Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R0118

    118/2005/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 118/2005 tas- 26 ta' Jannar 2005 li jbiddel l-Anness VIII għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 u jistabbilixxi l-limiti massimi baġitarji għall-implimentazzjoni parzjali jew opzjonali tal-Iskema ta' Pagament Uniku u l-pakketti finanzjarji għall-Iskema ta' ħlas uniku għaż-żona stabilliti f'dak ir-Regolament

    ĠU L 24, 27.1.2005, p. 15–21 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 330M, 9.12.2008, p. 149–155 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/03/2014: This act has been changed. Current consolidated version: 16/04/2005

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/118/oj

    9.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    149


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 118/2005

    tas-26 ta' Jannar 2005

    li jbiddel l-Anness VIII għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 u jistabbilixxi l-limiti massimi baġitarji għall-implimentazzjoni parzjali jew opzjonali tal-Iskema ta' Pagament Uniku u l-pakketti finanzjarji għall-Iskema ta' ħlas uniku għaż-żona stabilliti f'dak ir-Regolament

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 64(2) u 70(2), 143b (3) u 145 (i) u 2 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Għall-Istati Membri li jużaw l-għażla stabblita mill-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, u bla ħsara għat-tagħrif komunikat kif imsemmi fl-Artikolu 145(i) ta' dak ir-Regolament, l-ammonti tal-Anness VIII għal dak ir-Regolament għandhom ikunu riveduti.

    (2)

    Għall-Istati Membri li jimplimentaw l-iskema ta' pagament uniku stabbilita fl-Intestatura III tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fl-2005, il-limiti massimi baġitarji għal kull ħlas msemmi fl-Artikoli 66 sa 69 ta' dak ir-Regolament għandhom ikunu iffissati għall-2005.

    (3)

    Għall-Istati Membri li fl-2005 jużaw l-għażla stabbilita fl-Artikolu 70 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, il-limiti massimi baġitarji li japplikaw għall-ħlasijiet diretti esklużi mill-iskema ta' pagament uniku għandhom ikun iffissati għall-2005.

    (4)

    Għall-Istati Membri li jużaw l-għażla stabbilita fl-Artikolu 71 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, il-limiti massimi baġitarji li japplikaw għall-ħlasijiet diretti elenkati fl-Anness VI għal dak ir-Reoglament għandhom ikun iffissati għall-2005.

    (5)

    Għaċ-ċarezza, huma xieraq li jkunu ppubblikata l-limiti massimi baġitarji tal-iskema ta' pagament uniku għall-2005 wara li jkunu mnaqqsa l-limiti stabbiliti għall-ħlasijiet msemmija fl-Artikoli 66 sa 70 ta' dak ir-Regolament mill-limiti riveduti tal-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

    (6)

    Għal dawk l-Istati Membri li aċċedew għall-Komunità fl-2004 u se jimplimentaw l-Iskema ta' ħlas uniku għaż-żona stabbilita fl-Intestatura IVa tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 tal-2005, il-pakketti finanzjarji annwali għal dik is-sena għandhom ikunu ffisati skont l-Artikolu 143b (3) ta' dak ir-Regolament.

    (7)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-ħlasijiet diretti,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    1.   Il-limiti massimi baġitarji għall-2005 msemmija fl-Artikolu 64(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandhom ikunu stabbiliti fl-Annessi II u III ta' dan ir-Regolament.

    2.   Il-limiti massimi baġitarji għall-2005 msemmija fl-Artikolu 71(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament.

    3.   Il-limiti massimi baġitarji għall-iskema ta' pagament uniku fl-2005 għandha tkun stabbilita fl-Anness V ta' dan ir-Regolament.

    4.   Il-pakketti finanzjarji annwali għall-2005 msemmija fl-Artikolu 143b(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness VI ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    L-Istati Membri li jagħżlu l-implimentazzjoni reġjonali stabbilita fl-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandhom jikkomunikaw il-limiti massimi reġjonali stabbiliti sal-31 ta' Diċembru fl-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-iskema ta' pagament uniku lill-Kummissjoni sal-1 ta' Marzu tas-sena ta' wara.

    Artikolu 4

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-publikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 26 ta' Jannar 2005.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2217/2004 (ĠU L 375, 23.12.2004, p. 1).


    ANNESS I

    “ANNESS VIII

    IL-LIMITI MASSIMI NAZZJONALI MSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 41

    1000 euro

     

