EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1239

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1239/2007 tat- 23 ta’ Ottubru 2007 li jemenda għas-87 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001

ĠU L 280, 24.10.2007, p. 11–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1239/oj

24.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 280/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1239/2007

tat-23 ta’ Ottubru 2007

li jemenda għas-87 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra fir-rigward tat-Taliban ta’ l-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 7(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mis-sekwestrar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skond dak ir-Regolament.

(2)

Fil-21 u s-27 ta' Settembru u d-9 ta' Ottubru 2007, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandhom japplikaw l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi. L-Anness I għandu għalhekk ikun emendat.

(3)

Biex jiġi garantit li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Eneko LANDÁBURU

Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1104/2007 tal-Kummissjoni (ĠU L 205, 26.9.2007, p. 3).


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu miżjuda taħt l-intestatura “Persuni naturali”:

(a)

“Fahd Muhammad ‘Abd Al-‘Aziz Al-Khashiban (magħruf ukoll bħala (a) Fahad H. A. Khashayban, (b) Fahad H. A. al-Khashiban, (ċ) Fahad H. A. Kheshaiban, (d) Fahad H. A. Kheshayban, (e) Fahad H. A. al-Khosiban, (f) Fahad H. A. Khasiban, (g) Fahd Muhammad ‘Abd Al-‘Aziz al-Khashayban h) Fahd Muhammad’Abd al-‘Aziz al-Khushayban, (i) Fahad al-Khashiban, (j) Fahd Khushaiban, (k) Fahad Muhammad A. al-Khoshiban, (l) Fahad Mohammad A. al-Khoshiban, (m) Abu Thabit, (n) Shaykh Abu Thabit, (o) Shaykh Thabet, (p) Abu Abdur Rahman, (q) Abdur Abu Rahman). Data tat-twelid: 16.10.1966. Post tat-twelid: ‘Aniza, l-Għarabja Sawdita. Informazzjoni oħra: Involut fl-iffinanzjar tal-Grupp Abu Sayyjaf, u l-forniment ta' għajnuna mod ieħor lil dan il-Grupp.”

(b)

“Abdul Rahim Al-Talhi (magħruf ukoll bħala (a) ‘Abdul-Rahim Hammad al-Talhi, (b) Abd’ Al-Rahim Hamad al-Tahi, (ċ) Abdulrheem Hammad A Altalhi, (d) Abe Al-Rahim al-Talahi, (e) Abd Al-Rahim Al Tahli, (f) ‘Abd al-Rahim al-Talhi, (g) Abdulrahim Al Tahi, (h) Abdulrahim al-Talji, (i) ‘Abd-Al-Rahim al Talji, (j) Abdul Rahim, (k) Abu Al Bara’a Al Naji, (l) Shuwayb Junayd. Indirizz: Buraydah, l-Għarabja Sawdita. Data tat-twelid: 8.12.1961. Post tat-twelid: Al-Taif, l-Għarabja Sawdita; Nru tal-passaport: F275043, maħruġ fid-29.5.2004, u jiskadi fil-5.4.2009. Nazzjonalità: mill-Għarabja Sawdita. Informazzjoni oħra: Involut fl-iffinanzjar tal-Grupp Abu Sayyaf, u l-forniment ta' l-armi u ta' għajnuna mod ieħor lil dan il-Grupp.”

(c)

“Muhammad ‘Abdallah Salih Sughayr (magħruf ukoll bħala (a) Muhammad’ Abdallah Salih Al-Sughayir, (b) Muhammad’ Abdallah Salih Al-Sughaier, (ċ) Muhammad’ Abdallah Salih Al-Sughayer, (d) Mohd Al-Saghir, (e) Muhammad Al-Sugayer, (f) Muhammad ’Abdallah Salih Al-Sughair, (g) Muhammad ‘Abdallah Salih Al-Sugair, (h) Muhammad’ Abdallah Salih Al-Suqayr, (i) Abu Bakr, (j) Abu Abdullah. Data tat-twelid: (a) 20.8.1972, (b) 10.8.1972. Post tat-twelid: Al-Karawiya, Għarabja Sawdita. Informazzjoni oħra: Involut fl-iffinanzjar, il-forniment ta' l-armi, ir-reklutaġġ u l-forniment ta' tipi oħra ta' għajnuna għall-grupp Abu Sayyaf.”

(2)

L-annotazzjoni “Ghafoor, Abdul, Maulavi (Deputat Ministru ta' l-Agrikoltura)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Abdul Ghafoor. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru ta' l-Agrikoltura tar-reġim Taliban. Post tat-twelid: Il-provinċja ta' Kunar fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.”

(3)

L-annotazzjoni “Manan, Mawlawi Abdul, Is-Sur (Attaché Kummerċjali, l-Ambaxxata Talibana, Abu Dhabi)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Abdul Manan. Titolu: (a) Is-Sur, (b) Mawlawi. Funzjoni: Attaché Kummerċjali, l-Ambaxxata Talibana, Abu Dhabi. Nazzjonalità: Afgana.”

