Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R1236

    1236/2005/KE: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 tas- 27 ta’ Ġunju 2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra

    ĠU L 239M, 10.9.2010, p. 299–317 (MT)
    ĠU L 200, 30.7.2005, p. 1–19 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/02/2019; Imħassar b' 32019R0125

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/1236/oj

    10.9.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    299


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1236/2005

    tas-27 ta’ Ġunju 2005

    dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    F'konformità mal-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali huwa wieħed mill-prinċipji komuni tal-Istati Membri. Bil-ħsieb ta' dan, il-Komunità ddeċidiet, fl-1995, li tagħmel ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali element essenzjali tar-relazzjonijiet tagħha mal-pajjiżi terzi. Għal dak l-għan kien deċiż li tiġi inserita klawsola fi kwalunkwe ftehim ġdid kummerċjali, ta' kooperazzjoni u assoċjazzjoni ta' natura ġenerali li hija tikkonkludi ma'pajjiżi terzi.

    (2)

    L-Artikolu 5 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, l-Artikolu 7 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali kollha jistabbilixxu projbizzjoni komprensiva u mingħajr kondizzjonijiet tat-tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra. Dispożizzjonijiet oħrajn, partikolarment id-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti Kontra t-Tortura (1) u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti Kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti Oħra tal-1984, jobbligaw lill-Istati sabiex jipprevjenu t-tortura.

    (3)

    L-Artikolu 2(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (2) jiddikjara li ħadd ma għandu jiġi kkundannat għall-piena kapitali, jew maqtul. Fid-29 ta' Ġunju 1998, il-Kunsill approva l-“Linji Gwida dwar il-Politika tal-UE lejn Pajjiżi Terzi dwar il-Piena Kapitali” u ddeċieda li l-Unjoni Ewropea għandha taħdem għall-abolizzjoni universali tal-piena kapitali.

    (4)

    Skont l-Artikolu 4 tal-Karta msemmija, l-ebda persuna ma għandha tkun soġġetta għal tortura jew għal trattament jew pieni inumani jew degradanti. Fid-9 ta' April 2001, il-Kunsill approva l-“Linji gwida għall-Politika tal-UE lejn Pajjiżi Terzi dwar it-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti Oħra”. Dawn il-linji gwida jirreferu kemm għall-adozzjoni tal-Kodiċi ta' Kondotta tal-UE dwar l-Esportazzjonijiet ta' Armi fl-1998 u l-ħidma li għaddejja biex jiġu introdotti kontrolli madwar l-UE dwar l-esportazzjonijiet ta' tagħmir paramilitari bħala eżempji ta' miżuri għal ħidma effettiva għall-prevenzjoni tat-tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra fil-qafas tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni. Dawn il-linji gwida jipprevedu wkoll li l-pajjiżi terzi jkunu mħeġġa jipprevjenu l-użu u l-produzzjoni ta' tagħmir li huwa intiż sabiex bih tingħata tortura jew trattament jew pieni krudili, inumana jew degradanti oħra u l-kummerċ tiegħu, u li jipprevjenu l-abbuż ta’ kwalunkwe tagħmir ieħor għal dawn l-għanijiet. Huma jippreċiżaw ukoll li l-projbizzjoni tal-pieni krudili, inumani jew degradanti timponi limiti ċari dwar l-użu tal-piena kapitali. Għaldaqstant, u f'konformità ma' dawn it-testi, il-piena kapitali taħt l-ebda ċirkostanza m'għandha titqies bħala piena legali.

    (5)

    Fir-Riżoluzzjoni tagħha dwar it-Tortura u t-Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra, adottata fil-25 ta' April 2001 u appoġġata mill-Istati Membri tal-UE, il-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Bniedem appellat lill-Membri tan-Nazzjonijiet Uniti biex jieħdu l-passi meħtieġa, inklużi miżuri leġislattivi, biex jipprevjenu u jipprojbixxu, inter alia, l-esportazzjoni ta' tagħmir li huwa mfassal speċifikament biex jikkawża tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra. Dan il-punt kien ikkonfermat mir-Riżoluzzjonijiet adottati fis-16 ta' April 2002, it-23 ta' April 2003, id-19 ta' April 2004 u d-19 ta' April 2005.

    (6)

    Fit-3 ta' Ottubru 2001 il-Parlament Ewropew adotta Riżoluzzjoni (3) dwar it-tieni Rapport Annwali tal-Kunsill skont id-Dispożizzjoni Operattiva 8 tal-Kodiċi ta' Kondotta tal-Unjoni Ewropea dwar l-Esportazzjoni ta' Armi, fejn ħeġġeġ lill-Kummissjoni taġixxi rapidament biex tippreżenta strument Komunitarju adatt li jabolixxi l-promozzjoni, il-kummerċ u l-esportazzjoni ta' tagħmir tal-pulizija u ta' sigurtà li l-użu tiegħu huwa fih innifsu krudili, inuman jew degradanti, u biex tiżgura li dak l-istrument Komunitarju jissospendi t-trasferiment ta' tagħmir tal-pulizija u ta' sigurtà li jkollu effetti mediċi mhux kompletament magħrufa, u ta' tali tagħmir li l-użu tiegħu fil-prattika jkun wera riskju sostanzjali ta' abbuż jew korriment inġustifikat.

    (7)

    Għaldaqstant huwa adatt li jiġu stabbiliti regoli Komunitarji dwar il-kummerċ ma' pajjiżi terzi f'oġġetti li jistgħu jintużaw għall-fini tal-piena kapitali u f'oġġetti li jistgħu jintużaw għall-fini ta' tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra. Dawn ir-regoli huma strumentali fil-promozzjoni tar-rispett għall-ħajja tal-bniedem u għad-drittijiet fundamentali tal-bniedem u għalhekk iservu l-għan tal-protezzjoni tal-morali pubblika. Tali regoli għandhom jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi tal-Komunità ma jiksbux benefiċċji mill-kummerċ li jew jippromovi jew b'xi mod jiffaċilita l-implimentazzjoni ta' linji ta' politika dwar il-piena kapitali jew dwar tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, li ma jkunux kompatibbli mal-Linji Gwida relevanti tal-UE, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-konvenzjonijiet u t-trattati internazzjonali.

    (8)

    Għall-fini ta' dan ir-Regolament, huwa meqjus bħala adatt li jiġu applikati d-definizzjonijiet tat-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra stabbiliti fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti Kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra tal-1984 u fir-Riżoluzzjoni 3452 (XXX) tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti. Dawn id-definizzjonijiet għandhom jiġu interpretati b'kont meħud tal-każistika dwar l-interpretazzjoni tat-termini korrispondenti fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u fit-testi rilevanti adottati mill-UE jew l-Istati Membri tagħha.

    (9)

    Huwa meqjus meħtieġ li jiġu pprojbiti l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' tagħmir li m'għandu l-ebda użu prattiku ħlief għall-fini ta' piena kapitali jew għall-fini ta' tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra.

    (10)

    Huwa wkoll meħtieġ li jiġu imposti kontrolli fuq l-esportazzjoni ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw mhux biss għall-fini ta' tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, iżda wkoll għal finijiet leġittimi. Dawn il-kontrolli għandhom japplikaw għal oġġetti li huma primarjament użati għal finijiet ta' infurzar tal-liġi u, dment li dawn il-kontrolli ma jirriżultawx li huma sproporzjonati, għal kwalunkwe tagħmir jew prodott ieħor li jista' jiġi abbużat għall-fini ta' tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, b'kont meħud tad-disinn u l-fatturi tekniċi tiegħu.

