Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0053

    Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 23 ta' Jannar 2006 li temenda d-Deċiżjoni 90/424/KEE dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju

    ĠU L 29, 2.2.2006, p. 37–38 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 270M, 29.9.2006, p. 100–101 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 17/06/2009; Imħassar b' 32009D0470 Id-data tat-tmiem tal-validità hija bbażata fuq id-data tal-pubblikazzjoni tal-att li jħassar li jidħol fis-seħħ fid-data tan-notifika tiegħu. L-att li jħassar kien innotifikat iżda d-data tan-notifika mhix disponibbli fil-EUR-Lex – minflok hija użata d-data tal-pubblikazzjoni.

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/53(1)/oj

    29.9.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    100


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tat-23 ta' Jannar 2006

    li temenda d-Deċiżjoni 90/424/KEE dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju

    (2006/53/KE)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

    Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

    Billi:

    (1)

    L-influwenza tat-tjur, li qabel kienet tissejjaħ “il-pesta tat-tjur”, hija infezzjoni severa ħafna fl-għasafar li tikkawża riskju serju ħafna għas-saħħa ta’ l-annimali. Il-virus ta’ l-influwenza ta' oriġini tat-tjur jista' jkun li f'ċerti kondizzjonijiet iponi riskju għas-saħħa tal-bniedem ukoll.

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju (3) tipprevedi għall-possibbiltà ta' kontribut finanzjarju mill-Komunità lill-Istati Membri għall-qerda ta’ ċertu mard ta’ l-annimali. Bħalissa. Din id-Deċiżjoni tipprevedi l-possibbiltà li jingħata kontribut bħal dan għall-qerda ta’ l-influwenza tat-tjur kkawżata minn dawk il-varjanti tal-virus imsejħa “ta’ livell patoġeniku għoli”.

    (3)

    Waqt epidemiji reċenti ta' l-infuwenza tat-tjur, it-tfaqqigħ tal-marda kkawżati minn viruses ta’ l-infuwenza tat-tjur ta' livell patoġeniċi baxx sussegwentement għaddew minn mutazzjoni u mbiddlu f’viruses ta' livell patoġeniku għoli b'konsegwenzi u riskji devastanti għas-saħħa pubblika. Ladarba sseħħ il-mutazzjoni, il-kontroll tal-virus huwa diffiċli ħafna. Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/94/KE tal-ĠU: daħħal in-numru u d-data tad-Direttiva.. dwar il-miżuri Komunitarji għall-kontroll ta’ l-influwenza tat-tjur (4) tistabbilixxi sorveljanza u miżuri ta’ kontroll obbligatorji f’rabta wkoll mal-viruses ta' livell patoġeniku baxx, sabiex ikun hemm prevenzjoni mit-tfaqqigħ ta’ l-influwenza tat-tjur ta' livell patoġeniku għoli.

    (4)

    Fid-dawl ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2006/94/KE* jixraq li tiġi mmodifikata d-Deċiżjoni 90/424/KEE sabiex l-għajnuna finanzjarja tal-Komunità tkun tista’ wkoll tingħata għal dawk il-miżuri ta’ qerda mwettqa mill-Istati Membri biex jikkumbattu l-varjanti tal-virus ta’ l-influwenza tat-tjur ta' livell patoġeniku baxx li jistgħu jgħaddu minn mutazzjoni għal varjanti ta' livell patoġeniku għoli,

    ADOTTA DIN ID-DECIZJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 90/424/KEE hija hawn emendata kif ġej:

    (1)

    L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 1, is-sitt inċiż għandu jitħassar;

    (b)

    fil-paragrafu 2, l-ewwel inċiż għandu jinbidel b'dan li ġej:

    “—

    il-qatla ta’ l-annimali ta’ speċi suxxettibbli li huma affettwati jew ikkontaminati jew li hemm suspett li huma affettwati jew ikkontaminati, u l-qerda tagħhom,”

    ;

    (ċ)

    il-paragrafu 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:

    “4.   Jekk, fid-dawl ta’ l-iżvilupp tas-sitwazzjoni fil-Komunità, jidher meħtieġ illi jitkomplew il-miżuri previsti fil-paragrafu 2 u l-Artikolu 3a, deċiżjoni ġdida dwar il-kontribut finanzjarju mill-Komunità, li għandu mnejn jaqbeż iċ-ċifra ta’ 50 % stipulata fl-ewwel inċiż tal-paragrafu 5, tista’ tiġi adottata skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 41. Meta din id-Deċiżjoni tkun adottata, kull miżura li l-Istat Membru kkonċernat ikollu jieħu sabiex jiżgura s-suċċess ta’ l-azzjoni tista’ tiġi stipulata, u partikolarment miżuri għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 2.”

    .

    2.

    L-Artikolu 3a li jidher hawn taħt għandu jiġi miżjud:

    “Artikolu 3a

    1.   Dan l-Artikolu u l-Artikolu 3(3) u (4) għandhom japplikaw fil-każ ta’ okkorrenza ta’ influwenza tat-tjur fit-territorju ta’ Stat Membru.

    2.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jikseb kontribut finanzjarju mill-Komunità għall-qerda ta’ l-influwenza tat-tjur jekk il-miżuri minimi ta’ kontroll previsti fid-Direttiva 2006/94/KE (*) dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll ta' l-influenza tat-tjur ikunu ġew implimentati b'mod sħiħ u effiċjenti f'konformità mal-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti u jekk, fil-każ tal-qtil ta’ annimali ta’ speċi suxxettibbli li huma affettwati jew ikkontaminati jew hemm suspett li huma affettwati jew ikkontaminati, is-sidien ta' l-annimali jkunu ġew ikkumpensati malajr u b’mod xieraq.

    3.   Il-kontribut finanzjarju mill-Komunità, maqsum jekk meħtieġ f’diversi tranches, għandu jkun:

    50 % ta' l-ispejjeż li jkunu ntnefqu mill-Istati Membri għall-kumpens lis-sidien ta' l-annimali għall-qtil tat-tjur u ta' għasafar miżmuma fil-magħluq oħra;

    50 % ta' l-ispejjeż li jkun intnefqu mill-Istat Membru għall-qerda ta' annimali, il-qerda ta' prodotti ta' l-annimali, it-tindif u d-diżinfettazzjoni ta’ l-azjendi u t-tagħmir, il-qerda ta’ l-għalf ikkontaminat u l-qerda ta’ tagħmir ikkontaminat, f'każi fejn dan it-tagħmir ma jkunx jista’ jiġi diżinfettat;

    fejn ikun hemm deċiżjoni dwar tilqim ta’ emerġenza skond l-Artikolu 54 tad-Direttiva 2006/94/KE, 100 % tan-nefqa għall-provvista tal-vaċċin u 50 % għall-ispejjeż li jkunu ntnefqu sabiex tingħata t-tilqima

    (*)  ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.”."

    (3)

    Fl-Artikoli 6(1), 7(1) u 8(1), ir-referenza “3a(1)” għandha tiġi mdaħħla wara r-referenza “3 (1)”.

    (4)

    Fl-Anness jiżdied l-inċiż li ġej ma' Grupp 1:

    “—

    influenza tat-tjur”

    .

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, nhar it-23 ta' Jannar 2006.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. PRÖLL


    (1)  Opinjoni mogħtija fl-1 ta' Diċembru 2005 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    (2)  Opinjoni mogħtija fit-28 ta' Settembru 2005 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    (3)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2003/99/KE (ĠU L 325, 12.12.2003, p. 31).

    (4)  ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.


    Top