(4)

L-annotazzjoni “Wahab, Malawi Abdul Taliban (Chargé d'Affaires f'Riyadh)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Abdul Wahab. Titolu: Malawi. Funzjoni: Chargé d'Affaires Taliban f'Riyadh taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1973. Post tat-twelid: Il-provinċja ta' Farjab fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.”

(5)

L-annotazzjoni “Janan, Mullah (Gvernatur ta' Fariab)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Janan Agha. Titolu: Mullah. Funzjoni: Gvernatur tal-provinċja ta' Fariab (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1958. Post tat-twelid: il-provinċja ta' l-Uruzgan Ċentrali fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.”

(6)

L-annotazzjoni “Ahmadi, Haji M., Mullah (President tal-Bank Da Afghanistan)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Mohammad Ahmadi. Titolu: (a) Mullah, (b) Haji. Funzjoni: President tal-Bank Da Afghanistan taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1963. Post tat-twelid: id-distrett ta' Daman, il-provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.”

(7)

L-annotazzjoni “Shafiq, M, Mullah (Gvernatur tal-Provinċja ta' Samangan)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Mohammad Shafiq Ahmadi. Titolu: Mullah. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta' Samangan (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban.”

(8)

L-annotazzjoni “Akhund, Ahmed Jan, Mullah (Ministru ta' l-Ilma u d-Dawl)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Ahmed Jan Akhund. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Ministru ta' l-Ilma u d-Dawl tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1953 u l-1958. Post tat-twelid: Il-provinċja ta' Kandaħar fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.”

(9)

L-annotazzjoni “Akhund, Attiqullah, Maulavi (Deputat Ministru ta' l-Agrikoltura)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b:

“Attiqullah Akhund. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru ta' l-Agrikoltura tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1953. Post tat-twelid: id-distrett ta' Shawali Kott, Kandahar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.”

(10)

L-annotazzjoni “Akhund, Mohammad Abbas, Mullah (Ministru tas-Saħħa Pubblika)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Mohammad Abbas Akhund. Titolu: Mullah. Funzjoni: Ministru tas-Saħħa Pubblika tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1963. Post tat-twelid: Kandaħar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.”

(11)

L-annotazzjoni “Akhund, Alhaj Mohammad Essa, Mullah (Ministru tal-Minjieri u l-Industriji)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Mohammad Essa Akhund. Titolu: (a) Alhaj, (b) Mullah. Funzjoni: Ministru ta' l-Ilma, is-Sanità u d-Dawl tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1958. Post tat-twelid: id-distrett ta' Spinboldak, il-provinċja ta' Kandaħar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.”

(12)

L-annotazzjoni “Akhundzada, Mohammad Sediq (Deputat Ministru tal-Martri u r-Ripatrijazzjoni)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Mohammad Sediq Akhundzada. Funzjoni: Deputat Ministru tal-Martri u r-Ripatrijazzjoni tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1953 u l-1958. Post tat-twelid: Il-provinċja ta' Kandaħar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.”

(13)

L-annotazzjoni “Jan, Ahmad, Maulavi (Gvernatur tal-Provinċja ta' Zabol)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Ahmad Jan Akhunzada. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta' Zabol (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Post tat-twelid: Il-provinċja ta' Urazgan, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.”

(14)

L-annotazzjoni “Eshaq M. (Gvernatur tal-Provinċja ta' Laghman)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Mohammad Eshaq Akhunzada. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta' Laghman (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1963 u l-1968. Post tat-twelid: id-distrett ta' Qarabajh, il-provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.”

(15)

L-annotazzjoni “Akhund, Dadullah, Maulavi (Ministru tal-Kostruzzjoni)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Allahdad (magħruf ukoll bħala Akhund). Titolu: Maulavi. Funzjoni: Ministru tal-Kostruzzjoni tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1953. Post tat-twelid: id-distrett ta' Spinboldak, il-provinċja ta' Kandaħar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.”

(16)

L-annotazzjoni “Amin, Aminullah, Maulavi (Gvernatur tal-Provinċja ta' Saripul)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Aminullah Amin. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta' Saripul (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Nazzjonalità: Afgana.”

(17)

L-annotazzjoni “Aminzai, Shams-us-Safa (Ċentru Stampa, Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Shams-us-Safa Aminzai. Funzjoni: Ċentru Stampa, Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin tar-reġim Taliban. Nazzjonalità: Afgana.”