    (11)

    Fir-rigward tat-tagħmir tal-infurzar tal-liġi, għandu jiġi nnutat li l-Artikolu 3 tal-Kodiċi ta' Kondotta għall-Uffiċjali tal-Infurzar tal-Liġi (4) jipprevedi li l-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi jistgħu jużaw il-forza biss meta jkun strettament meħtieġ u safejn meħtieġ għat-twettiq ta' dmirhom. Il-Prinċipji Bażiċi dwar l-Użu tal-Forza u ta' Armi tan-Nar mill-Uffiċjali tal-Infurzar tal-Liġi, adottati mit-Tmien Kungress tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Prevenzjoni tal-Kriminalità u t-Trattament tat-Trasgressuri fl-1990, sakemm, waqt li jwettqu dmirhom, l-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi għandhom, kemm jista' jkun, japplikaw mezzi mhux vjolenti qabel jirrikorru għall-użu tal-forza u armi tan-nar.

    (12)

    F'dan ir-rigward, il-Prinċipji Bażiċi jappoġġaw l-iżvilupp ta' armi inkapaċitanti mhux letali għall-użu f'sitwazzjonijiet adatti, filwaqt li jammettu li l-użu ta' tali armi għandu jiġi kkontrollat bir-reqqa. F'dan il-kuntest, ċertu tagħmir tradizzjonalment użat mill-pulizija għall-awtodifiżau biex jikkontrollaw l-irvellijiet ġie mmodifikat b'tali mod li jista' jintuża biex jiġu applikati xokkijiet elettriċi u sustanzi kimiċi biex irendu lill-persuni inkapaċi. Hemm indikazzjonijiet li, f'diversi pajjiżi, tali armi huma abbużati għall-fini ta' tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra.

    (13)

    Il-Prinċipji Bażiċi jisħqu li l-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi għandhom ikunu mgħammra b'tagħmir għall-awtodifiża. Għalhekk, dan ir-Regolament m'għandux japplika għall-kummerċ ta' tagħmir tradizzjonali għall-awtodifiża, bħal tarki.

    (14)

    Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għall-kummerċ ta' xi sustanzi kimiċi speċifiċi użati biex irendu lill-persuni inkapaċi.

    (15)

    Fir-rigward tal-manetti tas-saqajn, il-ktajjen għall-grupp ta' priġunieri u l-manetti, għandu jiġu nnotat li l-Artikolu 33 tar-Regoli Standard Minimi tan-Nazzjonijiet Uniti għat-Trattament tal-Priġunieri (5) jipprevedi li l-istrumenti ta' trażżin m'għandhom qatt jiġu applikati bħala piena. Barra minn hekk, ktajjen u manetti m'għandhom qatt jintużaw bħala trażżin. Għandu wkoll jiġi nnotat li r-Regoli Standard Minimi tan-Nazzjonijiet Uniti għat-Trattament tal-Priġunieri jipprevedu li strumenti oħra ta' trażżin m'għandhomx jintużaw ħlief bħala prekawzjoni kontra l-ħarba waqt trasferiment, għal raġunijiet mediċi kif ordnat minn uffiċjal mediku, jew, jekk metodi oħra ta' kontroll ma jirnexxux, sabiex jiġi evitat li priġunier iweġġa' lilu nnifsu jew lill-oħrajn, jew li jagħmel ħsara lil proprjetà.

    (16)

    B'kont meħud tal-fatt li xi Stati Membri diġà pprojbixxew l-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet ta' tali oġġetti, huwa adatt li l-Istati Membri jingħataw id-dritt li jipprojbixxu l-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet ta' manetti tas-saqajn, ktajjen għall-grupp ta' priġunieri u tagħmir tax-xokk elettriku li jista' jinġarr minbarra ċ-ċinturini tax-xokk elettriku. L-Istati Membri għandhom ukoll jingħataw is-setgħa li japplikaw kontrolli tal-esportazzjoni fuq manetti li għandhom dimensjoni ġenerali, inklużi l-ktajjen, li jeċċedu l-240 mm meta jinqaflu, jekk jixtiequ hekk.

    (17)

    Dan ir-Regolament għandu jiġi interpretat bħala wieħed li ma jaffettwax ir-regoli eżistenti dwar l-esportazzjoni ta' gassijiet tad-dmugħ u aġenti għall-kontroll tal-irvellijiet (6), ta' armi tan-nar, ta' armi kimiċi u ta' kimiċi tossiċi.

    (18)

    Huwa adatt li jiġu previsti eżenzjonijiet speċifiċi mill-kontrolli tal-esportazzjoni sabiex ma jiġux impediti l-funzjonamet tal-forzi tal-pulizija tal-Istati Membri u t-twettiq taż-żamma tal-paċi jew l-operati tal-maniġġar tal-kriżijiet u, soġġett għal reviżjoni fi stadju aktar tard, sabiex jiġi permess it-transitu ta' oġġetti barranin.

    (19)

    Il-Linji Gwida għall-Politika tal-UE lejn Pajjiżi Terzi dwar Tortura, Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti Oħra jipprevedu, fost l-oħrajn, li l-Kapijiet tal-Missjoni f'pajjiżi terzi, fir-rapporti perjodiċi tagħhom ser jinkludu analiżi tal-okkorrenza ta' tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra fl-Istat ta' akkreditazzjoni tagħhom, u l-miżuri meħudin għall-ġlieda kontriha. Huwa adatt li l-awtoritajiet kompetenti jieħdu kont ta' dawn ir-rapporti u oħrajn simili li jsiru minn organizzazzjonijiet internazzjonali u tas-soċjetà ċivili rilevanti meta jiddeċiedu dwar talbiet għall-awtorizzazzjonijiet. Tali rapporti għandhom jiddeskrivu wkoll kwalunkwe tagħmir użat f'pajjiżi terzi għall-fini tal-piena kapitali jew ta' tortura, trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra.

    (20)

    Sabiex jingħata kontribut għat-tneħħija tal-piena tal-mewt fil-pajjiżi terzi u għall-prevenzjoni ta' tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, huwa meqjus meħtieġ li tiġi pprojbita l-provvista lil pajjiżi terzi ta' assistenza teknika relatata ma' oġġetti li m'għandhom l-ebda użu prattiku ħlief għall-fini tal-piena kapitali jew ta' tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra.

    (21)

    Il-miżuri ta' dan ir-Regolament huma maħsubin biex jipprevjenu kemm il-piena kapitali kif ukoll it-tortura u t-trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra f'pajjiżi terzi. Huma jinkludu restrizzjonijiet fuq il-kummerċ ma' pajjiżi terzi f'oġġetti li jistgħu jintużaw għall-fini tal-piena kapitali jew għall-fini ta' tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra. M'huwiex meqjus meħtieġ li jiġu stabbiliti kontrolli simili fuq transazzjonijiet fil-Komunità, billi fl-Istati Membri l-piena kapitali ma' teżistix u l-Istati Membri ser ikunu adottaw miżuri adatti biex jiddikjaraw illegali u jipprevjenu t-tortura u t-trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra.

    (22)

    Il-Linji gwida msemmijin hawn fuq jiddikjaraw li, sabiex jintlaħaq l-objettiv li jittieħdu miżuri effettivi kontra t-tortura u t-trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, għandhom jittieħdu miżuri biex jiġu evitati l-użu, il-produzzjoni u l-kummerċ ta' tagħmir li huwa intiż biex jikkawża tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra. Huma l-Istati Membri li għandhom il-kompetenza li jimponu u jinfurzaw ir-restrizzjonijiet meħtieġa fuq l-użu u l-produzzjoni ta' tali tagħmir.

    (23)

    Sabiex jittieħed kont ta' data u żviluppi teknoloġiċi ġodda, il-listi tal-oġġetti koperti minn dan ir-Regolament għandhom jinżammu taħt reviżjoni u għandha tkun prevista proċedura speċifika biex dawn il-listi jiġu emendati.

    (24)

    Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinformaw lil xulxin dwar il-miżuri meħudin skont dan ir-Regolament u dwar informazzjoni rilevanti oħra li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom dwar dan ir-Regolament.

