
Għan
L-għan ta’ dan l-Anness huwa li jistabbilixxi qafas komuni għall-ġbir, il-kumpilazzjoni, it-trażmissjoni u l-evalwazzjoni ta’ l-istatistika tal-Komunità dwar l-istruttura, l-attività, il-kompettitività u l-operat tas-settur ta’ l-industrija.
TAQSIMA 2
Kamp ta’ Applikazzjoni
L-istatistika li se tkun ikkumpilata għandha tirrelata ma’ l-oqsma msemmijin fl-Artikolu 1 (a) sa (e), b’mod partikolari għal:
— |
lista ċentrali ta’ statistika għall-analiżi dettaljata ta’ l-istruttura, l-attività, il-kompetittività u t-twettiq ta’ attivitajiet industrijali, |
— |
lista oħra ta’ statistika għall-istudju ta’ suġġetti speċjali. |
TAQSIMA 3
Kopertura
L-istatistika għandha tiġi kkumpilata għall-attivitajiet kollha kklassifikati fi ħdan il-kopertura tat-Taqsimiet B, C, D u E tan-NACE Rev. 2. Dawn it-taqsimiet ikopru l-attivitajiet ta’ xogħol tal-minjieri u l-attivitajiet tax-xogħol tal-barrieri (B), il-manifattura (C), il-provvista ta’ l-elettriku, il-gass, il-fwar u l-arja kkondizzjonata (D) u l-provvista ta’ l-ilma, id-drenaġġ, l-immaniġġjar ta’ l-iskart u l-attivitajiet ta’ rimedjazzjoni (E). L-istatistika ta’ l-impriżi se tkun relatata mal-popolazzjoni ta’ l-impriżi kollha kklassifikati skond l-attività ewlenija tagħhom fit-Taqsimiet B, C, D u E.
TAQSIMA 4
Karatteristiċi
1. |
Il-listi tal-karatteristiċi stabbiliti hawn taħt jindikaw, meta relevanti, it-tip ta’ l-unità statistika li għaliha għandha tkun ikkumpilata l-istatistika u jekk dawn għandhomx ikunu kkumpilati bi frekwenza annwali jew pluriennali. L-istatistika u l-karatteristiċi fil-korsiv huma inklużi wkoll fil-listi tal-modulu komuni definiti fl-Anness I. |
2. |
Statistika demografika annwali:
|
3. |
Il-karatteristiċi ta’ l-impriżi li dwarhom għandha tkun ikkumpilata l-istatistika annwali:
|
4. |
Il-karatteristiċi ta’ l-impriżi li dwarhom għandha tkun ikkumpilata l-istatistika multi-annwali:
|
5. |
Karatteristiċi li dwarhom għandha tiġi kkumpilata l-istatistika reġjonali annwali:
|
6. |
Karatteristiċi ta’ l-unità tip ta’ attività li għalihom għandha tkun ikkumpilata l-istatistika annwali:
|
7. |
Studji pilota li għandhom isiru għall-karatteristiċi elenkati fit-Taqsima 9. |
TAQSIMA 5
L-ewwel sena ta’ riferenza
1. |
L-ewwel sena ta’ referenza li għaliha tkun ikkumpilata l-istatistika annwali se tkun is-sena kalendarja 2008. L-ewwel snin ta’ referenza li għalihom għandha tkun ikkumpilata l-istatistika bi frekwenza pluriennali huma speċifikati hawn taħt għall-kodiċi li taħthom huma elenkati l-karatteristiċi:
|
2. |
Statistika pluriennali għandha tiġi kkumpilata għall-anqas kull ħames snin. |
3. |
L-ewwel sena ta’ referenza li għaliha l-istatistika dwar il-karatteristika 21 14 0 għandhom jiġu kkumpilati hija s-sena kalendarja 2010. |
4. |
L-istatistika dwar il-karatteristika 21 12 0 għandha tiġi kkumpilata kull sena. L-istatistika dwar il-karatteristika 21 14 0 għandha tiġi kkumpilata kull tliet snin. |
TAQSIMA 6
Rapport dwar il-kwalità ta’ l-istatistika
Għal kull karatteristika importanti l-Istati Membri se jindikaw il-grad ta’ preċiżjoni b’referenza għall-livell ta’ fiduċja ta’ 95 % li l-Kummissjoni se ddaħħal fir-rapport li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 13, b’ kont meħud ta’ l-applikazzjoni f’kull Stat Membru ta’ dak l-Artikolu. Il-karatteristiċi ċentrali għandhom ikunu stabbiliti skond il-proċedura regulatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).
TAQSIMA 7
Produzzjoni tar-riżultati
1. |
Ir-riżultati għall-istatistika, bl-eċċezzjoni tal-karatteristiċi 18 11 0, 18 12 0, 18 15 0 u 18 16 0 għandhom jinqasmu għal-livell b’ 4 figuri (klassi) tan-NACE Rev. 2. Il-karatteristiċi 18 11 0, 18 12 0, 18 15 0 u 18 16 0 għandhom jinqasmu għal-livell bi 3 figuri (grupp) tan-NACE Rev. 2. |
2. |
Xi riżultati għandhom jinqasmu wkoll fi klassijiet skond id-daqs u għal-livell ta’ 3 figuri (grupp) tan-NACE Rev. 2. |
3. |
Ir-riżultati għall-istatistika kkumpilata minn unitajiet ta’ tip ta’ attività għandhom jinqasmu għal-livell ta’ 4 figuri (klassi) tan-NACE Rev. 2. |
4. |
Ir-riżultati għall-istatistika reġjonali għandhom jinqasmu għal-livell ta’ 2 figuri (diviżjoni) tan-NACE Rev. 2 u l-livell 2 tan-NUTS. |
5. |
Ir-riżultati għall-karatteristiċi 21 11 0, 21 12 0 u 21 14 0 għandhom jinqasmu għal-livell ta’ żewġ figuri (diviżjoni) tan-NACE Rev. 2. |
6. |
Ir-riżultati għall-karatteristiċi 21 11 0, 21 12 0 u 21 14 0 għandhom jinqasmu għall-oqsma ambjentali li ġejjin: il-ħarsien ta’ l-arja ambjentali u l-klima, il-ġestjoni ta’ l-ilma ta’ l-iskart, il-ġestjoni ta’ l-iskart u l-protezzjoni ta’ l-attivitajiet l-oħrajn tal-ħarsien ta’ l-ambjent. Ir-riżultati għall-oqsma ambjentali se jinqasmu għal-livell ta’ żewġ figuri (diviżjoni) tan-NACE Rev. 2. |
TAQSIMA 8
Trażmissjoni tar-riżultati
Ir-riżultati għandhom ikunu trażmessi fi żmien 18-il xahar mit-tmiem tas-sena kalendarja tal-perjodu ta’ referenza.
Ir-riżultati nazzjonali preliminari jew l-estimi għandhom ikunu trażmessi fi żmien 10 xhur mit-tmiem tas-sena kalendarja tal-perjodu ta’ referenza għall-istatistika ta’ l-impriża msemmija fit-Taqsima 4 (3) ikkumpilati għall-karatteristiċi elenkati hawn taħt:
Kodiċi |
Titolu |
Data strutturali |
|
11 11 0 |
Numru ta’ impriżi |
Data dwar il-kontijiet |
|
12 11 0 |
Fatturat |
12 12 0 |
Valur tal-produzzjoni |
13 11 0 |
Xiri totali ta’ oġġetti u servizzi |
13 32 0 |
Pagi u salarji |
15 11 0 |
Investiment gross f’oġġetti tanġibbli |
Data dwar l-impiegi |
|
16 11 0 |
Numru ta’ persuni impjegati |
Dawn ir-riżultati preliminari għandhom jinqasmu għal-livell ta’ 3 figuri (grupp) tan-NACE Rev. 2.