(18)

L-annotazzjoni “Mohammad Sadiq Amir Mohammad. Titolu: (a) Alhaj, (b) Maulavi. Funzjoni: Kap ta' l-Aġenzija tal-Kummerċ Afgana, Peshawar, il-Pakistan Data tat-twelid: 1934. Post tat-twelid: Ghazni, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Nru tal-passaport: SE 011252 (passaport Afgan)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Mohammad Sadiq Amir Mohammad. Titolu: (a) Alhaj, (b) Maulavi. Funzjoni: Kap ta' l-Aġenzija tal-Kummerċ Afgana, Peshawar, il-Pakistan taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: 1934. Post tat-twelid: Ghazni, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Nru tal-passaport: SE 011252 (passaport Afgan).”

(19)

L-annotazzjoni “Aref, Arefullah, Mullah (Deputat Ministru tal-Finanzi)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Arefullah Aref. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru tal-Finanzi tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1958. Post tat-twelid: id-distrett ta' Zurmat, il-provinċja ta' Paktia, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.”

(20)

L-annotazzjoni “Sayed Esmatullah Asem (magħruf ukoll bħala Esmatullah Asem). Titolu: Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru tal-Prevenzjoni tal-Vizzju u l-Propagazzjoni tal-Virtù tar-reġim Taliban, (b) Segretarju Ġenerali tas-Soċjetà Afgana tan-Nofs Qamar Aħmar (ARCS) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor l-1967. Post tat-twelid: il-provinċja ta' Ningarhar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tat-tmexxija tat-Taliban sa minn Mejju 2007, (b) Huwa maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera ta' bejn l-Afganistan u l-Pakistan”’ taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Sayed Esmatullah Asem (magħruf ukoll bħala Esmatullah Asem). Titolu: Maulavi. Funzjoni: (a) Deputat Ministru tal-Prevenzjoni tal-Vizzju u l-Propagazzjoni tal-Virtù tar-reġim Taliban, (b) Segretarju Ġenerali tas-Soċjetà Afgana tan-Nofs Qamar Aħmar (ARCS) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1967. Post tat-twelid: il-provinċja ta' Ningarhar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tat-tmexxija tat-Taliban sa minn Mejju 2007, (b) Huwa maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera ta' bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Membri tal-Kunsill tat-Taliban ta' Peshawar.”

(21)

L-annotazzjoni “Atiqullah, Hadji Molla (Deputat Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Titolu Atiqullah: (a) Hadji, (b) Molla. Funzjoni: Deputat Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi tar-reġim Taliban. Nazzjonalità: Afgana.”

(22)

L-annotazzjoni “Azizirahman, Is-Sur (Third Secretary, l-Ambaxxata Talibana, Abu Dhabi)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Azizirahman. Titolu: Is-Sur. Funzjoni: Third Secretary, l-Ambaxxata Talibana, Abu Dhabi. Nazzjonalità: Afgana.”

(23)

L-annotazzjoni “Hakimi, Gul Ahmad, Maulavi (Attaché Kummerċjali, il-Konsulat Ġenerali, Karachi)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Gul Ahmad Hakimi. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Attaché Kummerċjali, il-Konsulat Ġenerali tat-Taliban, Karachi. Nazzjonalità: Afgana.”

(24)

L-annotazzjoni “Hamdullah, Maulavi (Attaché tar-Ripatrijazzjoni, il-Konsulat Ġenerali, Quetta)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Hamdullah. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Attaché tar-Ripatrijazzjoni, il-Konsulat Ġenerali, Quetta. Nazzjonalità: Afgana.”

(25)

L-annotazzjoni “Hamidi, Zabihullah (Deputat Ministru ta' l-Edukazzjoni Għolja)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Zabihullah Hamidi; Funzjoni: Deputat Ministru ta' l-Edukazzjoni Għolja tar-reġim Taliban. Nazzjonalità: Afgana.”

(26)

L-annotazzjoni “Jallalouddine Haqani (magħruf ukoll bħala (a) Jalaluddin Haqani, (b) Jallalouddin Haqqani). Titolu: Maulavi. Funzjoni: Ministru ta' l-Affarijiet tal-Fruntieri tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor l-1942. Post tat-twelid: Il-provinċja ta' Khost, id-distrett ta' Żadran, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Mexxej attiv tat-Taliban, (b) Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera ta' bejn l-Afganistan u l-Pakistan” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Jallalouddine Haqani (magħruf ukoll bħala (a) Jalaluddin Haqani, (b) Jallalouddin Haqqani). Titolu: Maulavi. Funzjoni: Ministru ta' l-Affarijiet tal-Fruntieri tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1942. Post tat-twelid: Il-provinċja ta' Khost, id-distrett ta' Żadran, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Mexxej attiv tat-Taliban, (b) Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera ta' bejn l-Afganistan u l-Pakistan. (c) Allegatament miet f'Ġunju 2007.”