    (25)

    Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (7).

    (26)

    L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli fi ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u jassiguraw li jkunu implimentati. Dawk il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

    (27)

    Xejn f'dan ir-Regolament ma jikkostrinġi l-ebda setgħa taħt u skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (8) u d-dispożizzjonijiet implimentattivi tiegħu, kif imniżżel fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (9).

    (28)

    Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti partikolarment mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    KAPITOLU I

    Suġġett, kamp ta' applikazzjoni u definizzjonijiet

    Artikolu 1

    Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

    1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli Komunitarji li jirregolaw il-kummerċ ma' pajjiżi terzi f'oġġetti li jistgħu jintużaw għall-fini tal-piena kapitali jew għall-fini ta' tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, u f'assistenza teknika relatata.

    2.   Dan ir-Regolament ma japplikax għall-provvista ta' assistenza teknika relatata jekk dik il-provvista tinvolvi l-moviment transkonfinali ta' persuni fiżiċi.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

    (a)

    “tortura” tfisser kwalunkwe att li bih l-uġigħ jew it-tbatija severi, fiżiċi jew mentali, jiġu kkawżati intenzjonalment fuq persuna għal tali finijiet bħall-ksib ta' informazzjoni jew konfessjoni min dik il-persuna jew minn terza persuna, l-ikkastigar ta' dik il-persuna għal att li jew dik il-persuna jew terza persuna tkun wettqet jew tkun issuspettata li wettqet, jew biex tbeżża' jew iġġiegħel lil dik il-persuna jew lil terza persuna, jew għal kwalunkwe raġuni bbażata fuq id-diskriminazzjoni ta' kwalunkwe tip, meta tali uġigħ jew tbatija jiġu kkawżati bl-instigazzjoni jew bil-kunsens ta' uffiċjal pubbliku jew persuna oħra li taġixxi f'kapaċità uffiċjali. Madankollu, din ma tinkludix uġigħ jew tbatija li jirriżultaw biss minn penali leġittimi jew li huma inerenti fihom jew inċidentali għalihom;

    (b)

    “trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra” tfisser kwalunkwe att li bih uġigħ jew tbatija sinifikanti, fiżiċi jew mentali, jiġu kkawżati fuq persuna, meta tali uġigħ jew tbatija jiġu kkawżati bl-instigazzjoni jew bil-kunsens jew qbil ta' uffiċjal pubbliku jew persuna oħra li taġixxi f'kapaċità uffiċjali. Madankollu, din ma tinkludix uġigħ jew tbatija li jirriżultaw biss minn penali leġittimi jew li huma inerenti fihom jew inċidentali għalihom;

    (c)

    “awtorità tal-infurzar tal-liġi” tfisser kwalunkwe awtorità f'pajjiż terz responsabbli għall-prevenzjoni, il-kxif, l-investigazzjoni, il-ġlieda kontra u l-ikkastigar ta' reati kriminali, inkluż, iżda mhux limitat għall-pulizija, kwalunkwe prosekutur, kwalunkwe awtorità ġudizzjarja, kwalunkwe awtorità ta' ħabs pubbliku jew privat u, fejn adatt, kwalunkwe waħda mill-forzi tas-sigurtà tal-istat u l-awtoritajiet militari;

    (d)

    “esportazzjoni” tfisser kwalunkwe ħruġ ta' oġġetti mit-territorju doganali tal-Komunità, inkluż il-ħruġ ta' oġġetti li jeħtieġ dikjarazzjoni doganali u l-ħruġ ta' oġġetti wara l-ħżin tagħhom f'żona ħielsa taħt kontroll ta' tip I jew maħżen ħieles fit-tifsira tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92;

    (e)

    “importazzjoni” tfisser kwalunkwe dħul ta' oġġetti fit-territorju doganali tal-Komunità, inkluż il-ħżin temporanju tagħhom, it-tqegħid f'żona ħielsa jew maħżen ħieles, it-tqegħid taħt proċedura sospensiva u r-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa fit-tifsira tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92;

    (f)

    “assistenza teknika” tfisser kwalunkwe appoġġ tekniku relatat mat-tiswija, l-iżvilupp, il-manifattura, it-testjar, il-manutenzjoni, l-armar jew kwalunkwe servizz tekniku ieħor, u tista' tieħu forom bħal istruzzjoni, pariri, taħriġ, trasmissjoni ta' għarfien dwar it-tħaddim jew ħiliet jew servizzi ta' konsulenza. L-assistenza teknika tinkludi forom verbali ta' assistenza u assistenza pprovduta b'mezzi elettroniċi;

    (g)

    “mużew” tfisser istituzzjoni permanenti mingħajr qligħ fis-servizz tas-soċjetà u tal-iżvilupp tagħha, u miftuħa għall-pubbliku, li tikseb, tikkonserva, tirriċerka, tikkomunika u tesebixxi, għall-finijiet tal-istudju, l-edukazzjoni u d-divertiment, evidenza materjali tan-nies u l-ambjent tagħhom;

    (h)

    “awtorità kompetenti” tfisser awtorità ta' wieħed mill-Istati Membri, kif elenkata fl-Anness I, li f'konformità mal-Artikolu 8(1) hija intitolata tieħu deċiżjoni dwar applikazzjoni għal awtorizzazzjoni;

    (i)

    “applikant” tfisser

    (1)

    fil-każ tal-esportazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 3 jew 5, kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li għandha kuntratt ma' destinatarju f'pajjiż li lejh jiġu esportati l-oġġetti u li għandu s-setgħa li jiddetermina l-kunsinna ta' oġġetti kkontrollati permezz ta' dan ir-Regolament barra t-territorju doganali tal-Komunità fiż-żmien meta d-dikjarazzjoni doganali tiġi aċċettata. Jekk l-ebda kuntratt tal-esportazzjoni ma jkun ġie konkluż jew jekk id-detentur tal-kuntratt ma jaġġixxix għan-nom tiegħu, is-setgħa għad-determinazzjoni tal-kunsinna tal-oġġett barra t-territorju doganali tal-Komunità għandu jkun deċiżiv;

    (2)

    fejn, fil-każ ta' tali esportazzjonijiet, il-benefiċċju ta' dritt li jiddisponi mill-oġġetti jappartjeni lil persuna stabbilita barra l-Komunità skont il-kuntratt li fuqu jkunu bbażati l-esportazzjonijiet, il-parti kontraenti stabbilita fil-Komunità;

    (3)

    fil-każ ta' provvisti ta' assistenza teknika msemmija fl-Artikolu 3, il-persuna fiżika jew ġuridika li ser tipprovdi s-servizz; u

    (4)

    fil-każ ta' importazzjonijiet u provvisti ta' assistenza teknika msemmija fl-Artikolu 4, il-mużew li ser juri l-oġġetti.

    KAPITOLU II

    Oġġetti li m'għandhom l-ebda użu prattiku ħlief għall-fini tal-piena kapitali, tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra

    Artikolu 3

    Projbizzjoni tal-esportazzjonijiet

    1.   Kwalunkwe esportazzjoni ta' oġġetti li m'għandhom l-ebda użu prattiku ħlief għall-fini tal- piena kapitali jew għall-fini ta' tortura u trattament jew piena krudili, inumana jew degradanti oħra, elenkati fl-Anness II, għandha tiġi pprojbita, irrispettivament mill-oriġini ta' tali tagħmir.

    Il-provvista ta' assistenza teknika relatata mal-oġġetti elenkati fl-Anness II, kemm jekk bi ħlas kif ukoll jekk le, mit-territorju doganali tal-Komunità, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp f'pajjiż terz għandha tiġi pprojbita.

