This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006R2031
Commission Regulation (EC) No 2031/2006 of 22 December 2006 adapting several regulations concerning the sugar market by reason of the accession of Bulgaria and Romania to the European Union
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2031/2006 tat- 22 ta’ Diċembru 2006 li jadatta diversi regolamenti li jikkonċernaw is-suq taz-zokkor b’riżultat ta’ l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2031/2006 tat- 22 ta’ Diċembru 2006 li jadatta diversi regolamenti li jikkonċernaw is-suq taz-zokkor b’riżultat ta’ l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea
ĠU L 414, 30.12.2006, p. 43–57
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 314M, 1.12.2007, p. 775–789
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 21/12/2007; Imħassar b' 32007R1498
1.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
775 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2031/2006
tat-22 ta’ Diċembru 2006
li jadatta diversi regolamenti li jikkonċernaw is-suq taz-zokkor b’riżultat ta’ l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat ta’ l-Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u partikolarment l-Artikolu 4(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat l-Att ta’ l-Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u partikolarment l-Artikolu 56 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ċerti emendi tekniċi huma meħtieġa f’bosta Regolamenti tal-Kummissjoni dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taz-zokkor sabiex isiru l-adattamenti meħtieġa minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 192/2002 tal-31 ta’ Jannar 2002, li jwaqqaf regoli dettaljati għall-ħruġ ta’ liċenzi ta’ importazzjoni għaz-zokkor u għal taħlitiet ta’ zokkor u kawkaw bil-kumulazzjoni ta’ l-oriġini ACP/OCT jew EC/OCT (1), fih ċerti annotazzjonijiet fil-lingwi kollha ta’ l-Istati Membri. L-annotazzjonijiet bil-Bulgaru u r-Rumen għandhom jiġu inklużi. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 tat-28 ta’ Ġunju 2006 li jistipola regoli ta’ applikazzjoni ddettaljati għas-snin ta’ kummerċ 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009 għall-importazzjoni u r-raffinar ta’ prodotti taz-zokkor skond ċerti kwoti tariffarji u ftehimiet preferenzjali (2), fih ċerti annotazzjonijiet fil-lingwi kollha ta’ l-Istati Membri. L-annotazzjonijiet bil-Bulgaru u bir-Rumen għandhom jiġu inklużi. |
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 li jistipola regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 rigward il-kummerċ fis-settur taz-zokkor ma’ pajjiżi terzi (3), fih ċerti annotazzjonijiet fil-lingwi kollha ta’ l-Istati Membri. L-annotazzjonijiet bil-Bulgaru u bir-Rumen għandhom jiġu inklużi. |
(5) |
Għalhekk, ir-Regolamenti (KE) Nru 192/2002, (KE) Nru 950/2006 u (KE) Nru 951/2006 għandhom jiġu emendati kif suppost, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 192/2002 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 4, il-punt (c) jinbidel b’dan li ġej:
|
(2) |
L-Anness isir l-Anness I. |
(3) |
It-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament huwa miżjud bħala l-Anness II. |
Artikolu 2
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 jinbidel bit-test fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament:
Artikolu 3
Ir-Regolament (KE) Nru 951/2006 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 6, il-paragrafi 2 u 3 huma mibdulin b’dan li ġej: “2. It-taqsima 20 ta’ l-applikazzjoni għal-liċenzja u tal-liċenzja għandu jkun fiha waħda mill-annotazzjonijiet elenkati fil-Parti A ta’ l-Anness. 3. Il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni għandha tinħareġ għall-kwantità mdaħħla fid-dikjarazzjoni jew għotja rilevanti ta’ offerti. It-taqsima 22 tal-liċenzja għandha tinkludi r-rata ta’ rifużjoni fuq l-esportazzjoni, kif imniżżel f’dik id-dikjarazzjoni, f'EUR. Għandu jkun fiha waħda mill-annotazzjonijiet elenkati fil-Parti B ta’ l-Anness.”; |
(2) |
L-Artikolu 7 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 7 Liċenzja ta’ l-esportazzjoni għaz-zokkor, il-glukożju u x-xropp ta’ l-inulina mingħajr rifużjoni Fejn iz-zokkor, l-iżoglukożju jew ix-xropp ta’ l-inulina f’ċirkolazzjoni libera fis-suq tal-Komunità u mhux meqjus bħala ‘barra mill-kwota’ se jiġi ttrasportat mingħajr rimborż, it-taqsima 22 ta’ l-applikazzjoni tal-liċenzja u l-liċenzja għandu jkun fihom waħda mill-annotazzjonijiet elenkati fil-Parti C ta’ l-Anness, skond il-prodott in kwistjoni skond il-każ.”; |
(3) |
Fl-Artikolu 14(3), l-ewwel subparagrafu jinbidel f'dan li ġej: “It-taqsima 20 ta’ l-applikazzjoni għal liċenzja ta’ l-esportazzjoni u għal-liċenzja ta’ esportazzjoni ta’ zokkor abjad, u ta’ l-applikazzjoni għal liċenzja ta’ l-importazzjoni u għal-liċenzja ta’ l-importazzjoni ta’ zokkor mhux maħdum, għandu jkun fiha waħda mill-annotazzjonijiet elenkati fil-Parti D ta’ l-Anness.”; |
(4) |
L-Anness I qed jiġi ssostitwit bit-test ta’ l-Anness III ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ suġġett għal u fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Diċembru 2006.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 55. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 96/2004 (ĠU L 15, 22.1.2004, p. 3).
