Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R1066

Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1066/2006 tas- 27 ta’ Ġunju 2006 li jadatta mill- 1 ta' Lulju 2006 l-iskala applikabbli għall-missjonijiet ta' l-uffiċjali u ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej fl-Istati Membri

ĠU L 194, 14.7.2006, p. 1–2 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 76M, 16.3.2007, p. 65–66 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1066/oj

16.3.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

65


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, EURATOM) Nru 1066/2006

tas-27 ta’ Ġunju 2006

li jadatta mill-1 ta' Lulju 2006 l-iskala applikabbli għall-missjonijiet ta' l-uffiċjali u ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej fl-Istati Membri

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolamenti tal-Persunal ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet, stabbiliti mir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 ta' l-Anness VII ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Konformement ma' l-Artikolu 13(2) ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Kummissjoni preżentat rapport dwar l-evoluzzjoni tal-prezzijiet ta' lukandi, ta' ristoranti u ta' servizzi tal-catering.

(2)

Fuq il-bażi ta' dak ir-rapport, jeħtieġ li jiġu adattati l-allowances ta' kuljum ta' missjonijiet u tal-limiti massimi tal-lukandi sabiex jittieħed kont ta' l-evoluzzjonijiet fil-prezzijiet,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-iskala applikabbli għall-missjonijiet li jidhru fl-Artikolu 13(2), ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal hija b'dan sostitwita bit-tabella li ġejja:

(f' EUR)

Destinazzjoni

Limitu ta' l-ispejjeż għall-akkomodazzjoni (lukanda)

Allowance ta' kuljum għall-missjoni

“Belġju

140

92

Repubblika Ċeka

155

75

Danimarka

150

120

Ġermanja

115

93

Estonja

110

71

Greċja

140

82

Spanja

125

87

Franza

150

95

Irlanda

150

104

Italja

135

95

Ċipru

145

93

Latvja

145

66

Litwanja

115

68

Lussemburgu

145

92

Ungerija

150

72

Malta

115

90

Olanda

170

93

Awstrija

130

95

Polonja

145

72

Portugall

120

84

Slovenja

110

70

Slovakkja

125

80

Finlandja

140

104

Żvezja

160

97

Renju Unit

175

101 ”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 Lulju 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 27 ta’ Ġunju 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

J. PRÖLL


(1)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2104/2005 (ĠU L 337, 22.12.2005, p. 7).


Top