    2.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza esportazzjoni tal-oġġetti elenkati fl-Anness II, u l-provvista tal-assistenza teknika relatata, jekk jintwera li, fil-pajjiż li lejh ser jiġu esportati l-oġġetti, tali oġġetti ser jintużaw għall-fini esklużiv ta' wirja pubblika f'mużew fid-dawl tas-sinifikat storiku tagħhom.

    Artikolu 4

    Projbizzjoni tal-importazzjoni

    1.   Kwalunkwe importazzjoni tal-oġġetti elenkati fl-Anness II għandha tiġi pprojbita, irrispettivament mill-oriġini ta' tali oġġetti.

    L-aċċettazzjoni minn persuna, entità jew korp fit-territorju doganali tal-Komunità tal-assistenza teknika relatata mal-oġġetti elenkati fl-Anness II, ipprovduta minn pajjiż terz, kemm jekk għal konsiderazzjoni kif ukoll jekk le, minn persuna, entità jew korp għandha tiġi pprojbita.

    2.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza importazzjoni tal-oġġetti elenkati fl-Anness II, u l-provvista tal-assistenza teknika relatata, jekk jintwera li, fl-Istat Membru tad-destinazzjoni, tali oġġetti ser jintużaw għall-fini esklużiv ta' wirja pubblika f'mużew fid-dawl tas-sinifikat storiku tagħhom.

    KAPITOLU III

    Oġġetti li jistgħu jintużaw għall-fini ta' tortura jew t-trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra

    Artikolu 5

    Rekwiżit tal-awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni

    1.   Għal kwalunkwe esportazzjoni ta' oġġetti li jistgħu jintużaw għall-fini ta' tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, elenkati fl-Anness III, tkun meħtieġa awtorizzazzjoni, irrispettivament mill-oriġini ta' tali oġġetti. Madankollu, l-ebda awtorizzazzjoni ma tkun meħtieġa għal oġġetti li jgħaddu biss mit-territorju doganali tal-Komunità, jiġifieri dawk li mhumiex assenjati trattament approvat mid-dwana jew użu ieħor barra mill-proċedura tat-transitu estern skont l-Artikolu 91 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, inkluż il-ħżin ta' oġġetti mhux Komunitarji f'żona ħielsa ta' kontroll ta' tip I jew maħżen ħieles.

    2.   Il-Paragrafu 1 m'għandux japplika għall-esportazzjonijiet lejn dawk it-territorji tal-Istati Membri li huma kemm elenkati fl-Anness IV u li mhumiex parti mit-territorju doganali tal-Komunità, dment li l-oġġetti huma użati minn awtorità responsabbli għall-infurzar tal-liġi kemm fil-pajjiż jew fit-territorju tad-destinazzjoni kif ukoll fil-parti metropolitana tal-Istat Membru li għalih jappartjeni dak it-territorju. Id-dwana jew l-awtoritajiet rilevanti oħra għandu jkollhom id-dritt li jivverifikaw jekk din il-kondizzjoni hijiex sodisfatta u jistgħu jiddeċiedu li, sakemm issir tali verifika, l-esportazzjoni m'għandiex isseħħ.

    3.   Il-Paragrafu 1 m'għandux japplika għall-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi, dment li l-oġġetti jintużaw mill-persunal militari jew ċivili ta' Stat Membru, jekk tali persunal ikun qed jieħu sehem f'operazzjoni tal-UE jew tan-NU għaż-żamma tal-paċi jew tal-maniġġar tal-kriżijiet fil-pajjiż terz ikkonċernat jew f'operazzjoni bbażata fuq qbil bejn Stati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tad-difiża. Id-dwana jew awtoritajiet rilevanti oħra għandu jkollhom id-dritt li jivverifikaw jekk din il-kondizzjoni hijiex sodisfatta. Sakemm issir tali verifika, l-esportazzjoni m'għandiex isseħħ.

    Artikolu 6

    Kriterji għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet tal-esportazzjoni

    1.   Id-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni tal-oġġetti elenkati fl-Anness III għandhom jittieħdu mill-awtorità kompetenti fuq bażi ta' każ b'każ, b'kont meħud tal-konsiderazzjonijiet rilevanti kollha, inkluż b'mod partikolari, jekk applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni essenzjalment identika ma tkunx intlaqgħet minn Stat Membru ieħor fit-tliet snin preċedenti.

    2.   L-awtorità kompetenti m'għandha tagħti l-ebda awtorizzazzjoni meta jkun hemm raġunijiet tajba biex wieħed jemmen li l-oġġetti elenkati fl-Anness III jistgħu jintużaw għat-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, inkluża l-piena korporali ġudizzjarja, minn awtorità tal-infurzar tal-liġi jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika f'pajjiż terz.

    L-awtorità kompetenti għandha tieħu kont ta':

    sentenzi disponibbli tal-qorti internazzjonali,

    sejbiet mill-korpi kompetenti tan-NU, il-Kunsill tal-Ewropa u l-UE, u rapporti tal-Kumitat Ewropew tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Prevenzjoni tat-Tortura u t-Trattament u Pieni Inumani jew Degradanti u tar-Relatur Speċjali tan-NU dwar it-Tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra.

    Jista' jittieħed kont ta' informazzjoni rilevanti oħra, inklużi sentenzi disponibbli tal-qorti nazzjonali, rapporti jew informazzjoni oħra mħejjija minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u informazzjoni dwar restrizzjonijiet fuq l-esportazzjonijiet tal-oġġetti elenkati fl-Annessi II u III applikati mill-pajjiż tad-destinazzjoni.

    Artikolu 7

    Miżuri nazzjonali

    1.   Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5 u 6, Stat Membru jista' jadotta jew iżomm projbizzjoni fuq l-esportazzjoni jew l-importazzjoni ta' manetti tas-saqajn, ktajjen għall-grupp ta' priġunieri u tagħmir tax-xokk elettriku li jista' jinġarr.

    2.   Stat Membru jista' jimponi rekwiżit ta' awtorizzazzjoni fuq l-esportazzjoni ta' manetti li għandhom qies ġenerali inklużi l-ktajjen, imkejlin mix-xifer ta' barra ta' ħolqa sax-xifer ta' barra tal-ħolqa l-oħra, li jeċċedu l-240 mm meta jinqaflu. L-Istat Membru kkonċernat għandu japplika l-Kapitolu III u IV għal tali manetti.

    3.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe miżura adottata skont il-paragrafi 1 u 2. Il-miżuri eżistenti għandhom jiġu nnotifikati sat-30 ta’ Lulju 2006. Il-miżuri sussegwenti għandhom jiġu nnotifikati qabel jidħlu fis-seħħ.

    KAPITOLU IV

    Proċeduri ta' awtorizzazzjoni

    Artikolu 8

    Applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet

    1.   Awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni u l-importazzjoni u għall-provvista ta' assistenza teknika għandha tingħata biss mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru elenkat fl-Anness I fejn l-applikant ikun stabbilit.

    2.   L-applikanti għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti bl-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-attivitajiet li għalihom teħtieġ awtorizzazzjoni.

    Artikolu 9

    Awtorizzazzjonijiet

    1.   L-awtorizzazzjonijiet għall-esportazzjoni u l-importazzjoni għandhom jinħarġu fuq formola konsistenti mal-mudell stabbilit fl-Anness V u għandhom ikunu validi fil-Komunità kollha. Il-perijodu ta' validità ta' awtorizzazzjoni għandu jkun minn tlieta sa tnax-il xahar b'estensjoni possibbli sa tnax-il xahar.

    2.   L-awtorizzazzjoni tista' tinħareġ permezz ta' mezzi elettroniċi. Il-proċeduri speċifiċi għandhom jiġu stabbiliti fuq bażi nazzjonali. L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din l-għażla għandhom jinformaw lill-Kummissjoni.

    3.   L-awtorizzazzjonijiet għall-esportazzjoni u l-importazzjoni għandhom ikunu soġġetti għal kwalunkwe rekwiżiti u kondizzjonijiet li l-awtorità kompetenti tqis adatti.

