Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R1646

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1646/2006 tas- 7 ta’ Novembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 639/2004 dwar l-amministrazzjoni tal-flotot tas-sajd reġistrati fir-reġjuni l-aktar periferiċi tal-Komunità

    ĠU L 309, 9.11.2006, p. 1–1 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 200M, 1.8.2007, p. 142–142 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32013R1380

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1646/oj

    1.8.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    142


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1646/2006

    tas-7 ta’ Novembru 2006

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 639/2004 dwar l-amministrazzjoni tal-flotot tas-sajd reġistrati fir-reġjuni l-aktar periferiċi tal-Komunità

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 u l-Artikolu 299(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 639/2004 tal-Kunsill tat-30 ta’ Marzu 2004 dwar l-amministrazzjoni tal-flotot tas-sajd reġistrati fir-reġjuni l-aktar periferiċi tal-Komunità (2) jippermetti derogi mill-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2792/1999 tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 1999 li jippreskrivi r-regoli u l-arranġamenti dettaljati rigward l-għajnuna strutturali Komunitarja fis-settur tas-sajd (3) u l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (4).

    (2)

    Konsegwentement għall-ftehim politiku li ntlaħaq fil-Kunsill fid-19 ta’ Ġunju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd, sabiex jittieħed kont tas-sitwazzjoni strutturali, soċjali u ekonomika partikolari fis-settur tas-sajd fir-reġjuni l-aktar periferiċi, il-perjodu ta' validità tad-derogi previsti fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 639/2004 għandu jiġi estiż sal-31 ta’ Diċembru 2006.

    (3)

    Minħabba l-estensjoni tal-perjodu ta' validità tad-deroga prevista fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 639/2004, id-deroga prevista fl-Artikolu 2(5) għandha tiġi estiża sal-31 ta’ Diċembru 2008 sabiex tippermetti d-dħul fil-flotta tal-kapaċità li bbenefikat mill-għajnuna pubblika għat-tiġdid tal-bastimenti tas-sajd,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KEE) Nru 639/2004 huwa b'dan emendat kif ġej:

    1)

    fl-Artikolu 2(4), “31 ta' Diċembru 2005” għandha tinbidel bid-data “31 ta' Diċembru 2006”;

    2)

    fl-Artikolu 2(5), “31 ta' Diċembru 2007” għandha tinbidel bid-data “31 ta' Diċembru 2008”;

    3)

    fl-Artikolu 6, “31 ta' Diċembru 2006” għandha tinbidel bid-data “31 ta' Diċembru 2007”.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Novembru 2006.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    E. HEINÄLUOMA


    (1)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Ottubru 2006 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    (2)  ĠU L 102, 7.4.2004, p. 9.

    (3)  ĠU L 337, 30.12.1999, p. 10. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1198/2006 (ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1).

    (4)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.


    Top