(27)

L-annotazzjoni “Sayeedur Rahman Haqani (magħruf ukoll bħala Sayed Urrahman). Titolu: Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru tal-Minjieri u l-Industriji tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor l-1952. Post tat-twelid: il-provinċja ta' Kunar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: mill-Provinċja ta' Laghman, l-Afganistan” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Sayeedur Rahman Haqani (magħruf ukoll bħala Sayed Urrahman). Titolu: Maulavi. Funzjoni: (a) Deputat Ministru tal-Minjieri u l-Industriji tar-reġim Taliban, (b) Deputat Ministru tax-Xogħolijiet Pubbliċi tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1952. Post tat-twelid: il-provinċja ta' Kunar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: mill-provinċja ta' Laghman, l-Afganistan.”

(28)

L-annotazzjoni “Abdul Jalil (magħruf ukoll bħala Nazar Jan). Titolu: (a) Maulavi, (b) Mullah. Funzjoni: Deputat Ministru ta' l-Affarijiet Barranin tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor l-1963. Post tat-twelid: id-distrett ta' Arghandaab, il-provinċja ta' Kandaħar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Huwa maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera ta' bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (b) Membru tal-Kunsill tat-Tmexxija tat-Taliban minn Mejju 2007” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Abdul Jalil Haqqani (magħruf ukoll bħala Nazar Jan). Titolu: (a) Maulavi, (b) Mullah. Funzjoni: Deputat Ministru ta' l-Affarijiet Barranin tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1963. Post tat-twelid: id-distrett ta' Arghandaab, il-provinċja ta' Kandaħar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Huwa maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera ta' bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (b) Membru tat-tmexxija tat-Taliban sa minn Mejju 2007, (c) Membri tal-Kummissjoni tal-Finanzi tal-Kunsill tat-Taliban.”

(29)

L-annotazzjoni “Ezatullah Haqqani. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru ta' l-Ippjanar tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor l-1957. Post tat-twelid: Il-provinċja ta' Laghman fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: huwa maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera ta' bejn l-Afganistan u l-Pakistan” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Ezatullah Haqqani. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru ta' l-Ippjanar tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1957. Post tat-twelid: Il-provinċja ta' Laghman fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera ta' bejn l-Afganistan u l-Pakistan.”

(30)

L-annotazzjoni “Turab, Hidayatullah Abu (Deputat Ministru ta' l-Avjazzjoni Ċivili)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

Hidayatullah (magħruf ukoll bħala Abu Turab). Funzjoni: Deputat Ministru ta' l-Avjazzjoni Ċivili tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1968. Post tat-twelid: id-distrett ta' Arghandab, fil-provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.”

(31)

L-annotazzjoni “Najibullah Haqqani Hydayetullah (magħruf ukoll bħala Najibullah Haqani). Titolu: Maulavi. Funzjoni: (a) Deputat Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi tar-reġim Taliban, (b) Deputat Ministru tal-Finanzi tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor l-1964. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Mill-Afganistan tal-Lvant, (b) Membru tal-‘Kunsill’ tat-Taliban fil-provinċja ta' Kunar, l-Afganistan, sa minn Mejju 2007, (c) Kuġin ta' Moulavi Noor Jalal” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Najibullah Haqqani Hydayetullah (magħruf ukoll bħala Najibullah Haqani). Titolu: Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru tal-Finanzi tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1964. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Mill-Afganistan tal-Lvant, (b) Membru tal-‘Kunsill’ tat-Taliban fil-provinċja ta' Kunar, l-Afganistan, sa minn Mejju 2007, (c) Kuġin ta' Moulavi Noor Jalal.”

(32)

L-annotazzjoni “Rauf, Abdul, Mullah (Kmandant tal-Korp Ċentrali)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Abdul Rauf Khadem. Titolu: Mullah. Funzjoni: Kmandant tal-Korp Ċentrali taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1958 u l-1963. Post tat-twelid: Uruzgan/Kandahar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.”

(33)

L-annotazzjoni “Khairkhwah, Khair Mohammad, Maulavi (Gvernatur tal-Provinċja ta' Ħerat)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Khairullah Mohammad Khairkhwah. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta' Ħerat (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1963. Post tat-twelid: id-distrett ta' Argistan, il-provinċja ta' Kandaħar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.”

(34)

L-annotazzjoni “Kmalzada Shamsalah, Is-Sur (Second Secretary, l-Ambaxxata Talibana, Abu Dhabi)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Shamsalah Kmalzada. Titolu: Is-Sur. Funzjoni: Second Secretary, l-Ambaxxata Talibana, Abu Dhabi. Nazzjonalità: Afgana.”

(35)

L-annotazzjoni “Madani, Jan Mohammad, Is-Sur (Chargé d'Affaires, l-Ambaxxata Talibana, Abu Dhabi)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Jan Mohmmad Madani. Titolu: Is-Sur. Funzjoni: Chargé d'Affaires, l-Ambaxxata Talibana, Abu Dhabi. Nazzjonalità: Afgana.”