    4.   L-awtoritajiet kompetenti, li jaġixxu skont dan ir-Regolament, jistgħu jirrifjutaw li jagħtu awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni u jistgħu jannullaw, jissospendu, jimmodifikaw jew jirrevokaw awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni li jkunu diġà taw.

    Artikolu 10

    Formalitajiet doganali

    1.   Meta jimla l-formalitajiet doganali, l-esportatur jew l-importatur għandu jibgħat il-formola mimlija kif dovut stabbilita fl-Anness V bħala prova li l-awtorizzazzjoni meħtieġa għall-esportazzjoni jew l-importazzjoni kkonċernata nkisbet. Jekk id-dokument ma jimteliex b'lingwa uffiċjali tal-Istat Membru fejn il-formalitajiet doganali jkunu qed jimtlew, l-esportatur jew l-importatur jista' jintalab jipprovdi traduzzjoni f'dik il-lingwa uffiċjali.

    2.   Jekk issir dikjarazzjoni doganali dwar l-oġġetti elenkati fl-Anness II jew III, u jkun ikkonfermat li ma ngħatat l-ebda awtorizzazzjoni skont dan ir-Regolament għall-esportazzjoni jew l-importazzjoni intiża, l-awtoritajiet doganali għandhom iżommu l-oġġetti ddikjarati u jiġbdu l-attenzjoni għall-possibbiltà tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni skont dan ir-Regolament. Jekk fi żmien sitt xhur minn wara li jinżammu l-oġġetti ma ssir l-ebda applikazzjoni, jew jekk l-awtorità kompetenti tirrifjuta tali applikazzjoni, l-awtoritajiet doganali għandhom jiddisponu mill-oġġetti miżmumin f'konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali applikabbli.

    Artikolu 11

    Rekwiżit għal notifika u konsultazzjoni

    1.   L-awtoritajiet tal-Istati Membri, kif elenkati fl-Anness I, għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet l-oħra kollha tal-Istati Membri u l-Kummissjoni, kif elenkati f'dak l-Anness, jekk huma jieħdu deċiżjoni li jirrifjutaw applikazzjoni għal awtorizzazzjoni skont dan ir-Regolament u jekk jannullaw awtorizzazzjoni li jkunu taw. In-notifika għandha ssir mhux aktar tard minn tletin jum wara d-deċiżjoni.

    2.   L-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta lill-awtorità jew l-awtoritajiet li, fit-tliet snin preċedenti, irrifjutaw applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ta' importazzjoni jew esportazzjoni jew il-provvista ta' assistenza teknika skont dan ir-Regolament, jekk tirċievi applikazzjoni dwar importazzjoni jew esportazzjoni jew il-provvista ta' assistenza teknika li tinvolvi transazzjoni essenzjalment identika msemmija f'tali applikazzjoni aktar bikrija u tqis li, madankollu, għandha tingħata awtorizzazzjoni.

    3.   Jekk, wara tali konsultazzjonijiet, l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li tagħti awtorizzazzjoni, għandha tinforma immedjatament lill-awtoritajiet kollha elenkati fl-Anness I tad-deċiżjoni tagħha u tispjega r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha, waqt li tippreżenta informazzjoni ta' appoġġ kif adatt.

    4.   Ir-rifjut għall-għoti ta' awtorizzazzjoni, jekk ikun ibbażat fuq projbizzjoni nazzjonali f'konformità mal-Artikolu 7(1), m'għandux jikkostitwixxi deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni fit-tifsira tal-paragrafu 1.

    KAPITOLU V

    Dispożizzjonijiet ġenerali u finali

    Artikolu 12

    Emenda tal-Annessi

    1.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda l-Anness I. Id-data dwar l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandha tiġi emendata abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri.

    2.   F'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2), il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda l-Annessi II, III, IV u V.

    Artikolu 13

    Skambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-Kummissjoni

    1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom, fuq talba, jinformaw lil xulxin dwar il-miżuri meħudin skont dan ir-Regolament u jipprovdu lil xulxin bi kwalunkwe informazzjoni rilevanti għad-dispożizzjoni tagħhom b'rabta ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari informazzjoni dwar awtorizzazzjonijiet mogħtija u rrifjutati.

    2.   L-informazzjoni rilevanti dwar awtorizzazzjonijiet mogħtija u rrifjutati għandha tinkludi mill-inqas it-tip ta' deċiżjoni, ir-raġunijiet għad-deċiżjoni jew sommarju tagħha, l-ismijiet tad-destinatarji u, jekk ma jkunux l-istess, tal-utenti finali kif ukoll tal-oġġetti kkonċernati.

    3.   L-Istati Membri, jekk possibbli f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, għandhom jagħmlu rapport pubbliku dwar l-attivitajiet annwali, li jipprovdi informazzjoni dwar in-numru ta' applikazzjonijiet riċevuti, dwar l-oġġetti u l-pajjiżi kkonċernati f'dawn l-applikazzjonijiet, u dwar id-deċiżjonijiet li jkunu ħadu dwar dawn l-applikazzjonijiet. Dan ir-rapport m'għandux jinkludi informazzjoni li l-iżvelar tagħha huwa meqjus minn Stat Membru li jmur kontra l-interessi essenzjali tas-sigurtà tiegħu.

    4.   Ħlief għall-provvista tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 lill-awtoritajiet tal-Istat Membru l-ieħor u lill-Kummissjoni, dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali applikabbli dwar il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali.

    5.   Ir-rifjut għall-għoti ta' awtorizzazzjoni, jekk ikun ibbażat fuq projbizzjoni nazzjonali adottata f'konformità mal-Artikolu 7(1), m'għandux jikkostitwixxi awtorizzazzjoni rrifjutata fit-tifsira tal-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu.

    Artikolu 14

    Użu tal-informazzjoni

    Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (10) u l-leġislazzjoni nazzjonali dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti, l-informazzjoni riċevuta skont dan ir-Regolament għandha tintuża biss għall-fini li saret it-talba għaliha.

    Artikolu 15

    Proċedura ta’ kumitat

    1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill kumitat dwar ir-regoli komuni għall-esportazzjonijiet tal-prodotti, stabbilit mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2603/1969 (11).

    2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

    Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahrejn.

    3.   Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

    Artikolu 16

    Implimentazzjoni

    Il-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 15 għandu jeżamina kwalunkwe kwistjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament imqajma mill-president tiegħu jew fuq inizjattiva personali tiegħu jew tagħha jew fuq talba ta' rappreżentant ta' Stat Membru.

    Artikolu 17

    Penali

    1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għall-ksur tad- dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

    2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli sad-29 ta’ Awwissu 2006 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffetwahom.

    Artikolu 18

    Ambitu territorjali

    1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għal:

    it-territorju doganali tal-Komunità, kif iddefinit fir-Regolament (KEE) Nru 2913/92;

    it-territorji Spanjoli Ceuta u Melilla;

    it-territorju Ġermaniż ta' Helgoland.

    2.   Għall-fini ta' dan ir-Regolament, Ceuta, Helgoland u Melilla għandhom jiġu ttrattati bħala parti mit-territorju doganali tal-Komunità.

    Artikolu 19

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Lulju 2006.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, is-27 ta’ Ġunju 2005.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    L. LUX


    (1)  Riżoluzzjoni 3452 (XXX) tad-9.12.1975 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

    (2)  ĠU C 364, 18.12.2000, p. 1.

    (3)  ĠU C 87 E, 11.4.2002, p. 136.

    (4)  Riżoluzzjoni 34/169 tas-17.12.1979 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

    (5)  Approvat bir-Riżoluzzjonijiet 663 C (XXIV) tal-31.7.1957 u 2076 (LXII) tat-13.5.1977 tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tan-Nazzjonijiet Uniti.