ANNESS I
“ANNESS II
Annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4, punt (c):
— |
bil-Bulgaru: |
Освободено от вносно мито (Решение 2001/822/ЕО, член 35) пореден номер на квотата … |
— |
bl-Ispanjol: |
Exención de derechos de importación (Decisión 2001/822/CE, artículo 35) número de orden … |
— |
biċ-Ċek: |
Osvobozeno od dovozního cla (Rozhodnutí 2001/822/ES, čl. 35), sériové číslo … |
— |
bid-Daniż: |
Fritages for importafgifter (artikel 35 i afgørelse 2001/822/EF), løbenummer … |
— |
bil-Ġermaniż: |
Frei von Einfuhrabgaben (Beschluss 2001/822/EG, Artikel 35), Ordnungsnummer … |
— |
bl-Estonjan: |
Impordimaksust vabastatud (otsus 2001/822/EÜ, artikkel 35), järjekorranumber … |
— |
bil-Grieg: |
Δασμολογική απαλλαγή (απόφαση 2001/822/ΕΚ, άρθρο 35), αύξων αριθμός … |
— |
bl-Ingliż: |
Free from import duty (Decision 2001/822/EC, Article 35), serial No … |
— |
bil-Franċiż: |
Exemption du droit d'importation (décision 2001/822/CE, article 35), numéro d'ordre … |
— |
bit-Taljan: |
Esenzione dal dazio all'importazione (decisione 2001/822/CE, articolo 35), numero d'ordine … |
— |
bil-Latvjan: |
Atbrīvots no importa nodokļa (Lēmuma 2001/822/EK 35. pants), sērijas numurs … |
— |
bil-Litwan: |
Atleista nuo importo muito (Nutarimo 2001/822/EB 35 straipsnis), serijos numeris … |
— |
bl-Ungeriż: |
Mentes a behozatali vám alól (2001/822/EK határozat, 35. cikk), sorozatszám … |
— |
bil-Malti: |
Eżenzjoni minn dazju fuq l-importazzjoni (Deċiżjoni 2001/822/KE, Artikolu 35), numru tas-serje … |
— |
bl-Olandiż: |
Vrij van invoerrechten (Besluit 2001/822/EG, artikel 35), volgnummer … |
— |
bil-Pollakk: |
Zwolnione z należności przywozowych (art. 35 decyzji 2001/822/WE), numer porządkowy … |
— |
bil-Portugiż: |
Isenção de direitos de importação (Decisão 2001/822/CE, artigo 35.o), número de ordem … |
— |
bir-Rumen: |
Scutit de drepturi de import (Decizia 2001/822/CE, articolul 35), nr. de ordine … |
— |
bis-Slovakk: |
Oslobodený od dovozného cla (Rozhodnutie 2001/822/ES, čl. 35), sériové číslo … |
— |
bis-Sloven: |
brez uvozne carine (Uredba 2001/822/ES, člen 35), serijska številka … |
— |
bil-Finlandiż: |
Vapaa tuontitulleista (päätöksen 2001/822/EY 35 artikla), järjestysnumero … |
— |
bl-Iżvediż: |
Importtullfri (beslut 2001/822/EG, artikel 35), löpnummer …” |
ANNESS II
“ANNESS III
A. |
Annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 16(1)(c), 17(1)(a), 18(2)(a):
|
B. |
Annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 21(1)(c):
|
C. |
Annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 22(1)(a) u l-Artikolu 23(2):
|
D. |
Annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 25(c):
|
E. |
Annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 25(d):
|
F. |
Annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 26(2):
|
G. |
Annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 29(1)(c):
|
H. |
Annotazzjonijiet imsemmija fl-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 31(c)(ii):
|
I. |
Annotazzjonijiet imsemmija fit-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 31(c)(ii):
|
ANNESS III
“ANNESS
A. |
Annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(2):
|
B. |
Annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(3):
|
C. |
Annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7:
|
D. |
Annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 14(3):
|