    2005

    2006

    2007, 2008 u 2009

    2010 u s-snin sussegwenti

    Il-Belġju

    411 053

    530 573

    530 053

    530 053

    Id-Danimarka

    943 369

    996 165

    996 000

    996 000

    Il-Ġermanja

    5 148 003

    5 492 201

    5 492 000

    5 496 000

    il-Greċja

    838 289

    1 701 289

    1 723 289

    1 761 289

    Spanja

    3 266 092

    4 065 063

    4 263 063

    4 275 063

    Franza

    7 199 000

    7 231 000

    8 091 000

    8 099 000

    L-Irlanda

    1 260 142

    1 322 305

    1 322 080

    1 322 080

    L-Italja

    2 539 000

    3 464 517

    3 464 000

    3 497 000

    Il-Lussemburgu

    33 414

    36 602

    37 051

    37 051

    L-Olanda

    386 586

    386 586

    779 586

    779 586

    L-Awstrija

    613 000

    614 000

    712 000

    712 000

    Il-Portugall

    452 000

    493 000

    559 000

    561 000

    Il-Finlandja

    467 000

    467 000

    552 000

    552 000

    L-Iżvezja

    637 388

    650 108

    729 000

    729 000

    Ir-Renju Unit

    3 697 528

    3 870 420

    3 870 473

    3 870 473 ”


    ANNESS II

    IL-LIMITI MASSIMI BAĠITARJI GĦALL-ĦLASIJIET DIRETTI MOGĦTIJA SKONT L-ARTIKOLI 65 SA 69 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1782/2003

    Sena Kalendarja 2005

    1000 euro

     

    Il-Belġju

    Id-Danimarka

    Il-Ġermanja

    L-Italja

    L-Awstrija

    Il-Portugall

    L-Iżvezja

    Ir-Renju Unit

     

    Il-Fjandri

    L-Iskozja

    Primjum għal-baqar li jreddgħu

    77 565

     

     

     

     

    70 578

    79 031

     

     

    Primjum addizzjonali għall-baqar li jreddgħu

    19 389

     

     

     

     

    99

    9 503

     

     

    Primjum speċjali għaċ-ċanga

     

     

    33 085

     

     

     

     

    37 446

     

    Primjum għall-qtil tal-adulti

     

     

     

     

     

    17 348

    8 657

     

     

    Primjum għall-qtil tal-għoġġiela

     

    6 384

     

     

     

    5 085

    946

     

     

    Primjum għan-nagħaġ u l-mogħoż

     

     

    855

     

     

     

    21 892

     

     

    Primjum supplimentarju għan-nagħaġ u l-mogħoż

     

     

     

     

     

     

    7 184

     

     

    Ħops

     

     

     

    2 277

     

    27

     

     

     

    L-Artikolu 69,

     

     

     

     

     

     

     

    2 869

     

    L-Artikolu 69, uċuħ tar-raba'

     

     

     

     

    142 491

     

    1 885

     

     

    L-Artikolu 69, Ross

     

     

     

     

     

     

    150

     

     

    L-Artikolu 69, Ċanga u vitella

     

     

     

     

    28 674

     

    1 684

     

    29 800

    L-Artikolu 69, Nagħaġ u mogħoż

     

     

     

     

    8 665

     

    616

     

     


    ANNESS III

    IL-LIMITI MASSIMI BAĠITARJI GĦALL-ĦLASIJIET DIRETTI MOGĦTIJA SKONT L-ARTIKOLU 70 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1782/2003

    Sena Kalendarja 2005

    1000 euro

     

    Il-Belġju

    L-Italja

    Il-Portugall

    L-Artikolu 70 (1) (a)

    Għajnuna għall-produzzjoni għaż-żrieragħ

    1 397  (*)

    13 321

    272

    L-Artikolu 70(1) (b)

    Ħlasijiet għall-prodotti li jinħartu

     

     

    1 871


    (*)  L-għajnuna għal Triticum spelta L. (100 %) u l-għajnuna għal Linum usitatissimum L. (fibra tal-kittien) (100 %) hija eskluża mill-iskema ta' pagament uniku.


    ANNESS IV

    IL-LIMITI MASSIMI BAĠITARJI GĦALL-ĦLASIJIET DIRETTI MOGĦTIJA SKONT L-ARTIKOLU 71 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1782/2003

    Sena Kalendarja 2005

    1000 euro

     

    Il-Greċja

    Il-Finlandja

    Franza (*)

    Malta

    L-Olanda

    Is-Slovenja

    Spanja (*)

    Ħlasijiet għall-uċuħ tar-raba' 63€/t

    297 389

    278 100

    5 075 810

    174

    174 186

    12 467

    1 621 440

    Ħlasijiet għall-uċuħ tar-raba' 63 €/t, POSEI

     

     

     

     

     

     

    23

    Għajnuna reġjonali speċifika għal prodotti tar-raba'24 €/t

     

    80 700

     

     

     

     

     

    Ħlasijiet supplimentari għall-qamħ Durum (291 €/ha) u għajnuna speċjali għal żoni mhux tradizzjonali (46 €/ha)

    179 500

     

    62 828

     

     

     

    171 822

    Għajnuna għalż-żerriegħa tal-legumi tal-ħbub

    2 100

     

    1 370

     

     

     

    60 518

    POSEI — Għajnuna għaż-żerriegħa tal-legumi

     

     

     

     

     

     

    1

    Għajnuniet għaż-żrieragħ

    1 400

    2 900

    15 826

    29

    10 400

    35

    10 347

    Primjum għal-baqar li jreddgħu

    25 700

    9 300

    734 908

    26

    10 900

    5 183

    279 830

    Primjum addizzjonali għall-baqar li jreddgħu

    3 100

    600

    1 137

    3

     