TAQSIMA 9
Rapporti u studji pilota
L-Istati Membri se jipprovdu lill-Kummissjoni b’rapport konness mad-disponibilità tad-data li hemm bżonn għall-kumpilazzjoni tar-riżultati għall-karatterisitiċi li ġejjin:
Kodiċi |
Titolu |
Kumment |
Data dwar l-ambjent |
||
21 11 0 |
Investiment f’ tagħmir u apparat għall-kontroll tat-tniġġis u aċċessorji speċjali kontra t-tniġġis (primarjament it-tagħmir ta’ tmiem-il kanna) |
Analiżi dettaljata speċifika dwar il-konformità mal-Protokoll ta’ Kyoto tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima |
21 12 0 |
Investiment f’tagħmir u impjant marbut ma teknoloġija aktar nadifa (“teknoloġija integrata”) |
Analiżi dettaljata speċifika dwar il-konformità mal-Protokoll ta’ Kyoto tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima |
21 14 0 |
Nefqa kurrenti totali fuq il-protezzjoni ta’ l-ambjent |
Analiżi dettaljata speċifika dwar in-nefqa li toħroġ mill-implimentazzjoni tal-politika ambjentali ta’ l-UE |
Subappalt |
||
23 12 0 |
Dħul mis-subappalt |
|
Serje ta’ studji pilota għal dawn il-karatteristiċi għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni.
TAQSIMA 10
Perjodu tranżitorju
Għall-kumpilazzjoni ta’ l-istatistika dwar il-karatteristiċi 21 12 0 u 21 14 0 l-perjodu tranżitorju jispiċċa bis-sena ta’ referenza 2008.
(*) Jekk l-ammont totali tal-fatturat jew in-numru ta’ persuni impjegati f’xi diviżjoni ta’ NACE Rev.2 Taqsimiet B sa E jirrappreżentaw, f’xi Stat Membru, inqas minn 1 % tat-total Komunitarju, l-informazzjoni meħtieġa għall-kumpilazzjoni ta’ l-istatistika dwar il-karatteristiċi 21 11 0 u 21 12 0 m’għandhiex għalfejn tinġabar għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. Jekk meħtieġ għall-ħtiġijiet ta’ politika Komunitarja, il-Kummissjoni tista’ skond il-proċedura regolatorja msemmija stabbilita fl-Artikolu 12 (2) titlob il-ġbir ad hoc ta’ din id-data.
(**) Jekk l-ammont totali tal-fatturat jew in-numru ta’ persuni impjegati f’diviżjoni ta’ NACE Rev.2 Taqsimiet B sa E jirrappreżentaw, f’xi Stat Membru, inqas minn 1 % mit-total Komunitarju, l-informazzjoni meħtieġa għall-kumpilazzjoni ta’ l-istatistika dwar il-karatteristika 21 14 0 m’għandhiex għalfejn tinġabar għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. Jekk meħtieġ għall-ħtiġijiet ta’ politika Komunitarja, il-Kummissjoni tista’ skond il-proċedura regolatorja msemmija stabbilita fl-Artikolu 12(2) titlob il-ġbir ad hoc ta’ din l-informazzjoni.
ANNESS III
MODULU DETTALJAT GĦALL-ISTATISTIKA STRUTTURALI DWAR IL-KUMMERĊ
TAQSIMA 1
Għan
L-għan ta’ dan l-Anness huwa li jistabbilixxi qafas komuni għall-ġbir, il-kumpilazzjoni, it-trażmissjoni u l-evalwazzjoni ta’ statistika tal-Komunità dwar l-istruttura, l-attività, il-kompettitività u l-operat tas-settur tal-kummerċ tad-distribuzzjoni.
TAQSIMA 2
Kamp ta’ applikazzjoni
L-istatistika li se tkun ikkumpilata għandha tirrelata ma’ l-oqsma msemmijin fl-Artikolu 1 (a) sa (e), b’mod partikolari ma’:
— |
l-istruttura ta’ qafas ta’ kummerċ tad-distribuzzjoni u l-proċess ta’ żvilupp tiegħu, |
— |
attività tad-distribuzzjoni u l-għamliet ta’ bejgħ, kif ukoll mudelli tal-fornitura u l-bejgħ. |
TAQSIMA 3
Kopertura
1. |
L-istatistika għandha tkun ikkumpilata għall-attivitajiet kollha koperti mit-Taqsima G tan-NACE Rev. 2. Dan is-settur ikopri l-attivitajiet tal-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta’ vetturi bil-mutur u muturi. L-istatistika ta’ l-impriżi tirriferi għall-popolazzjoni ta’ l-impriżi kollha li l-attività ewlenija tagħhom hija kklassifikata fit-Taqsima G. |
2. |
Jekk l-ammont totali tad-dħul u n-numru ta’ persuni impjegati f’diviżjoni tat-Taqsima G tan-NACE Rev. 2. normalment jirrappreżentaw, fi Stat Membru, anqas minn 1 % tat-total tal-Komunità, l-informazzjoni stabbilita f’dan l-Anness li mhix fl-Anness I m’għandhiex għalfejn tinġabar għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament. |
3. |
Jekk meħtieġ għall-ħtiġijiet ta’ politika Komunitarja, il-Kummissjoni tista titlob il-ġbir ad hoc tad-data msemmija fil-paragrafu 2 jista’ jintalab skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 12 (2). |
TAQSIMA 4
Karatteristiċi
1. |
Il-listi tal-karatteristiċi stabbiliti hawn taħt jindikaw, meta relevanti, it-tip ta’ l-unità statistika li għaliha għandha tkun ikkumpilata l-istatistika u jekk dawn għandhomx ikunu kkumpilati bi frekwenza annwali jew pluriennali. L-istatistika u l-karatteristiċi fil-korsiv huma inklużi wkoll fil-listi fil-modulu komuni definit fl-Anness I. |
2. |
Statistika demografika annwali:
|
3. |
Il-karatteristiċi ta’ l-impriżi li dwarhom għandha tkun ikkumpilata l-istatistika annwali:
|
4. |
Il-karatteristiċi ta’ l-impriżi li dwarhom għandha tkun ikkumpilata l-istatistika pluriennali:
|
5. |
Karatteristiċi li dwarhom għandhom ikunu kkumpilati l-istatistika reġjonali annwali:
|
6. |
Karatteristiċi li dwarhom għandha tkun ikkumpilata l-istatistika reġjonali multi-annwali:
|
TAQSIMA 5
L-ewwel sena ta’ riferenza
1. |
L-ewwel sena ta’ referenza li għaliha hi kkumpilata l-istatistika hija s-sena kalendarja 2008. L-ewwel snin ta’ referenza li għalihom għandha tkun ikkumpilata l-istatistika bi frekwenza pluriennali huma speċifikati hawn taħt għal kull waħda mid-diviżjonijiet tan-NACE Rev. 2 li għalihom id-data hija miġbura u għall-istatistika reġjonali pluriennali:
|
2. |
Il frekwenza pluriennali hija ta’ ħames snin. |
TAQSIMA 6
Rapport dwar il-kwalità ta’ l-istatistika
Għal kull karatteristika importanti l-Istati Membri għandhom jindikaw il-grad ta’ preċiżjoni b’referenza għall-livell ta’ fiduċja ta’ 95 % li l-Kummissjoni għandha ddaħħal fir-rapport li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 13, b’kont meħud ta’ l-applikazzjoni f’kull Stat Membru ta’ dak l-Artikolu. Il-karatteristiċi importanti għandhom ikunu determinati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12 (3).
TAQSIMA 7
Produzzjoni tar-riżultati
1. |
Biex ikunu jistgħu jiġu kkumpilati l-aggregati tal-Komunità, l-Istati Membri għandhom jipproduċu riżultati nazzjonali komponenti maqsuma skond il-klassijiet tan-NACE Rev. 2. |
2. |
Xi riżultati għandhom jinqasmu wkoll fi klassijiet ta’ daqs għal kull grupp tan-NACE Rev. 2. |
3. |
L-istatistika reġjonali għandha tinqasam għal-livell ta’ 3 figuri (grupp) tan-NACE Rev. 2 u għal-livell 2 tan-NUTS. |
4. |
Il-kopertura ta’ l-istatistika reġjonali li għandha tkun ikkumpilata fuq bażi pluriennali tikkorrispondi mal-popolazzjoni ta’ l-unitajiet lokali kollha li l-attività ewlenija tagħhom hija kklassifikata fit-taqsima G. Madanakollu, tista’ tkun limitata għall-unitajiet lokali dipendenti fuq l-impriżi kklassifikati fit-taqsima G tan-NACE Rev. 2 jekk tali popolazzjoni tkopri aktar minn 95 % tal-kopertura totali. Dan il-proporzjon għandu jkun ikkalkulat bl-użu tal-karatteristika ta’ l-impjieg disponibbli fir-reġistru tan-negozju. |
TAQSIMA 8
Trażmissjoni tar-riżultati
1. |
Ir-riżultati għandhom ikunu trażmessi fi żmien 18-il xahar mit-tmiem tas-sena kalendarja tal-perjodu ta’ referenza. |
2. |
Riżultati jew l-estimi preliminari nazzjonali għandhom ikunu trasmesi fi żmien 10 xhur mit-tmiem tas-sena kalendarja tal-perjodu ta’ referenza kumpilati għall-istatistika ta’ l-impriżi għall-karatteristiċi elenkati hawn taħt:
Dawn ir-riżultati preliminari għandhom jinqasmu għal-livell ta’ 3 figuri (grupp) tan-NACE Rev. 2. |
TAQSIMA 9
Perjodu tranżitorju
Għall-ġabra ta’ statistika dwar il-karatteristiċi 13 13 1 u 16 14 0, il-perjodu tranżitorju mhux se jestendi għal aktar minn sentejn wara l-ewwel sena ta’ referenza (2008) indikata fit-Taqsima 5.
