Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0453

    2007/453/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 29 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta’ Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skond ir-riskju tal-BSE (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3114) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84–86 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 08/08/2022

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/453/oj

    30.6.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 172/84


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tad-29 ta’ Ġunju 2007

    li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta’ Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skond ir-riskju tal-BSE

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3114)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2007/453/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistipula regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċerti enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistipula regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ l-enċifalopatiji sponġiformi trasmissibbli (TSEs) fl-annimali. Skond l-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament huwa japplika għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ annimali ħajjin u prodotti li joriġinaw mill-annimali. Għal dan l-għan, l-istatus ta’ enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE) ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom (pajjiżi jew reġjuni) għandu jiġi ddeterminat permezz ta’ klassifikazzjoni f'waħda minn tliet kategoriji skond ir-riskju tal-BSE stipulat fl-Artikolu 5(1) ta’ dak ir-Regolament.

    (2)

    L-għan ta’ kategorizzazzjoni ta’ pajjiżi jew reġjuni skond ir-riskju tagħhom tal-BSE huwa sabiex jiġu stabbiliti regoli tal-kummerċ għal kull kategorija tar-riskju tal-BSE sabiex jingħataw il-garanziji meħtieġa għall-ħarsien tas-saħħa ta’ l-annimali u dik tal-pubbliku.

    (3)

    L-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistipula r-regoli għal kummerċ intrakomunitarju u l-Anness IX għal dak ir-Regolament jistipula regoli relatati ma’ l-importazzjonijiet ġewwa l-Komunità. Huma bbażati fuq ir-regoli stipulati fil-Kodiċi tas-Saħħa ta’ l-Annimali Terrestri ta’ l-Organizzazzjoni Mondjali għas-Saħħa ta’ l-Annimali (OIE).

    (4)

    L-OIE għandha rwol ewlieni fil-kategorizzazzjoni ta’ pajjiżi jew reġjuni skond ir-riskju tagħhom tal-BSE.

    (5)

    Matul is-Sessjoni Ġenerali ta’ l-OIE f'Mejju ta’ l-2007, ġiet adottata Riżoluzzjoni relatata ma’ l-istatus tal-BSE ta’ pajjiżi differenti. Fl-istennija ta’ konklużjoni finali dwar l-istatus tar-riskju tal-BSE ta’ l-Istati Membri u filwaqt li jieħdu f'kunsiderazzjoni l-miżuri stretti armonizzati protettivi tal-BSE applikati fi ħdan il-Komunità, l-Istati Membri għandhom jiġu rikonoxxuti bħala pajjiżi b'riskju kontrollat tal-BSE.

    (6)

    Minbarra hekk, fl-istennija tal-konklużjoni finali ta’ l-istatus tar-riskju tal-BSE fir-rigward tan-Norveġja u l-Iżlanda u meta jitqiesu r-riżultati tal-verifiki l-aktar riċenti ta’ riskju fir-rigward ta’ dawn il-pajjiżi terzi, għandhom provviżorjament jiġu rikonoxxuti bħala pajjiżi b'riskju kontrollat tal-BSE.

    (7)

    Skond l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, ittieħdu miżuri tranżizzjonali għal perjodu li jintemm fl-1 ta’ Lulju 2007. Dawn il-miżuri għandhom jieqfu japplikaw immedjatament wara d-data ta’ adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar klassifikazzjoni skond l-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament. Għalhekk għandha tittieħed deċiżjoni sabiex il-pajjiżi jew ir-reġjuni jiġu kklassifikati skond ir-riskju tagħhom tal-BSE qabel dik id-data.

    (8)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-istatus tal-BSE ta’ pajjiżi jew reġjuni skond ir-riskju tagħhom tal-BSE huwa stipulat fl-Anness.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2007.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ġunju 2007

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1923/2006 (ĠU L 404, 30.12.2006, p. 1).


    ANNESS

    LISTA TA’ PAJJIŻI JEW REĠJUNI

    A.   Pajjiż jew reġjun b'riskju negliġibbli tal-BSE

    L-Arġentina

    L-Awstralja

    New Zealand

    Singapor

    L-Urugwaj

    B.   Pajjiż jew reġjun b'riskju kkontrollat tal-BSE

    Stati Membri

    Il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Iżvezja, ir-Renju Unit

    Pajjiżi ta’ l-EFTA

    L-Iżlanda, in-Norveġja, l-Iżvizzera

    Pajjiżi terzi

    Il-Brażil

    Il-Kanada

    Iċ-Ċilì

    It-Tajwan

    L-Istati Uniti ta’ l-Amerika

    C.   Pajjiż jew reġjun b'riskju indeterminat tal-BSE

    Pajjiżi jew reġjuni li mhumiex elenkati fil-punti A jew B ta’ dan l-Anness.


    Top