(36)

L-annotazzjoni “Zia-ur-Rahman Madani (magħruf ukoll bħala (a) Ziaurrahman Madani, (b) Zaia u Rahman Madani, (c) Madani Saheb) Titolu: Maulavi. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta' Logar taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor l-1960. Post tat-twelid: Taliqan, il-provinċja ta' Takhar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: responsabbli għall-affarijiet militari Talibani fil-provinċja ta' Takhar, l-Afganistan, sa minn Mejju ta' l-2007” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Zia-ur-Rahman Madani (magħruf ukoll bħala (a) Ziaurrahman Madani, (b) Zaia u Rahman Madani, (c) Madani Saheb). Titolu: Maulavi. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta' Logar (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1960. Post tat-twelid: Taliqan, il-provinċja ta' Takhar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) responsabbli għall-affarijiet militari Talibani fil-provinċja ta' Takhar, l-Afganistan, sa minn Mejju ta' l-2007, (b) responsabbli għall-provinċja ta' Nangahar.”

(37)

L-annotazzjoni “Mohammad Husayn Mustasaeed (magħruf ukoll bħala (a) Mohammad Hassan Mastasaeed, (b) Mstasaeed, (c) Mostas’eed). Titolu: Mullah. Funzjoni: Kap ta' l-Akkademja tax-Xjenzi taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor l-1964. Informazzjoni oħra: huwa maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera ta' bejn l-Afganistan u l-Pakistan” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Mohammad Husayn Mastasaeed (magħruf ukoll bħala (a) Mohammad Hassan Mastasaeed, (b) Mstasaeed, (c) Mostas’eed). Titolu: Mullah. Funzjoni: Kap ta' l-Akkademja tax-Xjenzi taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor l-1964. Informazzjoni oħra: maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera ta' bejn l-Afganistan u l-Pakistan.”

(38)

L-annotazzjoni “Mati, Mohammadullah, Maulavi (Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Mohammadullah Mati. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Ministru tax-Xogħolijiet Pubbliċi tar-reġim Taliban. Post tat-twelid: id-distrett ta' Arghandab, il-provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.”

(39)

L-annotazzjoni “Matiullah, Mullah, il-bini tad-Dwana ta' Kabul” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Matiullah; Titolu: Mullah. Funzjoni: Direttur, il-bini tad-Dwana ta' Kabul taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1973. Post tat-twelid: id-distrett ta' Daman, il-provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.”

(40)

L-annotazzjoni “Mazloom, Fazel M, Mullah (Deputat Kap tal-Persunal ta' l-Armata)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Fazel Mohammad Mazloom. Titolu: Mullah. Funzjoni: Deputat Kap tal-Persunal ta' l-Armata tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1963 u l-1968. Post tat-twelid: Uruzgan, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.”

(41)

L-annotazzjoni “Mohammad, Nazar, Maulavi (Gvernatur tal-Provinċja ta' Kunduz)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Nazar Mohammad. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta' Kunduz (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Nazzjonalità: Afgana.”

(42)

L-annotazzjoni “Homayoon, Mohammad, Eng. (Deputat Ministru ta' l-Ilma u tad-Dawl)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Mohammad Homayoon. Titolu: Eng. Funzjoni: Deputat Ministru ta' l-Ilma u tad-Dawl tar-reġim Taliban. Nazzjonalità: Afgana.”

(43)

L-annotazzjoni“Mohammadi, Shafiqullah, Maulavi (Gvernatur tal-Provinċja ta' Khost)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Mohammad Shafiq Mohammadi. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta' Khost (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1948. Post tat-twelid: il-provinċja ta' Uruzgan, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.”

(44)

L-annotazzjoni “Muhammad Islam Mohammadi. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta' Bamiyan, l-Afganistan. Data tat-twelid: bejn l-1953 u l-1958. Post tat-twelid: id-distrett ta' Rori-Du-Aab, il-provinċja ta' Samangan, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: Allegatament miet.” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Muhammad Islam Mohammadi. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta' Bamiyan (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: bejn l-1953 u l-1958. Post tat-twelid: id-distrett ta' Rori-Du-Aab, il-provinċja ta' Samangan, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: allegatament miet fl-2007.”

(45)

L-annotazzjoni “Rasul, M, Mullah (Gvernatur tal-Provinċja ta' Nimroz)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Mohammad Rasul. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta' Nimroz (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1958 u l-1963. Post tat-twelid: id-distrett ta' Spinboldak, il-provinċja ta' Kandaħar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.”

(46)

L-annotazzjoni “Wali, Mohammad, Maulavi (Ministru tad-Dipartiment tal-Prevenzjoni tal-Vizzji u l-Propagazzjoni tal-Virtù)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Mohammad Wali. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Ministru tad-Dipartiment tal-Prevenzjoni tal-Vizzji u l-Propagazzjoni tal-Virtù tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1965. Post tat-twelid: Il-provinċja ta' Kandaħar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.”