(*) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3696/93 tad-29 ta’ Ottubru 1993 dwar il-klassifika statistika tal-prodotti skond l-attività (CPA) fil-Komunità Ekonomika Europea (ĠU L 342, 31.12.1993, p. 1). Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.
ANNESS IV
MODULU DETTALJAT GĦALL-ISTATISTIKA DWAR IL-KOSTRUZZJONI
TAQSIMA 1
Għan
L-għan ta’ dan l-Anness huwa li jistabbilixxi qafas komuni għall-ġbir, il-kumpilazzjoni, it-trażmissjoni u l-evalwazzjoni ta’ statistika tal-Komunità dwar l-istruttura, l-attività, il-kompettitività u l-imġieba fis-settur tal-kostruzzjoni.
TAQSIMA 2
Kamp ta’ applikazzjoni
L-istatistika li għandha tkun ikkumpilata għandha tirrelata ma’ l-oqsma msemmijin fl-Artikolu 1 (a) sa (e), b’mod partikolari ma’:
— |
lista ċentrali ta’ statistika għall-analiżi dettaljata ta’ l-istruttura, l-attività, il-kompetittività u t-twettiq ta’ l-attivitajiet tal-kostruzzjoni, |
— |
lista oħra għall-istudju ta’ suġġetti speċjali. |
TAQSIMA 3
Kopertura
1. |
L-istatistika għandha tkun ikkumpilata għall-attivitajiet kollha koperti mit-Taqsima F tan-NACE Rev. 2. L-istatistika ta’ l-impriżi se tkun relatata mal-popolazzjoni ta’ l-impriżi kollha li l-attività ewlenija tagħhom hija kklassifikata fit-Taqsima F. |
2. |
Jekk l-ammont totali tad-dħul u n-numru ta’ persuni impjegati f’diviżjoni tat-Taqsima F tan-NACE Rev. 2 normalment jirrappreżentaw, fi Stat Membru, anqas minn 1 % tat-total tal-Komunità, l-informazzjoni stabbilita f’dan l-Anness li mhix fl-Anness I m’għandhiex għalfejn tinġabar għall-iskopijiet tar-Regolament. |
3. |
Jekk meħtieġ għall-ħtiġijiet ta’ politika Komunitarja, il-ġbir ad hoc tad-data msemmija fil-paragrafu 2 jista’ jintalab skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 12 (2). |
TAQSIMA 4
Karatteristiċi
1. |
Il-listi tal-karatteristiċi u l-istatistika stabbiliti hawn taħt jindikaw, meta relevanti, it-tip ta’ l-unità statistika li għaliha għandha tkun ikkumpilata l-istatistika u jekk dawn għandhomx ikunu kkumpilati bi frekwenza annwali jew pluriennali. L-istatistika u l-karatteristiċi fil-korsiv huma inklużi wkoll fil-listi fil-modulu komuni definit fl-Anness I.. |
2. |
Statistika demografika annwali:
|
3. |
Il-karatteristiċi ta’ l-impriżi li dwarhom għandha tkun ikkumpilata l-istatistika annwali:
|
4. |
Il-karatteristiċi ta’ l-impriżi li dwarhom għandha tkun ikkumpilata l-istatistika multi-annwali:
|
5. |
Karatteristiċi li dwarhom għandhom ikunu kkumpilati l-istatistika reġjonali annwali:
|
6. |
Karatteristiċi ta’ l-unità tip ta’attività li għalihom għandha tkun ikkumpilata l-istatistika annwali:
|
TAQSIMA 5
L-ewwel sena ta’ riferenza
1. |
L-ewwel sena ta’ referenza li għaliha tiġi kkumpilata l-istatistika se tkun is-sena kalendarja 2008. L-ewwel snin ta’ referenza biex tkun ikkumpilata l-statistika bi frekwenza pluriennali huma speċifikati hawn taħt għall-kodiċi li taħthom huma elenkati l-karatteristiċi.
|
2. |
Statistika pluriennali għandha tkun kkumpilata għall-anqas kull ħames snin. |
TAQSIMA 6
Rapport dwar il-kwalità ta’ l-istatistika
Għal kull karatteristika importanti l-Istati Membri għandhom jindikaw il-grad ta’ preċiżjoni b’referenza għall-livell ta’ fiduċja ta’ 95 % li l-Kummissjoni se ddaħħal fir-rapport li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 13, b’kont meħud ta’ l-applikazzjoni f’kull Stat Membru ta’ dak l-Artikolu. Il-karatteristiċi importanti għandhom ikunu stabbiliti skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12 (3).
TAQSIMA 7
Produzzjoni tar-riżultati
1. |
Ir-riżultati għall-istatistika bl-eċċezzjoni tal-karatteristiċi 15 44 1, 18 11 0, 18 12 1, 18 12 2, 18 15 0, 18 16 0, 18 31 0 u 18 32 0, għandhom jiġu mqassma f’livell b’ 4 figuri (klassi) ta’ NACE Rev. 2. Ir-riżultati għall-karatteristiċi 15 44 1, 18 11 0, 18 12 1, 18 12 2, 18 15 0, 18 16 0, 18 31 0 u 18 32 0 għandhom jiġu mqassma f’livell b’ 3 figuri (gruppi) ta’ NACE Rev. 2. |
2. |
Xi riżultati għandhom jinqasmu wkoll fi klassijiet ta’ daqs u sal-livell ta’ 3 figuri (grupp) tan-NACE Rev. 2. |
3. |
Ir-riżultati għall-istatistika kkumpilata minn unitajiet ta’ tip ta’ attività għandhom ikunu maqsuma sal-livell ta’ 4 figuri (klassi) tan-NACE Rev. 2. |
4. |
Ir-riżultati għall-istatistika reġjonali għandhom jinqasmu għal-livell ta’ 2 figuri (diviżjonijiet) tan-NACE Rev. 2 u l-livell 2 tan-NUTS. |
TAQSIMA 8
Trażmissjoni tar-riżultati
Ir-riżultati għandhom ikunu trażmessi fi żmien 18-il xahar mit-tmiem tas-sena kalendarja tal-perjodu ta’ referenza.
Riżultati jew l-estimi preliminari nazzjonali għandhom ikunu trażmessi fi żmien 10 xhur mit-tmiem tas-sena kalendarja tal-perjodu ta’ referenza għall-istatistika ta’ l-impriżi għall-karatteristiċi elenkati hawn taħt:
Kodiċi |
Titolu |
Data strutturali |
|
11 11 0 |
Numru ta’ impriżi |
Data dwar il-kontijiet |
|
12 11 0 |
Fatturat |
12 12 0 |
Valur tal-produzzjoni |
13 11 0 |
Xiri totali ta’ oġġetti u servizzi |
13 32 0 |
Pagi u salarji |
Data marbuta mal-kontijiet kapitali |
|
15 11 0 |
Investiment gross f’oġġetti tanġibbli |
Data dwar l-impjiegi |
|
16 11 0 |
Numru ta’ persuni impjegati |
Dawn ir-riżultati preliminari għandhom jinqasmu għal-livell ta’ 3 figuri (grupp) tan-NACE Rev. 2.
