Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0337

    337/2007/KE; EURATOM: Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 337/2007 tas- 27 ta' Mrazu 2007 li jaġġusta mill- 1 ta’ Jannar 2007 l-iskala applikabbli għall-missjonijiet ta’ l-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej fil-Bulgarija u r-Rumanija

    ĠU L 90, 30.3.2007, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 4M, 8.1.2008, p. 287–288 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/337/oj

    8.1.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    287


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, EURATOM) Nru 337/2007

    tas-27 ta' Mrazu 2007

    li jaġġusta mill-1 ta’ Jannar 2007 l-iskala applikabbli għall-missjonijiet ta’ l-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej fil-Bulgarija u r-Rumanija

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal ta' l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-kundizzjonijiet ta' l-impjieg ta' uffiċjali oħrajn (1), stabbiliti mir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68, u b’mod partikolari l-Artikolu 13 ta’ l-Anness VII tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

    Billi:

    Minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-1 ta’ Jannar 2007, l-allowance lill-uffiċjali u l-aġenti l-oħra ta’ l-ispejjeż marbuta ma' missjonijiet f'dawn il-pajjiżi ser ikun, minn dik id-data 'l quddiem, suġġett għar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 13 ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal.

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-iskala ta’ allowance għall-missjonijiet li jidhru fl-Artikolu 13(2)(a), ta’ l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal qiegħda tiġi sostitwita bit-tabella segwenti:

    (EUR)

    Destinazzjoni

    Limitu fuq l-ispejjeż ta' l-akkomodazzjoni

    Ammont għall-ispejjeż ta' kuljum

    Il-Belġju

    140

    92

    Il-Bulgarija

    169

    58

    Ir-Repubblika Ċeka

    155

    75

    Id-Danimarka

    150

    120

    Il-Ġermanja

    115

    93

    L-Estonja

    110

    71

    Il-Greċja

    140

    82

    Spanja

    125

    87

    Franza

    150

    95

    L-Irlanda

    150

    104

    L-Italja

    135

    95

    Ċipru

    145

    93

    Il-Latvja

    145

    66

    Il-Litwanja

    115

    68

    Il-Lussemburgu

    145

    92

    L-Ungerija

    150

    72

    Malta

    115

    90

    L-Olanda

    170

    93

    L-Awstrija

    130

    95

    Il-Polonja

    145

    72

    Il-Portugall

    120

    84

    Ir-Rumanija

    170

    52

    Is-Slovenja

    110

    70

    Is-Slovakkja

    125

    80

    Il-Finlandja

    140

    104

    L-Iżvezja

    160

    97

    Ir-Renju Unit

    175

    101

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjail ta' l-Unjoni Ewropea.

    Għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2007.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 27 ta' Mrazu 2007.

    Mill-Kunsill

    Il-President

    P. STEINBRÜCK


    (1)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1066/2006 (ĠU L 194, 14.7.2006, p. 1).


    Top