(47)

L-annotazzjoni “Yaqoub, Mohammad, Maulavi (Kap tal-BIA)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Mohammad Yaqoub. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Kap tal-BIA taħt ir-reġim Taliban. Nazzjonalità: Afgana.”

(48)

L-annotazzjoni “Abdul Hakim Mujahid Moh Aurang (magħruf ukoll bħala Abdul Hakim Mojahed). Titolu: Maulavi. Funzjoni: ‘mibgħut’ Taliban għan-Nazzjonijiet Uniti. Indirizz: Il-kwartier tad-distrett ta' Dehbori f'Kabul, l-Afganistan. Data tat-twelid: 1956. Post tat-twelid: ir-raħal ta' Khajakhel fid-distrett ta' Sharan fil-provinċja ta' Paktika, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Nru ta' l-identifikazzjoni nazzjonali: (50) 106266” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Abdul Hakim Mujahid Moh Aurang (magħruf ukoll bħala Abdul Hakim Mojahed). Titolu: Maulavi. Funzjoni: ‘mibgħut’ Taliban għan-Nazzjonijiet Uniti matul ir-reġim Taliban. Indirizz: Il-kwartier tad-distrett ta' Dehbori f'Kabul, l-Afganistan. Data tat-twelid: 1956. Post tat-twelid: ir-raħal ta' Khajakhel fid-distrett ta' Sharan fil-provinċja ta' Paktika, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Nru ta' l-identifikazzjoni nazzjonali: 106266”

(49)

L-annotazzjoni “Motaqi, Amir Khan, Mullah (Ministru ta' l-Edukazzjoni)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Amir Khan Motaqi (magħruf ukoll bħala Amir Khan Motaqi). Titolu: Mullah. Funzjoni: (a) Ministru ta' l-Edukazzjoni tar-reġim Taliban, (b) rappreżentant tat-Taliban f'taħditiet mmexxija minn NU matul ir-eġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1968. Post tat-twelid: Il-provinċja ta' Ħelmand, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.”

(50)

L-annotazzjoni “Jamal, Motmaen, Abdulhai (Dipartiment ta' l-Informazzjoni u l-Kultura, Kandaħar)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Abdulhai Motmaen. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Direttur, Dipartiment ta' l-Informazzjoni u l-Kultura, Kandaħar, l-Afganistan, matul ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1973. Post tat-twelid: il-provinċja ta' Żabul, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.”

(51)

L-annotazzjoni “Muazen, Samiullah, Maulavi (Deputat tal-Qorti Superjuri)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Rafiullah Muazen. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Deputat tal-Qorti Superjuri taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1943. Post tat-twelid: il-provinċja ta' Paktia, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.”

(52)

L-annotazzjoni “Mohammad, Nik, Maulavi (Deputat Ministru tal-Kummerċ)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Nik Mohammad. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru tal-Kummerċ tar-reġim Taliban. Nazzjonalità: Afgana.”

(53)

L-annotazzjoni “Nomani, Hamidullah, Maulavi (uffiċjal għoli fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni Għolja)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Hamdullah Nomani. Titolu: Maulavi. Funzjoni: uffiċjal għoli fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni Għolja taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1968. Post tat-twelid: il-provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.”

(54)

L-annotazzjoni “Noorani, Mufti Mohammad Aleem (First Secretary, il-Konsulat Ġenerali, Karachi)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Mohammad Aleem Noorani. Titolu: Mufti. Funzjoni: First Secretary, il-Konsulat Ġenerali tat-Taliban, Karachi. Nazzjonalità: Afgana.”

(55)

L-annotazzjoni “Nuri, Maulavi Nurullah (Gvernatur tal-Provinċja ta' Balkh, Kap taż-Żona tat-Tramuntana)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Nurullah Nuri. Titolu: Maulavi. Funzjoni: (a) Gvernatur tal-Provinċja ta' Balkh (Afganistan) taħt ir-reġim Taliban, (b) Kap taż-Żona tat-Tramuntanta taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1958. Post tat-twelid: id-distrett ta' Shahjoe, fil-provinċja ta' Żabul, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.”

(56)

L-annotazzjoni “Omar, Mohammed, Mullah, Mexxej tal-Fidili (‘Amir ul-Mumineen’), Afganistan” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Mohammed Omar. Titolu: Mullah. Funzjoni: Mexxej tal-Fidili (‘Amir ul-Mumineen’), Afganistan. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1966. Post tat-twelid: il-provinċja ta' Uruzgan, il-villaġġ ta' Adehrawood. Nazzjonalità: Afgana.”

(57)

L-annotazzjoni “Jabbar, Abdul, Maulavi (Gvernatur tal-Provinċja ta' Baghlan)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Abdul Jabbar Omari. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta' Baghlan (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1958. Post tat-twelid: Żabul, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.”