TAQSIMA 9
Perjodu tranżitorju
Ma jistax jingħata perjodu tranżitorju.
ANNESS V
MODULU DETTALJAT GĦALL-ISTATISTIKA STRUTTURALI FL-ASSIGURAZZJONI
TAQSIMA 1
Għan
L-għan ta’ dan l-Anness hu li jistabbilixxi qafas komuni għall-ġbir, il-kumpilazzjoni, it-trażmissjoni u l-valutazzjoni ta’ statistika tal-Komunità dwar l-istruttura, l-attività, il-kompetittività u r-rendiment ta’ servizzi ta’ l-assigurazzjoni. Dan il-modulu jinkludi lista ddettaljata ta’ karatteristiċi li fuqhom għandha tkun ikkumpilata l-istatistika sabiex jittejjeb it-tagħrif ta’ l-iżvilupp nazzjonali, tal-Komunità u internazzjonali tas-settur ta’ l-assigurazzjoni.
TAQSIMA 2
Kamp ta’ applikazzjoni
L-istatistika li għandha tinġabar għandha tirrelata għall-oqsma msemmija fil-Artikolu 1 (a), (b) u (c), b’mod partikolari għal:
— |
l-analiżi ddettaljata ta’ l-istruttura, l-attività, il-kompetittività u r-rendiment ta’ l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni; |
— |
l-iżvilupp u d-distribuzzjoni tan-negozju totali u negozju għal kull prodott, il-modi tal-konsumatur, l-attivitajiet internazzjonali, l-impjieg, l-investiment, il-kapital u r-riservi u d-dispożizzjonijiet tekniċi. |
TAQSIMA 3
Kopertura
1. |
Tali statistika se tkun ikkumpilata għall-attivitajiet kollha fl-ambitu ta’ diviżjoni 65 tan-NACE Rev. 2 ħlief għall-grupp 65.3. |
2. |
Il-kumpilazzjoni ta’ l-statistika se tkopri l-impriżi li ġejjin:
|
3. |
B’żieda ma’ dan, friegħi ta’ impriżi ta’ l-assigurazzjoni msemmijin taħt it-Titolu III tad-Direttivi 73/239/KEE (2) u 2002/83/KE (3), u li l-attività tagħhom taqa’ taħt waħda mill-gruppi tan-NACE Rev. 2 imsemmijin fil-paragrafu 1 se jiġu assimilati ma’ l-impriżi korrispondenti kif definit fil-paragrafu 2. |
4. |
Għall-iskopijiet ta’ l-istatistika armonizzata tal-Komunità, l-Istati Membri se jkunu jistgħu jieħdu kont ta’ l-eskluzzjonijiet msemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 73/239/KEE u fl-Artikolu 3(2), (3), (5), (6) u (7) tad-Direttiva 2002/83/KE. |
TAQSIMA 4
Karatteristiċi
1. |
Il-karatteristiċi li jinsabu fil-korsiv huma wkoll inklużi fil-listi fil-modulu komuni definit fl-Anness I. Il-karatteristiċi u l-istatistika ppreżentati fil-lista A msemmija fil-paragrafu 3 u fil-lista B imsemmija fil-paragrafu 4 għandhom ikunu kkumpilati skond it-Taqsima 5. Meta l-karatteristiċi ġejjin direttament mill-kontijiet annwali, is-snin tal-kontijiet li jintemmu f’sena ta’ riferenza se jiġu assimilati għas-sena ta’ riferenza msemmija. |
2. |
Fil-listi A u B, il-karatteristiċi relatati ma’ l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni tal-ħajja huma identifikati bin-numru 1, dawk relatati ma’ l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni mhux tal-ħajja huma identifikati bin-numru 2, dawk relatati ma’ l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni komposta huma identifikati bin-numru 3, dawk relatati ma’ l-impriżi speċjalizzati ta’ assigurazzjoni mill-ġdid huma identifikati bin-numru 4, dawk relatati ma’ negozji ta’ assigurazzjoni tal-ħajja ta’ impriżi ta’ assigurazzjoni komposta bin-numru 5 u dawk relatati ma’ negozji ta’ assigurazzjoni mhux tal-ħajja (inklużi l-aċċettazzjonijiet f’assigurazzjoni mill-ġdid) ta’ l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni komposta huma identifikati bin-numru 6. |
3. |
Lista A tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
|
4. |
Lista B tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
|
TAQSIMA 5
L-ewwel sena ta’ riferenza
L-ewwel sena ta’ referenza li għaliha hija kkumpilata l-istatistika se tkun is-sena kalendarja 2008.
TAQSIMA 6
Produzzjoni tar-riżultati
Ir-riżultati għandhom jinqasmu fil-livelli ta’ 4 figuri (klassijiet) tan-NACE Rev. 2.
TAQSIMA 7
Trażmissjoni tar-riżultati
Ir-riżultati għandhom ikunu trażmessi fi żmien 12-il xahar mill-aħħar tas-sena ta’ referenza għall-impriżi msemmijin fit-Taqsima 3, ħlief l-impriżi speċjalizzati ta’ assigurazzjoni mill-ġdid, li għalihom ir-riżultati għandhom ikunu trażmessi fi żmien 18-il xahar mill-aħħar tal-perjodu ta’ referenza.
TAQSIMA 8
Kumitat Ewropew ta’ l-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol
Il-Kummissjoni se tinforma lill-Kumitat Ewropew ta’ l-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol stabbilit permezz tad-Direttiva 2004/9/KE (4) dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-modulu u dwar dawn il-miżuri kollha għall-aġġustament għal żviluppi ekonomiċi u tekniċi li jikkonċernaw il-ġbir u l-ipproċessar statistiku tad-data u l-ipproċessar u t-trażmissjoni tar-riżultati, li hi tadotta skond l-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament.
TAQSIMA 9
Perjodu tranżitorju
Ma jistax jingħata perjodu tranżitorju.
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/674/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1991 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni (ĠU L 374, 31.12.1991, p. 7). Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/46/KE (ĠU L 224, 16.8.2006, p. 1).
(2) L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1973 dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u t-twettiq tan-negozju ta’ l-assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja (ĠU L 228, 16.8.1973, p. 3). Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/68KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 323, 9.12.2005, p. 1).
(3) Id-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 rigward l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (ĠU L 345, 19.12.2002, p. 1). Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 247, 21.9.2007, p. 1).
ANNESS VI
MODULU DETTALJAT GĦALL-ISTATISTIKA STRUTTURALI DWAR L-ISTITUZZJONIJIET TA’ KREDITU
TAQSIMA 1
Għan
L-għan ta’ dan l-Anness huwa li jistabbilixxi qafas komuni għall-ġbir, il-kumpilazzjoni, it-trażmissjoni u l-valutazzjoni ta’ l-istatistika Komunitarja dwar l-istruttura, l-attività, il-kompetitività u l-ħidma tas-settur ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Dan il-modulu jinkludi lista dettaljata tal-karatteristiċi li dwarhom għandhom tiġi kumpilata l-istatistika sabiex jittejjeb l-għarfien dwar l-iżvilupp nazzjonali, Komunitarju u internazzjonali tas-settur ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu.
TAQSIMA 2
Kamp ta’ applikazzjoni
L-istatistika li għandha tinġabar għandha tirrelata għall-oqsma msemmija fl- Artikolu 1 (a), (b) u (c), u b’mod partikolari għal:
— |
l-analiżi dettaljata ta’ l-istruttura, l-attività, il-kompetitività u l-ħidma ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu; |
— |
l-iżvilupp u d-distribuzzjoni tan-negozju totali u n-negozju għal kull prodott, l-attivitajiet internazzjonali, l-impieg, il-kapital u r-riservi, u l-assi u l-obbligazzjonijiet l-oħrajn. |
TAQSIMA 3
Kopertura
1. |
L-istatistika għandha tiġi kkumpilata għall-attivitajiet ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu fi ħdan il-qasam ta’ applikazzjoni tal-klassijiet 64.19 u 64.92 tan-NACE Rev. 2. |
2. |
L-istatistika għandha tiġi kkumpilata għall-attivitajiet ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha msemmija fl-Artikolu 2(1)(a) u l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati tal-banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn (1), bl-eżenzjoni tal-banek ċentrali. |
3. |
Il-fergħat ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu msemmija fl-Artikolu 38 tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006 dwar il-bidu u t-twettiq tan-negozju ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu (riformulazzjoni) (2) li l-attività tagħhom tkun parti mill-ambitu tal-klassijiet 64.19 u 64.92 tan-NACE Rev. 2, għandhom jiġu assimilati ma’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu msemmija fil-paragrafu 2. |
TAQSIMA 4
Karatteristiċi
Il-karatteristiċi huma elenkati hawn taħt. Il-karatteristiċi fil-korsiv huma inklużi wkoll fil-listi tal-modulu komuni definit fl-Anness I. Meta l-karatteristiċi jiġu direttament mill-kontijiet annwali, is-snin tal-kontijiet li jintemmu f’ sena ta’ riferenza se jiġu assmilati mas-sena ta’ riferenza msemmija.