    (6)  Ara l-punt ML 7(c) tal-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea, ĠU C 127, 25.5.2005, p. 1.

    (7)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

    (8)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 648/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 117, 4.5.2005, p. 13).

    (9)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 883/2005 (ĠU L 148, 11.6.2005, p. 5).

    (10)  ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.

    (11)  ĠU L 324, 27.12.1969, p. 25. Regolament kif ġie emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3918/91 (ĠU L 372, 31.12.1991, p. 31).


    ANNESS I

    LISTA TAL-AWTORITAJIET IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLI 8 U 11

    A.   Awtoritajiet tal-Istati Membri

     

    BELĠJU

    Ministerie van Economie, Energie, Handel en Wetenschapsbeleid

    Directoraat, E4: Economisch potentieel, Markttoegangsbeleid, Tarifaire en Non-tarifaire maatregelen

    Vooruitgangsstraat 50c

    B-1210 Brussel

    Telefon: +32 (2) 277 51 11

    Telefax: +32 (2) 277 53 03

    Indirizz elettroniku: Charles.godart@mineco.fgvov.be

    Ministère de l'économie, de l'énérgie, du commerce et de la politique scientifique

    Directorat, E4: Potentiel économique, Politique d'accès au marchés, mesures tarifaires et non-tarifaires

    Rue du Progrès 50c

    B-1210 Bruxelles

    Telefon: +32 (2) 277 51 11

    Telefax: +32 (2) 277 53 03

    Indirizz elettroniku: Charles.godart@mineco.fgvov.be

     

    REPUBBLIKA ĊEKA

    Ministerstvo průmyslu a obchodu

    Licenční správa

    Na Františku 32

    110 15 Praha 1

    Česká republika

    Telefon: +420 224 907 641

    Telefax: +420 224 221 881

    Indirizz elettroniku: osm@mpo.cz

     

    DANIMARKA

     

    Anness III, nri 2 u 3

    Justitsministeriet

    Slotsholmsgade 10

    1216 København K

    DK-Denmark

    Telefon: +45 33 92 33 40

    Telefax: +45 33 93 35 10

    Indirizz elettroniku: jm@jm.dk

     

    Anness II u Anness III, Nru 1

    Økonomi- og Erhvervsministeriet

    Erhvers- og Byggestyrelsen

    Eksportkontroladministrationen

    Langelinie Allé 17

    DK-2100 Copenhagen Ø

    Denmark

    Telefon: +45 35 46 60 00

    Telefax: +45 35 46 60 01

    Indirizz elettroniku: ebst@ebst.dk

     

    ĠERMANJA

    Bundesamt für Wirtschaft und Ausfuhrkontrolle (BAFA)

    Frankfurter Strasse 29-35

    D-65760 Eschborn

    Telefon: +49 61 96 908-0

    Telefax: +49 61 96 908 800

    Indirizz elettroniku: ausfuhrkontrolle@bafa.bund.de

     

    GREĊJA

    ΕΛΛΑΔΑ

    Υπουργείο Οικονομίας & Οικονομικών

    Γενική Διεύθυνση Σχεδιασμού και Διαχείρισης Πολιτικής

    Διεύθυνση Διεθνών Οικονομικών Ροών

    Κορνάρου 1

    GR-105 63 Αθήνα

    Τηλ. +30 210 328 60 47, +30 210 328 60 31

    Φαξ +30 210 328 60 94

    Indirizz elettroniku: e3c@mnec.gr

     

    ESTONJA

    Eesti Välisministeerium

    Välismajanduse ja arengukoostöö osakond

    Strateegilise kauba kontrolli büroo

    Islandi väljak 1

    15049 Tallinn

    Eesti

    Telefon: +372 631 7200

    Telefax: +372 631 7288

    Indirizz elettroniku: stratkom@mfa.ee

     

    SPANJA

    Secretaría General de Comercio Exterior

    Secretaría de Estado de Turismo y Comercio

    Ministerio de Industria, Turismo y Comercio

    Paseo de la Castellana 162

    E-28046 Madrid

    Telefon: +34 91 5835284

    Telefax: +34 91 5835619

    Indirizz elettroniku: Buzon.Oficial@SGDEFENSA.SECGCOMEX.SSCC.MCX.ES

    Departamento de Aduanas e Impuestos Especiales de la

    Agencía Estatal de Administración Tributaria

    Avda. Llano Castellano, 17

    28071 Madrid

    España

    Telefon: +34 91 7289450

    Telefax: +34 91 7292065

     

    FRANZA

    Ministère de l'Economie, des Finance et de l'Industrie

    Direction générale des douanes et droits indirects

    Service des titres du commerce extérieur (Setice)

    8, rue de la Tour des Dames

    F-75436 PARIS CEDEX 09

    Telefon: 01 55 07 46 73/- 46 42/- 48 64/- 47 64

    Telefax: 01 55 07 46 67/- 46 91

    Indirizz elettroniku: dg-setice@douane.finances.gouv.fr

     

    IRLANDA

    Licensing Unit

    Department of Enterprise, Trade and Employment

    Earlsfort Centre

    Lower Hatch Street

    Dublin 2

    Ireland

    Telefon: +353 1 631 21 21

    Telefax: +353 1 631 25 62

     

    ITALJA

    Ministero Attività Produttive

    Direzione Generale Politica Commerciale

    Viale Boston, 25

    I-00144 Roma

    Telefon: +39 06 59 93 25 79

    Telefax: +39 06 59 93 26 34

    Indirizz elettroniku: polcomsegr@mincomes.it

     

    ĊIPRU

    ΚΥΠΡΟΣ

    Ministry of Commerce, Industry and Tourism

    Trade Service

    Import/Export Licensing Unit

    6 Andreas Araouzos Street

    CY-1421 Nicosia

    Τηλ. +357 22 867100

    Φαξ +357 22 375120

    Indirizz elettroniku: perm.sec@mcit.gov.cy

    Ministry of Commerce, Industry and Tourism

    Trade Service

    Import/Export Licensing Unit

    6 Andreas Araouzos Street

    CY-1421 Nicosia

    Telephone: (357- 22) 86 71 00

    Telefax: (357-22) 37 51 20

    E-mail: perm.sec@mcit.gov.cy

     

    LATVJA

    Ekonomikas ministrija

    Brîvîbas iela 55

    LV-1519 Rîga

    Latvija

    Telefax: +371 7 280 882

     

    LITWANJA

    Policijos departamento prie Vidaus reikalų ministerijos

    Licencijavimo skyrius

    Saltoniškių g. 19

    LT-08105 Vilnius

    Lietuva

    Telefon: +370 8 271 97 67

    Telefax: +370 5 271 99 76

    Indirizz elettroniku: leidimai.pd@policija.lt

     

    LUSSEMBURGU

    Commerce extérieur

    Office des licences

    B.P. 113

    L-2011 Luxembourg

    Telefon: +352 4782370

    Telefax: +352 466138

    Indirizz elettroniku: office.licences@mae.etat.lu

     

    UNGERIJA

    Magyar Kereskedelmi

    Engedélyezési Hivatal

    Margit krt. 85

    H-1024 Budapest

    Magyarország

    Telefon: +361 336 74 30

    Telefax: +361 336 74 28

    Indirizz elettroniku: spectrade@mkeh.hu

     

    MALTA

    Diviżjoni għall–Kummerċ

    Servizzi Kummerċjali

    Lascaris

    Valletta CMR02

    Telefon: +356 25 69 02 09

    Telefax: +356 21 24 05 16

     

    Il-PAJJIŻI L-BAXXI (id-dettalji għad iridu jiġu ddeterminati)

     