(58)

L-annotazzjoni “Omari, Alhaj M. Ibrahim (Deputat Ministru ta' l-Affarijiet tal-Fruntieri)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Mohammad Ibrahim Omari. Titolu: Alhaj. Funzjoni: Deputat Ministru ta' l-Affarijiet tal-Fruntieri tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1958. Post tat-twelid: il-wied ta' Żadran, il-provinċja ta' Khost, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.”

(59)

L-annotazzjoni “Abdul Salam Hanafi Ali Mardan Qul (magħruf ukoll bħala (a) Abdussalam Hanifi, (b) Hanafi Saheb). Titolu: (a) Mullah, (b) Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru ta' l-Edukazzjoni tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1968. Post tat-twelid: id-distrett ta' Darzab id-distrett ta' Faryab, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: membru tat-Taliban responsabbli għall-provinċja ta' Jawzjan, l-Afganistan sa minn Mejju 2007” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Abdul Salam Hanafi Ali Mardan Qul (magħruf ukoll bħala (a) Abdussalam Hanifi, (b) Hanafi Saheb). Titolu: (a) Mullah, (b) Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru ta' l-Edukazzjoni tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1968. Post tat-twelid: id-distrett ta' Darzab, id-distrett ta' Faryab, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: membru tat-Taliban responsabbli għall-Afganistan tat-Tramuntana sa minn Mejju 2007.”

(60)

L-annotazzjoni “Rahimi, Yar Mohammad Mullah (Ministru tal-Komunikazzjoni)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Yar Mohammad Rahimi. Titolu: Mullah. Funzjoni: Ministru ta' l-Komunikazzjoni tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1953. Post tat-twelid: id-distrett ta' Panjwaee, il-provinċja ta' Kandaħar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.”

(61)

L-annotazzjoni “Rahmani, M. Hasan, Mullah (Gvernatur tal-Provinċja ta' Kandaħar)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Mohammad Hasan Rahmani. Titolu: Mullah. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta' Kandaħar (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1963. Post tat-twelid: id-distrett ta' Panjwae, il-provinċja ta' Kandaħar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.”

(62)

L-annotazzjoni “Reshad, Habibullah, Mullah (Kap tad-Dipartiment ta' l-Investigazzjoni)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Habibullah Reshad. Titolu: Mullah. Funzjoni: Kap tad-Dipartiment ta' l-Investigazzjoni taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1968 u l-1973. Post tat-twelid: il-provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.”

(63)

L-annotazzjoni “Salek, Abdulhai, Maulavi (Gvernatur tal-Provinċja ta' Urouzgan)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Abdulhai Salek. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta' Urouzgan (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Nazzjonalità: Afgana.”

(64)

L-annotazzjoni “Sanani, Maulavi, Kap tad-Dar-ul-Efta” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

Sanani. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Kap tad-Dar-ul-Efta taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1923. Post tat-twelid: il-provinċja ta' Żabul, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.”

(65)

L-annotazzjoni “Saqib, Noor Mohammad (Prim Imħallef tal-Qorti Suprema)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Noor Mohammad Saqib. Funzjoni: Prim Imħallef tal-Qorti Suprema tar-reġim Tabilan. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1958. Post tat-twelid: id-distrett ta' Bagrami, il-provinċja ta' Kabul, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.”

(66)

L-annotazzjoni “Ehsanullah, Maulavi (Deputat Ministru tas-Sigurtà (Intelliġenza))” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Ehsanullah Sarfida. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru tas-Sigurtà (Intelliġenza) tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1963. Post tat-twelid: id-distrett ta' Qarabagh, il-provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.”

(67)

L-annotazzjoni “Sayyed, Saiduddine, Maulavi (Viċi-Ministru tax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Saduddin Sayyed (magħruf ukoll bħala (a) Sadudin Sayed, (b) Sadruddin). Titolu: (a) Maulavi, (b) Alhaj, (c) Mullah. Funzjoni: (a) Viċi-Ministru tax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali tar-reġim Taliban, (b) Sindku tal-Belt ta' Kabul taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1968. Post tat-twelid: id-distrett ta' Chaman, il-Pakistan.”

(68)

L-annotazzjoni “Qari Abdul Wali Seddiqi. Funzjoni: Third Secretary. Data tat-twelid: 1974. Post tat-twelid: Ghazni, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Nru tal-passaport: D 000769 (maħruġ fit-2.2.1997)” taħt it-titolu “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Qari Abdul Wali Seddiqi. Funzjoni: Third Secretary taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: 1974. Post tat-twelid: Ghazni, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Nru tal-passaport: D 000769 (passaport Afgan maħruġ fit-2.2.1997).”

