Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0040

    Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 6 ta’ Diċembru 2007 dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Konvenzjoni, imfassla abbażi ta’ l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, mal-Protokoll tas- 27 ta’ Settembru 1996 , mal-Protokoll tad- 29 ta’ Novembru 1996 u mat-Tieni Protokoll tad- 19 ta’ Ġunju 1997

    ĠU L 9, 12.1.2008, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/40(1)/oj

    12.1.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 9/23


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tas-6 ta’ Diċembru 2007

    dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Konvenzjoni, imfassla abbażi ta’ l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, mal-Protokoll tas-27 ta’ Settembru 1996, mal-Protokoll tad-29 ta’ Novembru 1996 u mat-Tieni Protokoll tad-19 ta’ Ġunju 1997

    (2008/40/ĠAI)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2005, u partikolarment l-Artikolu 3(4) tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-rakkommandazzjoni mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

    Billi:

    (1)

    Il-Konvenzjoni, imfassla abbażi ta’ l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (2) (minn hawn 'il quddiem “il-Konvenzjoni”) saret fi Brussell fis-26 ta’ Lulju 1995 u daħlet fis-seħħ fis-17 ta’ Ottubru 2002.

    (2)

    Il-Konvenzjoni ġiet supplimentata mill-Protokoll, imfassal abbażi ta’ l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għall-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (3) (minn hawn 'il quddiem “il-Protokoll tas-27 ta’ Settembru 1996”) li sar fi Brussell fis-27 ta’ Settembru 1996, u l-Protokoll, imfassal abbażi ta’ l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-interpretazzjoni, permezz ta’ deċiżjonijiet preliminari, mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (4) (minn hawn 'il quddiem magħruf bħala “il-Protokoll tad-29 ta’ Novembru 1996”) li sar fi Brussell fid-29 ta’ Novembru 1996. Iż-żewġ Protokolli daħlu fis-seħħ fis-17 ta’ Ottubru 2002.

    (3)

    Il-Konvenzjoni ġiet ulterjorment supplimentata mit-Tieni Protokoll, imfassal abbażi ta’ l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għall-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (5) (minn hawn 'il quddiem “it-Tieni Protokoll tad-19 ta’ Ġunju 1997”) li sar fi Brussell fid-19 ta’ Ġunju 1997, iżda li għadu ma daħalx fis-seħħ.

    (4)

    L-Artikolu 3(3) ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2005 jipprovdi li l-Bulgarija u r-Rumanija jaderixxu mal-konvenzjonijiet u l-protokolli elenkati fl-Anness I ma’ l-Att ta’ l-Adeżjoni, li jinkludu fost oħrajn il-Konvenzjoni, il-Protokoll tas-27 ta’ Settembru 1996, il-Protokoll tad-29 ta’ Novembru 1996 u t-Tieni Protokoll tad-19 ta’ Ġunju 1997. Il-konvenzjonijiet u l-protokolli elenkati fl-Anness I ma’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2005 għandhom jidħlu fis-seħħ fir-rigward tal-Bulgarija u tar-Rumanija fid-data li tiġi determinata mill-Kunsill,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    It-testi tal-Konvenzjoni, tal-Protokoll tas-27 ta’ Settembru 1996, tal-Protokoll tad-29 ta’ Novembru 1996 u tat-Tieni Protokoll tad-19 ta’ Ġunju 1997, imfassla bil-lingwa Bulgara u bil-lingwa Rumena (6), għandhom ikunu awtentiċi skond l-istess kondizzjonijiet bħat-testijiet oħra tagħhom.

    Artikolu 2

    1.   Il-Konvenzjoni, il-Protokoll tas-27 ta’ Settembru 1996 u l-Protokoll tad-29 ta’ Novembru 1996 għandhom jidħlu fis-seħħ fir-rigward tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-ewwel ġurnata ta’ l-ewwel xahar wara d-data ta’ l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, sakemm ma jkunux laħqu daħlu fis-seħħ għall-Bulgarija u r-Rumanija qabel dik id-data.

    2.   It-Tieni Protokoll tad-19 ta’ Ġunju 1997 għandu jidħol fis-seħħ fir-rigward tal-Bulgarija u tar-Rumanija fid-data li fiha jidħol fis-seħħ fir-rigward ta’ l-Istat li, bħala membru ta’ l-Unjoni Ewropea fid-data ta’ l-adozzjoni mill-Kunsill ta’ l-att li bih ikun tfassal dak il-Protokoll (7), ikun l-aħħar wieħed li jwettaq il-formalità tan-notifika msemmija fl-Artikolu 16(2) tiegħu.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Brussell, 6 ta’ Diċembru 2007.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A. COSTA


    (1)  Opinjoni tat-23 ta’ Ottubru 2007 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    (2)  ĠU C 316, 27.11.1995, p. 49.

    (3)  ĠU C 313, 23.10.1996, p. 2.

    (4)  ĠU C 151, 20.5.1997, p. 2.

    (5)  GU C 221, 19.7.1997, p. 12.

    (6)  It-test Bulgaru u t-test Rumen tal-Konvenzjoni u tal-Protokolli għalihom għandhom jiġu ppubblikati f’edizzjoni speċjali tal-Ġurnal Uffiċjali f’data aktar tard.

    (7)  Att tal-Kunsill tad-19 ta’ Ġunju 1997 li jfassal it-Tieni Protokoll għall-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU C 221, 19.7.1997, p. 11).


    Top