Il-lista tinkludi:
(a) |
il-karatteristiċi elenkati fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 86/635/KEE: in-naħa tal-assi fil-karta tal-bilanċi: numru 4; in-naħa ta’ l-obbligi fuq il-karta tal-bilanċi: in-numri 2(a) + 2(b) magħduda flimkien, in-numri 7 + 8 + 9 + 10 + 11 + 12 + 13 + 14 magħduda flimkien; |
(b) |
il-karatteristiċi elenkati fl-Artikolu 27 tad-Direttiva 86/635/KEE: nru 2, numri 3(a) + 3(b) + 3(ċ) magħduda flimkien, numru 3(a), numru 4, numru 5, numru 6, numru 7, numri 8(a) + 8(b) magħduda flimkien, numru 8(b), numru 10, numri 11 + 12 magħduda flimkien, numri 9 + 13 + 14 magħduda flimkien, numri 15 + 16 magħduda flimkien, numru 19, numri 15 + 20 + 22 magħduda flimkien, numru 23; |
(ċ) |
il-karatteristiċi addizzjonali li ġejjin:
|
(d) |
karatteristiċi li għalihom għandha tinġabar statistika annwali reġjonali:
|
TAQSIMA 5
L-ewwel sena ta’ riferenza
L-ewwel sena ta’ riferenza li għaliha għandhom jiġu kkumpilati l-karatteristiċi elenkati fit-Taqsima 4 se tkun is-sena kalendarja 2008.
TAQSIMA 6
Produzzjoni tar-riżultati
1. |
Ir-riżultati għandhom jinqassmu fil-klassijiet segwenti tan-NACE Rev. 2: 64.19 u 64.92, separatament. |
2. |
Ir-riżultati ta’ l-istatistika reġjonali għandhom jinqassmu għal-livell ta’ erba’ figuri (klassijiet) tan-NACE Rev. 2 u l-livell 1 tan- NUTS. |
TAQSIMA 7
Trażmissjoni tar-riżultati
Id-dewmien tat-trażmissjoni tar-riżultati għandu jiġi deċiż skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju imsemmija fl-Artikolu 12(3). Mhux se jkun itwal minn 10 xhur minn tmiem is-sena ta’ referenza.
TAQSIMA 8
Kumitat għall-Istatistika Monetarja, Finanzjarja u tal-Bilanċ tal-Ħlasijiet
Il-Kummissjoni se tinforma lill-Kumitat għall-Istatistika Monetarja, Finanzjarja u tal-Bilanċ tal-Ħlasijiet stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/856/KE (3) dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-modulu u dwar il-miżuri kollha għall-aġġustament għall-iżviluppi ekonomiċi u tekniċi dwar il-ġbir u l-ipproċcessar statistiku ta’ l-informazzjoni, l-ipproċessar u t-trażmissjoni tar-riżultati.
TAQSIMA 9
Studji pilota
1. |
Għall-attivitajiet koperti b’dan l-Anness, il-Kummissjoni għandha tagħmel l-istudji pilota li ġejjin li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri:
|
2. |
L-istudji pilota għandhom isiru sabiex tiġi evalwata r-rilevanza u l-fattibilità tal-ksib tad-data, filwaqt li jitqiesu l-benefiċċji tad-disponibbilità tad-data f’rabta ma’ l-ispejjeż tal-ġbir u l-piż fuq in-negozju. |
TAQSIMA 10
Perjodu tranżitorju
Ma jistax jingħata perjodu tranżitorju.
(1) ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2006/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 224, 16.8.2006, p. 1).
(2) ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2007/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 247, 21.9.2007, p. 1).
ANNESS VII
MODULU DETTALJAT DWAR STATISTIKA STRUTTURALI GĦALL-FONDI TAL-PENSJONIJIET
TAQSIMA 1
Għan
L-għan ta’ dan l-Anness huwa li jistabbilixxi qafas komuni għall-ġbir, il-kumpilazzjoni, it-trażmissjoni u l-valutazzjoni ta’ l-istatistika Komunitarja dwar l-istruttura, l-attività, il-kompetitività u r-rendiment tas-settur tal-fondi tal-pensjonijiet. Dan il-modulu jinkludi lista dettaljata tal-karatteristiċi li dwarhom għandha tiġi kumpilata l-istatistika sabiex jittejjeb l-għarfien dwar l-iżvilupp nazzjonali, Komunitarju u internazzjonali tas-settur tal-fondi tal-pensjonijiet.
TAQSIMA 2
Kamp ta’ applikazzjoni
L-istatistika li għandha tinġabar għandha tirrelata ma’ l-oqsma msemmija fl- Artikolu 1 (a), (b) u (c), u b’mod partikolari għal:
— |
l-analiżi dettaljata ta’ l-istruttura, l-attività, il-kompetitività u r-rendiment tal-fondi tal-pensjonijiet; |
— |
iżvilupp u d-distribuzzjoni tan-negozju globali, l-użanzi tal-membri tal-fondi tal-pensjonijiet, l-attivitajiet internazzjonali, l-impieg, l-investimenti u l-obbligazzjonijiet. |
TAQSIMA 3
Kopertura
1. |
L-istatistika għandha tiġi kkumpilata għall-attivitajiet kollha li huma fl-ambitu tal-grupp 65.3 tan-NACE Rev. 2. Dan il-grupp ikopri l-attivitajiet tal-fondi tal-pensjonijiet awtonomi. |
2. |
Għandha tiġi kkumpilata statistika għall-impriżi li jkollhom il-fondi tal-pensjonijiet mhux awtonomi li jitwettqu bħala attivitajiet anċillari. |
TAQSIMA 4
Karatteristiċi
1. |
Il-lista ta’ karatteristiċi elenkati hawn taħt tindika, meta huwa rilevanti, it-tip ta’ l-unità statistika li għaliha għandha tiġi kkumpilata l-istatistika. Il-karatteristiċi fil-korsiv huma inklużi wkoll fil-listi fil-tal-moduli komuni kif definit fl- Anness I. Meta l-karatteristiċi jiġu direttament mill-kontijiet annwali, is-snin tal-kontijiet li jintemmu fis-sena ta’ riferenza għandhom jiġu assimilati mas-sena ta’ riferenza msemmija. |
2. |
Il-karatteristiċi demografiċi u ta’ l-impriżi li għalihom għandha tinġabar l-istatistika annwali (għall-impriżi b’fondi tal-pensjonijiet awtonomi biss):
|
3. |
Karatteristiċi ta’ l-intrapriżi li għalihom għandha tiġi kkumpilata statistika annwali (għal intrapriżi b’ fondi tal-pensjonijiet mhux awtonomi biss):
|
TAQSIMA 5
L-ewwel sena ta’ riferenza
L-ewwel sena ta’ riferenza li għaliha jiġu kkumpilati l-karatteristiċi elenkati fit-Taqsima 4 hi s-sena kalendarja 2008.
TAQSIMA 6
Produzzjoni tar-riżultati
1. |
Ir-riżultati tal-karatteristiċi elenkati fit-Taqsima 4, paragrafu 2, għandhom jinqasmu skond il-livell ta’ erba’ figuri (klassi) tan-NACE Rev. 2. |
2. |
Ir-riżultati tal-karatteristiċi elenkati fit-Taqsima 4, paragrafu 3, għandhom jinqasmu skond il-livell tat-taqsimiet tan-NACE Rev. 2. |
TAQSIMA 7
Trażmissjoni tar-riżultati
Ir-riżultati għandhom jiġu trażmessi fi żmien 12-il xahar mill-aħħar tas-sena ta’ riferenza.