(69)

L-annotazzjoni “Shafiq, A. Wahed, Maulavi (Deputat Gvernatur tal-Provinċja ta' Kabul)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Abdul Wahed Shafiq. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Deputat Gvernatur tal-Provinċja ta' Kabul (Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1968. Post tat-twelid: il-provinċja ta' Ningarhar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.”

(70)

L-annotazzjoni “Shaheen, Mohammad Sohail (Second Secretary, l-‘Ambaxxata’ Talibana, Iżlamabad)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Mohammad Sohail Shaheen. Funzjoni: Second Secretary, l-‘Ambaxxata’ Talibana Iżlamabad. Nazzjonalità: Afgana.”

(71)

L-annotazzjoni “Hamsudin, Maulavi (Gvernatur tal-Provinċja ta' Wardak (Maidan))” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Shamsudin. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta' Wardak (Maidan) (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1968. Post tat-twelid: id-distrett ta' Keshim, il-provinċja ta' Badakhshan, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.”

(72)

L-annotazzjoni “Sharif, Mohammad (Deputat Ministru ta' l-Affarijiet Interni)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Mohammad Sharif. Funzjoni: Deputat Ministru ta' l-Affarijiet Interni tar-reġim Taliban. Nazzjonalità: Afgana.”

(73)

L-annotazzjoni “Shinwari, Jalaluddine, Maulavi (Deputat Ministru tal-Ġustizzja)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Jalaluddine Shinwari. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru tal-Ġustizzja tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1968. Post tat-twelid: id-distrett ta' Shinwar, il-provinċja ta' Ningarhar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.”

(74)

L-annotazzjoni “Siddiqmal, Mohammad Sarwar (Third Secretary, l-‘Ambaxxata’ Talibana, Iżlamabad)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Mohammad Sarwar Siddiqmal. Funzjoni: Third Secretary, l-‘Ambaxxata’ Talibana Iżlamabad. Nazzjonalità: Afgana.”

(75)

L-annotazzjoni “Stanekzai, Sher Abbas (Deputat Ministru tas-Saħħa Pubblika)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Sher Mohammad Abbas Stanekzai. Funzjoni: Deputat Ministru tas-Saħħa Pubblika tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1963. Post tat-twelid: il-provinċja ta' Logar fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.”

(76)

L-annotazzjoni “Tawana, Maulavi (Gvernatur tal-Provinċja ta' Paktia)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Taha. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta' Paktia (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1963. Post tat-twelid: il-provinċja ta' Ningarhar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.”

(77)

L-annotazzjoni “Tahis, Hadji (Deputat Ministru ta' l-Avjazzjoni Ċivili)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Tahis. Titolu: Hadji. Funzjoni: Deputat Ministru ta' l-Avjazzjoni Ċivili tar-reġim Taliban. Nazzjonalità: Afgana.”

(78)

L-annotazzjoni “Takhari, Abdul Raqib, Maulavi (Ministru tar-Ripatrijazzjoni)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Abdul Raqib Takhari. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Ministru tar-Ripatrijazzjoni tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1968 u l-1973. Post tat-twelid: il-provinċja ta' Takħar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.”

(79)

L-annotazzjoni “Turabi, Nooruddin, Mullah (Ministru tal-Ġustizzja)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Nooruddin Turabi. Titolu: Mullah. Funzjoni: Ministru tal-Ġustizzja tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1963. Post tat-twelid: Kandaħar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.”

(80)

L-annotazzjoni “Shams-ur-Rahman, Mullah (Deputat Ministru ta' l-Agrikoltura)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Shams Ur-Rahman. Titolu: Mullah. Funzjoni: Deputat Ministru ta' l-Agrikoltura tar-reġim Taliban. Nazzjonalità: Afgana.”

(81)

L-annotazzjoni “Walijan, Maulavi (Gvernatur tal-Provinċja ta' Jawzjan)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Walijan. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta' Kandaħar (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1968. Post tat-twelid: Quetta, il-Pakistan.”

(82)

L-annotazzjoni “Wasseq, Abdul-Haq-, Maulavi (Deputat Ministru tas-Sigurtà (Intelliġenza))” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Abdul-Haq Wasseq. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru tas-Sigurtà (Intelliġenza) tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1975. Post tat-twelid: il-provinċja tal-Ghazni Ċentrali, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.”

(83)

L-annotazzjoni “Waziri, M. Jawaz (Dipartiment tan-NU, Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Mohammad Jawad Waziri. Funzjoni: id-Dipartiment NU, Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin tar-reġim Taliban. Nazzjonalità: Afgana.”

(84)

L-annotazzjoni “Zurmati, Maulavi Rahimullah (Deputat Ministru (Pubblikazzjoni) ta' l-Informazzjoni u l-Kultura)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Rahimullah Zurmati. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru (Pubblikazzjoni) ta' l-Informazzjoni u l-Kultura tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1953 u l-1958. Post tat-twelid: id-distrett ta' Zurmat, il-provinċja ta' Paktia, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.”


Top