    AWSTRIJA

    Bundesministerium für Wirtschaft und Arbeit

    Abteilung für Aus- und Einfuhrkontrolle

    A-1011 Wien

    Stubenring 1

    Telefon: +43 1 71100 8327

    Telefax: +43 1 71100 8386

    Indirizz elettroniku: post@C22.bmwa.gv.at

     

    POLONJA

    Ministerstwo Gospodarki i Pracy

    Plac Trzech Krzyży 3/5

    00-507 Warszawa

    Polska

    Telefon: +48 22 693 50 00

    Telefax: +48 22 693 40 48

     

    PORTUGALL

    Ministério das Finanças

    Direcção Geral das Alfândegas e dos Impostos Especiais de Consumo

    Direcção de Serviços de Licenciamento

    Rua Terreiro do Trigo, Edifício da Alfândega

    P-1149-060 Lisboa

    Telefon: +351 21 88 14 263

    Telefax: +351 21 88 14 261

     

    SLOVENJA

    Ministrstvo za gospodarstvo

    Direktorat za ekonomsk odnose s tujino

    Kotnikova 5

    1000 Ljubljana

    Republic of Slovenia

    Telefon: +386 1 478 35 42

    Telefax: +386 1 478 36 11

     

    SLOVAKKJA

    Ministerstvo hospodárstva Slovenskej republiky

    Odbor riadenia obchodovania s citlivými tovarmi

    Mierová 19

    827 15 Bratislava

    Slovenská republika

    Telefon: +421 2 48 54 20 53

    Telefax: +421 2 43 42 39 15

     

    FINLANDJA

    Sisäasiainministeriö

    Arpajais- ja asehallintoyksikkö

    PL 50

    FI-11101 RIIHIMÄKI

    Puhelin +358 9 16001

    Faksi +358 19 720668

    Sähköposti: aahy@poliisi.fi

     

    SVEZJA

    Kommerskollegium

    PO Box 6803

    S-113 86 Stockholm

    Telefon: +46 8 690 48 00

    Telefax: +46 8 30 67 59

    Indirizz elettroniku: registrator@kommers.se

     

    RENJU UNIT

    Department of Trade and Industry

    Export Control Organisation

    4 Abbey Orchard Street

    London

    SW1P 2HT

    United Kingdom

    Telefon: +44 207 215 05 85

    Telefax: +44 207 215 05 72

    Indirizz elettroniku: mevlyn.tompkins@dti.gsi.gov.uk

    B.   Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni:

    KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni

    Direttorat A: Direttorat għall-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) u l-Politika Ewropea ta' Sigurtà u Difiża (PESD): Koordinazzjoni u kontribut tal-Kummissjoni

    Unità A 2: Kwitjonijiet Legali u istituzzjonali, Azzjonijiet Konġunti tal-PESK, Sanzjonijiet, il-Proċess Kimberley

    CHAR 12/163

    B-1049 Bruxelles/Brussel

    Telefon: +32 2 296 25 56

    Telefax: +32 2 296 75 63

    Indirizz elettroniku: relex-sanctions@cec.eu.int


    ANNESS II

    Lista ta’ oġġetti msemmijin fl-Artikoli 3 u 4

    Nota: din il-lista ma tkoprix l-oġġetti tekniċi mediċi


    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni

    1.   Oġġetti maħsubin għall-esekuzzjoni tal-bnedmin, kif ġej:

    ex 4421 90 98

    ex 8208 90 00

    1.1.

    Forok u giljottini.

    ex 8543 89 95

    ex 9401 79 00

    ex 9401 80 00

    ex 9402 10 00

    ex 9402 90 00

    1.2.

    Siġġijiet elettriċi għall-fini tal-esekuzzjoni tal-bnedmin.

    ex 9406 00 38

    ex 9406 00 80

    1.3.

    Kmamar mingħajr arja, magħmulin pereżempju mill-azzar u mill-ħġieġ, maħsubin għall-fini tal-esekuzzjoni tal-bnedmin bl-amministrazzjoni ta’ gass jew sustanza letali.

    ex 8413 81 90

    ex 9018 90 50

    ex 9018 90 60

    ex 9018 90 85

    1.4.

    Sistemi awtomatiċi ta’ injezzjoni ta’ drogi maħsubin għall-fini tal-esekuzzjoni tal-bnedmin bl-amministrazzjoni ta’ sustanza kimika letali.

    2.   Oġġetti maħsubin għat-trażżin tal-bnedmin, kif ġej:

    ex 8543 89 95

    2.1.

    Ċinturini għax-xokkijiet elettriċi maħsubin għat-trażżin tal-bnedmin bl-amministrazzjoni ta’ xokkijiet elettriċi li għandhom vultaġġ mhux ikkargat li jeċċedi l-10 000 V.


    ANNESS III

    Lista ta’ oġġetti msemmijin fl-Artikolu 5

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni

    1.   Oġġetti maħsubin għat-trażżin tal-bnedmin, kif ġej:

    ex 9401 61 00

    ex 9401 69 00

    ex 9401 71 00

    ex 9401 79 00

    ex 9402 90 00

    ex 9403 20 91

    ex 9403 20 99

    ex 9403 50 00

    ex 9403 70 90

    ex 9403 80 00

    1.1.

    Siġġijiet ta’ trażżin u bordijiet bil-manetti.

    Nota:

    Dan il-punt ma jikkontrollax is-siġġijiet ta’ trażżin maħsubin għal persuni b'diżabbiltà.

    ex 7326 90 98

    ex 8301 50 00

    ex 3926 90 99

    1.2.

    Manetti tas-saqajn, ktajjen għall-grupp ta’ priġunieri, manetti u manetti individwali jew manetti fil-forma ta’ brazzuletti.

    Nota:

    Dan il-punt ma jikkontrollax lill-“manetti ordinarji”. Il-manetti ordinarji huma manetti li għandhom qies ġenerali inklużi l-ktajjen, imkejlin mix-xifer ta’ barra ta’ ħolqa sax-xifer ta’ barra tal-ħolqa l-oħra, bejn 150 u 280 mm meta jinqaflu u li ma ġewx immodifikati biex jikkawżaw uġigħ jew tbatija fiżika.

    ex 7326 90 98

    ex 8301 50 00

    ex 3926 90 99

    1.3.

    manetti tas-saba' l-kbir u strumenti għat-tgħaffiġ tas-saba' l-kbir, inklużi manetti bis-snien tas-saba' l-kbir.

    2.   Tagħmir li jista' jinġarr maħsub għall-fini tal-kontroll tal-irvellijiet jew awtoprotezzjoni, kif ġej:

    ex 8543 89 95

    ex 9304 00 00

    2.1.

    Tagħmir tax-xokk elettriku li jista' jinġarr, inkluż iżda mhux limitat għal, lenbubi tax-xokk elettriku, tarki tax-xokk elettriku, stun guns u dart guns tax-xokk elettriku li għandhom vultaġġ mhux ikkargat li jeċċedi l-10 000 V.

    1.

    Dan il-punt ma jikkontrollax liċ-ċinturini tax-xokk elettriku kif deskritt fil-punt 2.1 tal-Anness II.

    2.

    Dan il-punt ma jikkontrollax lit-tagħmir individwali tax-xokk elettroniku meta jakkumpanja lill-utent tiegħu għall-protezzjoni personali tal-utent stess.

    3.   Sustanzi għall-fini tal-kontroll tal-irevellijiet jew awtodifiża u tagħmir ta’ disseminazzjoni relatat li jista' jinġarr, kif ġej:

    ex 8424 20 00

    ex 9304 00 00

    3.1.

    Tagħmir li jista' jinġarr għall-fini tal-kontroll tal-irevellijiet jew awtodifiża mill-amministrazzjoni jew disseminazzjoni ta’ sustanza kimika inkapaċitanti.

    Nota:

    Dan il-punt ma jikkontrollax lit-tagħmir individwali li jista' jinġarr, anki jekk ikun fih sustanza kimika, meta jakkumpanja lill-utent tiegħu għall-protezzjoni personali tal-utent stess.

    ex 2924 29 95

    3.2.