TAQSIMA 8
Kumitat Ewropew ta’ l-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol
Il-Kummissjoni se tinforma lill-Kumitat Ewropew ta’ l-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-modulu u dwar il-miżuri kollha għal aġġustament ta’ żviluppi ekonomiċi u tekniċi li jikkonċernaw il-ġbir u l-ipproċessar statistiku tad-data u l-ipproċessar u t-trażmissjoni tar-riżultati.
TAQSIMA 9
Studji pilota
Għall-attivitajiet koperti b’dan l-Anness, il-Kummissjoni se tagħmel l-istudji pilota li ġejjin li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri:
1. |
Informazzjoni aktar dettaljata dwar l-attivitajiet li jaqsmu l-fruntieri dwar il-fondi tal-pensjonijiet:
|
2. |
Data addizzjonali dwar fondi tal-pensjonijiet mhux awtonomi:
|
3. |
Informazzjoni dwar derivativi u oġġetti mhux fuq il-karta tal-bilanċi. L-istudji pilota se jitwettqu sabiex jiġu stmati r-rilevanza u l-valur ta’ l-akkwist ta’ l-informazzjoni, meta jkunu kunsidrati l-benefiċċji tad-disponibbilità ta’ l-informazzjoni f’rabta ma’ l-ispejjeż tal-ġbir u l-piż fuq in-negozju. |
TAQSIMA 10
Perjodu tranżitorju
Ma jistax jingħata perjodu tranżitorju.
ANNESS VIII
MODULU DETTALJAT GĦALL-ISTATISTIKA STRUTTURALI DWAR IS-SERVIZZI GĦAN-NEGOZJU
TAQSIMA 1
Għan
L-għan ta’ dan l-Anness huwa li jistabbilixxi qafas komuni għall-ġbir, il-kumpilazzjoni, it-trażmissjoni u l-evalwazzjoni ta’ statistika tal-Komunità dwar l-istruttura, l-attività, il-kompettitività u r-riżultati fis-settur tas-servizzi għan-negozju.
TAQSIMA 2
Kamp ta’ applikazzjoni
L-istatistika li għandha tkun ikkumpilata għandha tirrelata ma’ l-oqsma msemmijin fl-Artikolu 1(a) sa (d) u (f), b’mod partikolari ma’ lista ta’ karatteristiċi għal analiżi dettaljata ta’ l-istruttura, l-attività, il-kompetittività u t-twettiq tas-servizzi tan-negozju.
TAQSIMA 3
Kopertura
L-istatistika għandha tiġi kkumpilata għall-attivitajiet kollha taħt il-kopertura tad-diviżjonijiet 62, 69, 71, 73, u 78, u tal-gruppi 58.2, 63.1, 70.2 ta’ NACE REV. 2. Dawn is-setturi jkopru parti mill-attivitajiet ta’ Pubblikazzjoni, l-attivitajiet ta’ servizzi tat-teknoloġija ta’ l-informatika, parti mill-attivitajiet ta’ servizzi ta’ informazzjoni u attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi u attivitajiet marbuta ma’ l-impjiegi. L-istatistika f’dan il-modulu tirreferi għall-popolazzjoni ta’ l-impriżi kollha b’20 persuna impjegata jew aktar li l-attività prinċipali tagħhom hija kklassifikata fid-diviżjonijiet u l-gruppi ta’ hawn fuq. Mhux qabel l-2011, il-Kummissjoni tista’ tistitwixxi studju fuq il-ħtieġa u l-possibbiltà li jinbidel il-limitu t’isfel tal-popolazzjoni ta’ referenza. Abbażi ta’ studju bħal dan, miżuri li jimmodifikaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament rigward it-tibdil tal-limitu t’isfel se jkunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12 (3).
TAQSIMA 4
Karatteristiċi
1. |
Il-lista ta’ karatteristiċi u statistika stabbilita hawn taħt tindika l-istatistika li trid tiġi kkumpilata bi frekwenza annwali jew bijennali. L-istatisika u l-karatteristiċi indikati bil-korsiv huma inklużi wkoll fil-listi tal-modulu komuni definit fl-Anness I. |
2. |
Karatteristiċi li għalihom trid tiġi kkumpilata statistika annwali għall-impriżi fid-diviżjonijiet 62 u 78 u l-gruppi 58.2, 63.1,73.1 tan-NACE Rev. 2:
|
3. |
Karatteristiċi li għalihom statistika bijennali għandha tiġi kkumpilata għall-impriżi fil-gruppi 69.1, 69.2, 70.2, 71.1 u 71.2 u 73.2 tan-NACE Rev. 2:
|
TAQSIMA 5
L-ewwel sena ta’ riferenza
L-ewwel sena ta’ referenza li għaliha l-istatistika annwali dwar l-attivitajiet koperti mid-diviżjonijiet 62 u 78 u l-gruppi 58.2, 63.1 u 73.1 tan-NACE Rev. 2 u li għaliha l-istatistika bijennali koperta mill-gruppi 69.1, 69.2 u 70.2 tan-NACE Rev. 2 għandhom jiġu kkumpilati hija l-2008. L-ewwel sena ta’ referenza li għaliha l-istatistika bijennali dwar l-attivitajiet koperti mill-gruppi, 71.1, 71.2 u 73.2 tan-NACE Rev. 2, għandha tiġi kkumpilata hija l-2009.
TAQSIMA 6
Produzzjoni tar-riżultati
1. |
Sabiex l-istatistika tal-Komunità tkun tista’ tiġi kkumpilata, l-Istati Membri jridu jipproduċu riżultati nazzjonali komponenti maqsuma skond id-diviżjonijiet 62 u 78 u l-gruppi 58.2, 63.1, 69.1, 69.2, 70.2, 71.1, 71.2, 73.1 u 73.2 tan-NACE Rev. 2: |
2. |
Ir-riżultati dwar il-fatturat iridu wkoll jinqassmu skond il-prodott u r-residenza tal-klijent għad-diviżjoni 62 u 78 u gruppi 58.2, 63.1, 69.1, 69.2, 70.2, 71.1, 71.2, 73.1 u 73.2 tan-NACE Rev. 2. |
TAQSIMA 7
Trażmissjoni tar-riżultati
Ir-riżultati għandhom ikunu trażmessi fi żmien 18-il xahar mit-tmiem tas-sena kalendarja tal-perjodu ta’ referenza.
TAQSIMA 8
Perjodu tranżitorju
Għall-iskopijiet tal-modulu dettaljat definit f’dan l-Anness, il-perjodu ta’ tranżizzjoni m’għandux jestendi għal aktar minn tliet snin wara l-ewwel snin ta’ referenza kif indikat fit-Taqsima 5 għall-kumpilazzjoni ta’ l-istatistika indikata fit-Taqsima 4.
ANNESS IX
MODULU DETTALJAT GĦALL-ISTATISTIKA STRUTTURALI DWAR IS-SERVIZZI GĦAN-NEGOZJU
TAQSIMA 1
Għan
L-għan ta’ dan l-Anness hu li jistabbilixxi qafas komuni għall-ġbir, il-kumpilazzjoni, it-trażmissjoni u l-valutazzjoni ta’ statistika tal-Komunità dwar id-demografija tan-negozju.
TAQSIMA 2
Kamp ta’ applikazzjoni
L-istatistika li għandha tkun ikkumpilata għandha tirrelata ma’ l-oqsma msemmijin fl-Artikolu 1(a) sa (f), b’mod partikolari ma’ lista ta’ karatteristiċi għal analiżi fid-dettall tal-popolazzjoni ta’ impriżi attivi, twelid ta’ impriżi, imwiet ta’ impriżi u s-sopravivenza ta’ impriżi m’ilhomx mwielda u l-effetti relatati fuq l-istruttura, l-attività u l-evoluzzjoni tal-popolazzjoni tan-negozju.