    626

    28 937

    Primjum speċjali għaċ-ċanga

    29 900

    40 700

    379 025

    201

    20 400

    5 813

    147 721

    Primjum għall-qtil tal-adulti

    8 000

    27 600

    233 620

    144

    62 200

    3 867

    142 954

    Primjum għall-qtil tal-għoġġiela

     

    100

    69 748

     

    40 300

    538

    602

    Primjum għall-estensivizzazzjoni taċ-ċanga

    17 600

    16 780

    277 228

     

    900

    5 360

    153 486

    Ħlasijiet addizzjonali għall-produtturi taċ-ċanga

    3 800

    6 100

    90 586

    19

    23 900

    889

    31 699

    Primjum għan-nagħaġ u l-mogħoż

    180 300

    1 200

    133 716

    53

    13 800

    520

    366 997

    Primjum supplimentari għan-nagħaġ u l-mogħoż

    63 200

    400

    40 208

    18

    300

    178

    111 589

    Ħlasijiet addizzjonali lill-produtturi tan-nagħaġ u l-mogħoż

    8 800

    100

    7 083

    3

    700

    26

    18 655

    Ħlasijiet lill-produtturi tal-patata tal-lamtu (44,216 €/t)

     

    2 400

    11 157

     

    21 800

     

     

    Għajnuna taż-żona għar-ross (102 €/t)

    15 400

     

    10 770

     

     

     

    67 991

    Għajnuna għar-ross skont iż-żona (102 €/t), id-Dipartimenti Franċiżi lill hinn mix-xtut

     

     

    3 053

     

     

     

     

    Ħlasijiet tad-dħul tal-għalf niexef

    1 100

    20

    41 224

     

    6 800

     

    44 075

    Primjums addizzjonali taċ-ċanga u tan-nagħaġ fil-gżejjer Eġew

    1 000

     

     

     

     

     

     

    Għajnuna taż-żona għall-hop

     

     

    398

     

     

    298

    375


    (*)  Għajnuniet li jikkorispondu għal primjums imħallsa fis-settur tal-bhejjem waqt is-snin ta' referenza 2000-2002 fir-reġjuni l-iktar imbegħda kienu mnaqqsa.


    ANNESS V

    IL-LIMITI MASSIMI BAĠITARJI GħALL-ISKEMA TA' PAGAMENT UNIKU FL-ISTATI MEMBRI JEW REĠJUNI

    Sena Kalendarja 2005

    1000 euro

    Stat Membru u/jew Reġjun

     

    IL-BELĠJU (3)

     

    Il-Fjandri

     

    Il-Vallonja

    306 318

    ID-DANIMARKA

    909 429

    IL-ĠERMANJA (3)

     

    Baden-Württemberg

     

    Bayern

     

    Brandenburg u Berlin

     

    Hessen

     

    Niedersachsen u Bremen

     

    Mecklenburg-Vorpommern

     

    Nordrhein-Westfalen

     

    Rheinland-Pfalz

     

    Saarland

     

    Sachsen

     

    Sachsen-Anhalt

     

    Schleswig-Holstein u Hamburg

     

    Thuringen

    5 145 726

    L-IRLANDA

    1 260 142

    L-ITALJA

    2 345 849

    IL-LUSSEMBURGU

    33 414

    L-AWSTRIJA

    519 863

    IL-PORTUGALL (1)  (2)

    302 562

    L-ISVEZJA (3)

     

    Reġjun 1

     

    Reġjun 2

     

    Reġjun 3

     

    Reġjun 4

     

    Reġjun 5

    597 073

    IR-RENJU UNIT (3)

     

    L-Ingilterra 1

     

    L-Ingilterra 2

     

    L-Ingilterra 3

     

    L-Iskozja

     

    Wales

     

    L-Irlanda ta' Fuq

    3 667 728


    (1)  Għajnuniet li jikkorrispondu għal primjums imħallsa fis-settur tal-bhejjem waqt is-snin ta' referenza 2000-2002 fir-reġjuni l-iktar imbegħda kienu mnaqqsa.

    (2)  It-trasferiment ta' 10 000 primjum tal-baqar li jreddgħu u dawk addizzjonali lill-Azores kif stabbilit fl-Artikolu 147 (3) (b) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 kien imnaqqas.

    (3)  għandu jiġi mibdul minn limiti massimi reġjonali skont l-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament.


    ANNESS VI

    PAKKETTI FINANZJARJI ANNWALI GĦALL-ISKEMA TA' ĦLAS UNIKU GĦAŻ-ŻONA

    Sena Kalendarja 2005

    1000 euro

    Stat Membru

     

    Ir-Repubblika Ċeka

    249 296

    L-Estonja

    27 908

    L-Ungerija

    375 431

    Il-Latvja

    38 995

    Il-Litwanja

    104 346

    Il-Polonja

    823 166

    Ir-Repubblika Slovakka

    106 959

    Ċipru

    14 274


    Top