    Vanillilamide tal-aċidu pelargoniko (PAVA) (CAS 2444-46-4).

    ex 2939 99 00

    3.3.

    Oleoresin capsicum (OC) (CAS 8023-77-6).


    ANNESS IV

    Lista tat-territorji tal-Istati Membri msemmijin fl-Artikolu 5(2)

     

    DANIMARKA:

    Il-Groenlandja

     

    FRANZA:

    Il-Kaledonja l-ġdida u d-Dipendenzi tagħha,

    Il-Polineżja Franċiża,

    It-Territorji Franċiżi tan-Nofs in-Nhar u Antartiċi,

    Il-Gżejjer Wallis u Futuna,

    Mayotte,

    St Pierre u Miquelon.

     

    ĠERMANJA:

    Büsingen


    ANNESS V

    Formola ta’ awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni jew tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(1)

    Speċifikazzjoni teknika:

    Il-formola li ġejja għandu jkollha daqs ta’ 210 × 297 mm b'tolleranza massima ta’ 5 mm inqas u 8 mm aktar. Il-kaxxi huma bbażati fuq unità ta’ kejl ta’ wieħed minn għaxra ta’ pulzier orizzontalment u wieħed minn sitta ta’ pulzier vertikalment. Is-suddiviżjonijiet huma bbażati fuq unità ta’ kejl ta’ wieħed minn għaxra ta’ pulzier orizzontalment.

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Noti ta’ spjegazzjoni għall-formola

    “Awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni jew l-importazzjoni ta’ oġġetti li jistgħu jintużaw għat-tortura (Regolament (KE) Nru 1236/2005)”

    Din il-formola ta’ awtorizzazzjoni għandha tintuża għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni għal esportazzjoni jew importazzjoni ta’ oġġetti f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1236/2005 dwar il-kummerċ ta’ ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni oħra krudili, inumani jew degradanti. Din m'għandhiex tintuża biex tiġi awtorizzata l-provvista ta’ assistenza teknika.

    L-awtorità tal-ħruġ hija l-awtorità ddefinita fl-Artikolu 2(h) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1236/2005 li huwa mniżżel fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

    L-awtorizzazzjonijiet għandhom jinħarġu fuq din il-formola ta’ paġna waħda, li għandha tkun stampata fuq iż-żewġ naħat. L-uffiċċju doganali kompetenti jnaqqas il-kwantitajiet tal-esportazzjoni mill-kwantità totali disponibbli. Għandu jiżgura li l-oġġetti differenti soġġetti għall-awtorizzazzjoni jkunu separati b'mod ċar għal-din il-fini.

    Fejn il-proċeduri nazzjonali tal-Istati Membri jeħtieġu kopji addizzjonali tal-formola (bħal pereżempju għall-applikazzjoni) din il-formola ta’ awtorizzazzjoni tista' tiġi inkluża f'sett ta’ formoli li fihom il-kopji meħtieġa skont ir-regoli nazzjonali applikabbli. Fil-kaxxa ta’ fuq kaxxa 3 ta’ kull kampjun fil-marġni fuq ix-xellug għandu jiġi indikat b'mod ċar għal-liema fini (eż. applikazzjoni, kopja għall-applikant) huma intiżi l-kopji rilevanti. Kampjun wieħed biss għandu jkun il-formola ta’ awtorizzazzjoni mniżżla fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1236/2005.

    Kaxxa 1:

    Applikant:

    Jekk jogħġbok indika isem l-applikant u l-indirizz sħiħ.

    In-numru doganali tal-applikant jista' wkoll jiġi indikat (fakultattiv fil-biċċa l-kbira tal-każijiet).

    It-tip ta’ applikant għandu jiġi indikat (fakultattiv) fil-kaxxa rilevanti, billi jintużaw in-numri 1, 2 jew 4 li jirreferu għall-punti stabbiliti fid-definizzjoni tal-Artikolu 2(i) tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005.

    Kaxxa 3:

    Nru tal-Awtorizzazzjoni:

    Jekk jogħġbok imla n-numru u ttikkja jew il-kaxxa tal-esportazzjoni jew dik tal-importazzjoni. Ara l-Artikolu 2(d) u 2(e) u l-Artikolu 18 tar-Regolament għad-definizzjonijiet tat-termini “esportazzjoni” u “importazzjoni”.

    Kaxxa 4:

    Data ta’ skadenza:

    Jekk jogħġbok niżżel id-data (żewġ numri), ix-xahar (żewġ numri) u s-sena (erba' numri).

    Kaxxa 5:

    Aġent/rappreżentant

    Jekk jogħġbok indika l-isem ta’ rappreżentant debitament awtorizzat jew aġent (doganali) li jaġixxi f'isem l-applikant, jekk l-applikazzjoni ma tkunx ippreżentata mill-applikant. Ara wkoll l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92.

    Kaxxa 6:

    Pajjiż fejn jinsabu l-oġġetti:

    Jekk jogħġbok niżżel kemm l-isem tal-pajjiż ikkonċernat kif ukoll il-kodiċi tal-pajjiż rilevanti meħud mill-kodiċijiet stabbiliti skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/1995, ĠU L 118, 25.5.1995, p. 10. Ara r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1779/2002, ĠU L 296, 5.10.2002, p. 6.

    Kaxxa 7:

    Pajjiż destinatarju:

    Jekk jogħġbok niżżel kemm l-isem tal-pajjiż ikkonċernat kif ukoll il-kodiċi tal-pajjiż rilevanti meħud mill-kodiċijiet stabbiliti skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/1995, ĠU L 118, 25.5.1995, p. 10. Ara r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1779/2002, ĠU L 296, 5.10.2002, p. 6.

    Kaxxa 10:

    Deskrizzjoni tal-oġġett:

    Jekk jogħġbok qis li tinkludi d-data fuq il-pakkett tal-oġġetti kkonċernati. Innota li l-valur tal-oġġetti jista' wkoll jiġi indikat f'kaxxa 10.

    Jekk ma jkunx hemm biżżejjed spazju f'kaxxa 10, jekk jogħġbok kompli fuq folja vojta mehmuża, waqt li ssemmi n-numru tal-awtorizzazzjoni. Jekk jogħġbok indika n-numru ta’ annessi f'kaxxa 16.

    Din il-formola hija maħsuba għall-użu ta’ mhux aktar minn tliet tipi differenti ta’ oġġetti (ara l-Annessi II u III għar-Regolament). Jekk ikun meħtieġ li tiġi awtorizzata l-esportazzjoni jew l-importazzjoni ta’ aktar minn tliet tipi ta’ oġġetti, jekk jogħġbok agħti żewġ awtorizzazzjonijiet.

    Kaxxa 11

    Nru tal-Oġġett:

    Din il-kaxxa jeħtieġ li timtela fuq wara tal-formola biss. Jekk jogħġbok żgura li n-Nru tal-Oġġett jikkorrispondi man-numru tal-oġġett stampat f'Kaxxa 11 li jinsab maġenb id-deskrizzjoni tal-oġġett rilevanti fuq in-naħa fejn trid tara.

    Kaxxa 14:

    Rekwiżiti u kondizzjonijiet speċifiċi:

    Jekk ma jkunx hemm biżżejjed spazju f'kaxxa 14, jekk jogħġbok kompli fuq folja vojta mehmuża, waqt li ssemmi n-numru tal-awtorizzazzjoni. Jekk jogħġbok indika n-numru ta’ annessi f'kaxxa 16.

    Kaxxa 16:

    Numru ta’ annessi:

    Jekk jogħġbok indika n-numru ta’ annessi, jekk ikun hemm (ara l-ispjegazzjonijiet għal kaxxi 10 u 14).


    Top