TAQSIMA 3
Kopertura
1. |
L-istatistika għandha tiġi kkumpilata għall-attivitajiet elenkati fis-Sezzjoni 10. |
2. |
Għandhom isiru studji pilota għall-unità statistika, l-attivitajiet u l-eventi demografiċi elenkati fit-Taqsima 12. |
TAQSIMA 4
Definizzjonijiet
Għall-għan ta’ dan l-anness, tapplika d-definizzjoni li ġejja:
— |
“perjodu ta’ referenza” għandu jfisser is-sena li fiha jiġu osservati popolazzjonijiet ta’ impriżi attivi, twelid ta’ impriżi, imwiet ta’ impriżi u sopravivenzi ta’ impriżi. Issir referenza għalih bħala “t” f’Taqsima 5. |
TAQSIMA 5
Karatteristiċi
1. |
Statistika demografika annwali bl-użu ta’ l-impriża bħala unità statistika għandha tiġi kkumpilata għall-karatteristiċi li ġejjin:
|
2. |
Karatteristiċi ta’ impriżi għall-popolazzjonijiet ta’ impriżi attivi, twelid ta’ impriżi, imwiet ta’ impriżi u sopravivenza ta’ impriżi li għalihom għandha tiġi kkumpilata statistika annwali:
|
TAQSIMA 6
L-ewwel sena ta’ riferenza
L-ewwel sena ta’ referenza li għaliha hija kkumpilata statistika annwali hija kif ġej:
Sena kalendarja |
Kodiċi |
2004 |
11 91 0 , 11 92 0 , 11 93 0 , 16 91 0 , 16 91 1 , 16 92 0 , 16 92 1 , 16 93 0 u 16 93 1 |
2005 |
11 94 1 , 16 94 1 u 16 95 1 |
2006 |
11 94 2 , 16 94 2 u 16 95 2 |
2007 |
11 94 3 , 16 94 3 u 16 95 3 |
2008 |
11 94 4 , 16 94 4 u 16 95 4 |
2009 |
11 94 5 , 16 94 5 u 16 95 5 |
TAQSIMA 7
Rapport dwar il-kwalità ta’ l-istatistika
L-Istati Membri se jippreżentaw rapporti ta’ kwalità li se juru l-komparabilità tal-karatteristiċi 11 91 0 u 16 91 0 mal-karatteristiċi 11 11 0 u 16 11 0 fl-Anness I u, jekk ikun meħtieġ, il-konformità tad-data mibgħuta mal-metodoloġija komuni kif stipulat fil-manwal tar-rakkomandazzjonijiet imsemmi fit-Taqsima 11.
TAQSIMA 8
Produzzjoni tar-riżultati
1. |
Ir-riżultati għandhom jiġu analizzati sal-livell tal-analiżi dettaljata ta’ l-attivitajiet elenkati fis-Sezzjoni 10. |
2. |
Xi riżultati, li għandhom jiġu ddeterminati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12 (3), ukoll se jiġu maqsuma fi klassijiet tad-daqs sal-livell ta’ dettall elenkat fit-Taqsima 10, ħlief għat-Taqsimiet L, M u N tan-NACE Rev. 2, fejn l-analiżi dettaljata hija meħtieġa biss sal-livell tal-grupp. |
3. |
Xi riżultati, li għandhom jiġu ddeterminati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12 (3), ukoll se jiġu maqsuma skond il-forma legali sal-livell ta’ dettall elenkat fit-Taqsima 10, ħlief għat-Taqsimiet L, M u N tan-NACE Rev. 2, fejn l-analiżi dettaljata hija meħtieġa biss sal-livell tal-grupp. |
TAQSIMA 9
Trażmissjoni tar-riżultati
Ir-riżultati preliminari għall-karatteristiċi marbuta ma’ l-imwiet ta’ l-impriżi (11 93 0, 16 93 0, 16 93 1) għandhom jiġu trażmessi fi żmien 18-il xahar mit-tmiem tas-sena kalendarja tal-perjodu ta’ referenza. Ir-riżultati riveduti għal dawn il-karatteristiċi, wara l-konferma ta’ l-imwiet ta’ impriżi wara sentejn ta’ nuqqas ta’ attività, għandhom jiġu trażmessi fi żmien 30 xahar mill-istess perjodu ta’ referenza. Ir-riżultati għandhom ikunu trażmessi fi żmien 18-il xahar mit-tmiem tas-sena kalendarja tal-perjodu ta’ referenza.
Ir-riżultati għas-snin ta’ referenza qabel l-2008 għandhom jiġu trażmessi 6 xhur wara t-tmiem ta’ l-2008, ħlief għar--riżultati riveduti għall-imwiet ta’ l-impriżi (11 93 0, 16 93 0, 16 93 1) tas-snin ta’ referenza qabel 2007 għandhom jiġu trażmessi 18-il xahar wara t-tmiem ta’ 2008
TAQSIMA 10
Analiżi ta’ l-attivitajiet
1. |
Għad-data għas-snin ta’ referenza 2004 sas-sena 2007 inkluża hija pprovduta l-analiżi li ġejja li tirreferi għall-klassifikazzjoni NACE Rev. 1.1: Taqsima C Xogħol tal-minjieri u xogħol tal-barrieriBiex tkun tista’ tinġabar l-istatistika Komunitarja, l-Istati Membri se jittrażmettu riżultati nazzjonali f’komponenti mqassma skond il-livell tat-taqsima ta’ NACE Rev. 1.1. Taqsima D ManifatturaBiex tkun tista’ tinġabar l-istatistika Komunitarja, l-Istati Membri se jittrażmettu riżultati nazzjonali f’komponenti mqassma skond il-livell tas-subsezzjoni ta’ NACE Rev. 1.1 Taqsimiet E u F Elettriku, gass u provvista ta’ l-ilma u l-kostruzzjoniBiex tkun tista’ tinġabar l-istatistika Komunitarja, l-Istati Membri se jittrażmettu riżultati nazzjonali f’komponenti mqassma skond il-livell tat-taqsima ta’ NACE Rev. I Taqsima G Negozju bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta’ vetturi bil-magna, muturi u oġġetti personali u tad-darBiex tkun tista’ tinġabar l-istatistika tal-Komunità, l-Istati Membri se jittrażmettu r-riżultati nazzjonali f’komponenti għall-kodiċi G, 50, 51, 52, 52.1, 52.2, 52.3 + 52.4 + 52.5, 52.6 u 52.7 ta’ l-NACE Rev. Taqsima H Lukandi u resturantiBiex tkun tista’ tinġabar l-istatistika Komunitarja, l-Istati Membri se jittrażmettu r-riżultati nazzjonali f’komponenti għall-kodiċi 55, 55.1 + 55.2 u 55.3 + 55.4 + 55.5. ta’ l-NACE Rev. 1.1 Taqsima I Trasport, ħażna u komunikazzjoniBiex tkun tista’ tinġabar l-istatistika Komunitarja, l-Istati Membri se jittrażmettu r-riżultati nazzjonali f’komponenti għall-kodiċi I, 60, 61, 62, 63, 64, 64.1 u 64.2 ta’ l-NACE Rev. 1.1 Taqsima J Intermedjazzjoni finanzjarjaBiex tkun tista’ tinġabar l-istatistika Komunitarja, l-Istati Membri se jittrażmettu riżultati nazzjonali f’komponenti mqassma skond il-livell tad-diviżjoni ta’ l-NACE Rev. 1.1. Taqsima K Bini u artijiet, kiri u attivitajiet tan-negozjuIl-klassi 74.15 ta’ l-NACE Rev 1.1 hija eskluża mill-ambitu ta’ dan l-Anness. Biex tkun tista’ tinġabar l-istatistika Komunitarja, l-Istati Membri se jittrażmettu riżultati nazzjonali f’komponenti mqassma skond il-livell tal-klassi ta’ l-NACE Rev. 1.1. |
2. |
