Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R1972

    Regolament Nru 1972/2005 tal-Kunsill (KE, Euratom) tad- 29 ta’ Novembru 2005 li jadatta mill- 1 ta’ Lulju 2005 r-rata tal-kontribuzzjoni għall-iskema tal-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej

    ĠU L 317, 3.12.2005, p. 1–1 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 175M, 29.6.2006, p. 118–118 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/1972/oj

    29.6.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    118


    REGOLAMENT Nru 1972/2005 TAL-KUNSILL (KE, EURATOM)

    tad-29 ta’ Novembru 2005

    li jadatta mill-1 ta’ Lulju 2005 r-rata tal-kontribuzzjoni għall-iskema tal-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej u l-iskema applikabbli għall-aġenti l-oħra ta’ dawn il-Komunitajiet, stabbiliti mir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), u emendati l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 723/2004 (2), u notevolment l-Artikolu 83a u l-Anness XII ta’ l-imsemmija Regolamenti tal-Persunal,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    Bi qbil ma’ l-Artikolu 13 ta’ l-Anness XII tar-Regolamenti ta’ l-Istaff, l-Eurostat ippreżenta, fl-1 ta’ Settembru 2005, ir-rapport relatat ma’ l-evalwazzjoni attwarja 2005 ta’ l-iskema tal-pensjonijiet, li taġġorna l-parametri mmirati f’dan l-Anness. Skond din l-evalwazzjoni r-rata neċessarja tal-kontribuzzjoni biex ikun żgurat il-bilanċ attwarju ta’ l-iskema tal-pensjonijiet hi ta’ 10.3 % tas-salarju bażiku.

    (2)

    Għaldaqstant, b’konformità ma’ l-Artikolu 2(2) ta’ l-Anness XII, l-adattament li jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2005 irid iwassal għal kontribuzzjoni li taqbeż l-10.25 %.

    (3)

    Għalhekk hu meħtieġ li jitwettaq adattament neċessarju fir-rata tal-kontribuzzjoni, li huwa neċessarju sabiex ikun żgurat il-bilanċ attwarju ta’ l-iskema tal-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej sal-massimu awtorizzat ta’ 10.25 % tas-salarju bażiku.

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    B’effett mill-1 ta’ Lulju 2005 r-rata tal-kontribuzzjoni mmirata fl-Artikolu 83(2) tar-Regolamenti tal-Persunal hija stabbilita għal 10.25 %.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament f’kull Stat Membru.

    Magħmul fi Brussel, nhar id-29 ta’ Novembru 2005.

    Mill-Kunsill

    Il-President

    A. JOHNSON


    (1)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.

    (2)  ĠU L 124, 27.4.2004, p. 1.


    Top