Id-data għas-sena ta’ referenza 2008 u ‘l quddiem se tiġi pprovduta bl-użu tal-analiżi dettaljata ta’ attivitajiet li ġejjin li jirreferru għall-klassifikazzjoni tan-NACE Rev. 2: Taqsima B Xogħol tal-minjieri u xogħol tal-barrieriBiex tkun tista’ tinġabar statistika Komunitarja, l-Istati Membri se jittrażmettu riżultati nazzjonali komponenti maqsuma sal-livell ta’ taqsima tan-NACE Rev. 2. Taqsima C ManifatturaBiex tkun tista’ tinġabar statistika Komunitarja, l-Istati Membri se jittrasmettu riżultati nazzjonali komponenti għall-kodiċi C, 10 + 11 + 12, 13 + 14, 15, 16, 17 + 18, 19, 20 + 21, 22, 23, 24 + 25, 26 + 27, 28, 29 + 30, 31 + 32 u 33 tan-NACE Rev. 2. Taqsimiet D, E u F Provvista ta’ elettriku, gass, fwar u arja kkondizzjonata; provvista ta’ l-ilma, drenaġġ, immaniġġjar ta’ l-iskart u attivitajiet ta’ rimedjazzjoni; biniBiex tkun tista’ tinġabar statistika Komunitarja, l-Istati Membri se jittrasmettu riżultati nazzjonali komponenti maqsuma sal-livell ta’ taqsima tan-NACE Rev. 2. Taqsima G Negozju bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta’ vetturi bil-mutur u muturiBiex tkun tista’ tinġabar statistika Komunitarja, l-Istati Membri se jittrasmettu riżultati nazzjonali komponenti għall-kodiċi G, 45, 46, 47, 47.1, 47.2, 47.3, 47.4 + 47.5 + 47.6 + 47.7, u 48.8 + 48.9 tan-NACE Rev. 2. Taqsimiet H u I Trasportazzjoni u ħażna; attivitajiet ta’ akkomodazzjoni u ta’ servizz ta’ ikelBiex tkun tista’ tinġabar statistika Komunitarja, l-Istati Membri se jittrasmettu riżultati nazzjonali komponenti maqsuma sal-livell ta’ diviżjoni tan-NACE Rev. 2. Taqsima J Informazzjoni u komunikazzjoniBiex tkun tista’ tinġabar statistika Komunitarja, l-Istati Membri se jittrasmettu riżultati nazzjonali komponenti maqsuma sal-livell ta’ diviżjoni tan-NACE Rev. 2 u aktar ‘l isfel sal-livell ta’ klassi tan-NACE Rev. 2 fid-diviżjoni 62. Taqsima K Attivitajiet finanzjarji u ta’ assigurazzjoniIl-grupp 64.2 tan-NACE Rev. 2 huwa eskluż mill-ambitu ta’ dan l-Anness. Biex tkun tista’ tinġabar statistika Komunitarja, l-Istati Membri se jittrasmettu riżultati nazzjonali komponenti maqsuma sal-livell ta’ diviżjoni tan-NACE Rev. 2. Taqsimiet L, M u N Attivitajiet ta’ l-artijiet u l-bini; attivitajiet ta’ servizz professjonali, xjentifiku u tekniku; attivitajiet ta’ servizz amministrattiv u ta’ appoġġBiex tkun tista’ tinġabar statistika Komunitarja, l-Istati Membri se jittrasmettu riżultati nazzjonali komponenti maqsuma sal-livell ta’ klassi tan-NACE Rev. 2. Aggregati speċjaliBiex tiġi kkumpilata statistika tal-Komunità dwar id-demografija tan-negozju għas-settur Teknoloġiku ta’ l-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni, se jiġu trażmessi numru ta’ aggregati speċjali tan-NACE Rev 2. Dawn l-aggregati se jkunu determinati b’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12 (3). |
3. |
Data dwar impriżi li għadhom kif twieldu fl-2004, fl-2005, fl-2006 u fl-2007 hija pprovduta skond it-tqassim tan-NACE Rev. 2 kif ukoll kif definit fil-paragrafu 2 ta’ din it-Taqsima. Dan jikkomprometti l-karatteristici 11 92 0, 16 92 0 u 16 92 1 għas-snin ta’ referenza ta’ hawn fuq. Dawn ir-riżultati għandhom jiġu pprovduti flimkien mad-data għas-sena ta’ referenza 2008. |
TAQSIMA 11
Manwal ta’ rakkomandazzjonijiet
Il-Kummissjoni se tippubblika manwal ta’ rakkomandazzjonijiet f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ l-Istati Membri li fih gwida supplimentari li għandha x’ taqsam ma’ l-istatistika tal-Komunità prodotta skond dan l-Anness. Il-manwal ta’ rakkomandazzjonijiet għandu jiġi ppubblikat meta dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ.
TAQSIMA 12
Studji pilota
Għall-attivitajiet koperti b’dan l-Anness, il-Kummissjoni għandha tistabilixxi l-istudji pilota li ġejjin li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri.
— |
produzzjoni tad-data bl-użu ta’ l-unità lokali bħala l-unità statistika; |
— |
produzzjoni ta’ data dwar eventi demografiċi għajr għal twelid ta’ impriżi, sopravivenzi u mwiet, u |
— |
produzzjoni ta’ data dwar it-taqsimiet P, Q, R, S tan-NACE Rev. 2. |
Jekk il-Kummissjoni, fuq il-bażi ta’ l-evalwazzjoni ta’ l-istudji pilota dwar l-attivitajiet li mhumiex marbuta mas-suq fit-Taqsimiet M sa O ta’ l-NACE Rev. 1.1, tara li l-ħtieġa ta’ l-espansjoni tal-firxa attwali ta’ dan ir-Regolament, hija se tagħmel proposta skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat.
TAQSIMA 13
Perjodu tranżitorju
Għall-iskopijiet tal-modulu fid-dettall definit f’dan l-Anness, il-perjodu tranżitorju mhux se jestendi għal aktar minn erba’ snin wara l-ewwel snin ta’ referenza għall-kumpilazzjoni ta’ l-istatistika indikata fit-Taqsima 6.
ANNESS X
REGOLAMENT MĦASSRA U EMENDI SUĊĊESSIVI
Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 58/97 (ĠU L 14, 17.1.1997, p. 1)
Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 410/98 (ĠU L 52, 21.2.1998, p. 1)
Artikolu 1 Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1614/2002 (ĠU L 244, 12.9.2002, p. 7)
Regolament (KE) Nru 2056/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 317, 21.11.2002, p. 1)
Punt 69 ta’ l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1)
Artikoli 11 u 20 u Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1)
ANNESS XI
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
Regolament (KE, Euratom) Nru 58/97 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 2 |
Artikolu 1 |
Artikolu 3 |
Artikolu 2 |
Artikolu 4, paragrafu 1 |
Artikolu 3, paragrafu 1 |
Artikolu 4, paragrafu 2 |
Artikolu 3, paragrafu 3 |
Artikolu 5 |
Artikolu 3, paragrafu 2 |
— |
Artikolu 3, paragrafu 4 |
— |
Artikolu 4 |
Artikolu 6 |
Artikolu 5 |
Artikolu 7, |
Artikolu 6, |
Artikolu 8 |
Artikolu 7 |
Artikolu 9 |
Artikolu 8, paragrafi 1, 2 |
— |
Artikolu 8, paragrafu 3 |
Artikolu 10 |
Artikolu 9 |
Artikolu 11 |
Artikolu 10 |
Artikolu 12, paragrafi (i) sa (x) |
Artikolu 11, paragrafu 1 |
— |
Artikolu 11, paragrafu 2 |
Artikolu 13 |
Artikolu 12 |
Artikolu 14 |
Artikolu 13 |
Artikolu 15 |
— |
— |
Artikolu 14 |
Artikolu 16 |
Artikolu 15 |
Anness 1, Taqsimiet 1-9 |
Anness I, Taqsimiet 1-9 |
Anness 1, Taqsima 10, paragrafu 1 u paragrafu 2 |
Anness I, Taqsima 10, paragrafu 1 u paragrafu 2, bit-tħassir |
Anness 1, Taqsima 10, paragrafi 3 u 4 |
— |
Anness 1, Taqsima 11 |
Anness I, Taqsima 11 |
Anness 2 |
Anness II |
Anness 3, Taqsimiet 1-8 |
Anness III, Taqsimiet 1-8 |
Anness 3, Taqsima 9 |
— |
Anness 3, Taqsima 10 |
Anness III, Taqsima 9 |
Anness 4, Taqsimiet 1-8 |
Anness IV, Taqsimiet 1-8 |
Anness 4, Taqsima 9 |
— |
Anness 4, Taqsima 10 |
Anness IV, Taqsima 9 |
— |
Anness V |
— |
Anness VI |
— |
Anness VII |
— |
Anness VIII |
— |
Anness IX |
— |
Anness X |
— |
Anness XI |