Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005L0054

    Direttiva tal-Kummissjoni 2005/54/KE tad- 19 ta' Settembru 2005 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sabiex tinkludi t-tribenuron bħala sustanza attiva Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 244, 20.9.2005, p. 21–23 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 287M, 18.10.2006, p. 344–346 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/06/2011

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2005/54/oj

    18.10.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    344


    DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2005/54/KE

    tad-19 ta' Settembru 2005

    li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sabiex tinkludi t-tribenuron bħala sustanza attiva

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u (KE) Nru 703/2001 (3) jistipulaw ir-regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tat-tieni stadju tal-programm ta’ ħidma imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu evalwati bil-għan li possibilment jiġu inklużi f’Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Dik il-lista tinkludi t-tribenuron.

    (2)

    L-effetti tat-tribenuron fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent ġew evalwati skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-regolamenti (KE) Nru 451/2000 u (KE) Nru 703/2001 għall- firxa ta' użi proposti min-notifikanti. Barra minn hekk, dawk ir-regolamenti jinnominaw l-Istati Membri Rapporteur li jridu jibagħtu r-rapporti ta’ evalwazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet relevanti lill-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà ta’ l-Ikel (EFSA) skond l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 451/2000. Għat-tribenuron (fil-forma ta’ tribenuron-methyl) l-Istat Membru Rapporteur kienet l-Iżvezja u l-informazzjoni kollha relevanti ġiet ippreżentata fid-19 ta’ Ġunju 2003.

    (3)

    Ir-rapport ta’ evalwazzjoni kien peer reviewed mill-Istati Membri u l-EFSA fi ħdan il-Grupp ta’ Ħidma ta’ Evalwazzjoni tagħha u ppreżentat lill-Kummissjoni fid-19 ta' Ottubru 2004 fil-format tar-Rapport Xjentifiku ta’ l-EFSA għat-tribenuron (4). Dan ir-rapport ġie rrivedut mill-Istati Membri u l-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali u ffinaliżżat fil-15 ta’ Frar 2005 fil-format tar-rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni għat-tribenuron.

    (4)

    Minn eżamijiet varji li saru deher li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom it-tribenuron jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw, b’mod ġenerali, il-ħtiġijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(1) (a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-użi li kienu eżaminati u mniżżla fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Huwa għalhekk xieraq li t-tribenuron jiġi inkluż fl-Anness I, biex jiġi żgurat li fl-Istati Membri kollha l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza jingħataw skond id-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva.

    (5)

    Għandu jitħalla jiskadi perjodu raġonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I biex l-Istati Membri u l-partijiet l-oħra interessati jkunu jistgħu jippreparaw ruħhom biex ikunu konformi mal-ħtiġijiet ġodda li jirriżultaw mill-inklużjoni.

    (6)

    Bla ħsara għall-obbligazzjonijiet definiti bid-Direttiva 91/414/KEE, bħala konsegwenza ta’ l-inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-inklużjoni sabiex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom it-tribenuron biex jiżguraw li l-ħtiġijiet stabbiliti bid-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha u l-kundizzjonijiet rilevanti stipulati fl-Anness I, huma ssodisfati. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, jibdlu jew jirtiraw, kif jixraq, l-awtorizzazzjonijiet eżistenti, bi qbil mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. B’deroga mill-iskadenza ta’ hawn fuq, għandu jiġi previst perjodu itwal għall-preżentazzjoni u l-evalwazzjoni tad-dokument komplut ta’ l-Anness III ta’ kull prodott għall-ħarsien tal-pjanti għal kull użu maħsub skond il-prinċipji uniformi stabbiliti f’Direttiva 91/414/KEE.

    (7)

    L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet preċedenti fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanzi attivi evalwati fil-qafas tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92 (5) wriet li jistgħu jinqalgħu xi diffikultajiet fl-interpretazzjoni tad-dmirijiet tad-detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet eżistenti dwar l-aċċess għad-data. Sabiex jiġu evitati iżjed diffikultajiet, għalhekk jidher li huwa meħtieġ li d-dmirijiet ta’ l-Istati Membri jiġu ċċarati, speċjalment id-dmir biex jivverifikaw li d-detentur ta’ awtorizzazzjoni juri aċċess għal dossier li jissodisfa l-ħtiġijiet ta’ l-Anness II għal dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifikazzjoni ma timponix xi obbligi ġodda fuq l-Istati Membri jew id-detenturi ta’ l-awtorizzazzjonijiet meta mqabbla mad-direttivi li ġew adottati s’issa li jemendaw l-Anness I.

    (8)

    Huwa għalhekk xieraq li d-Direttiva 91/414/EEC tiġi emendata b’dan il-mod.

    (9)

    Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippublikaw sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Awissu 2006, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella li turi l-korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

    Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Settembru 2006.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif referenza bħal din għandha issir.

    Artikolu 3

    1.   L-Istati Membri, fejn meħtieġ, u fi qbil mad-Direttiva 91/414/KEE, għandhom jemendaw jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet eżistenti għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom it-tribenuron bħala sustanza attiva sal-31 ta’ Awissu 2006.

    Sa dik id-data, dawn, b’mod partikolari, għandhom jivverifikaw li l-kundizzjonijiet fl-Anness I għal dik id-Direttiva dwar it-tribureon jiġu ssodisfati, minbarra dawk identifikati fil-Parti B tad-daħla dwar is-sustanza attiva, u li d-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għandu, jew għandu aċċess għal, dossier li jilħaq il-ħtiġijiet ta’ l-Anness II għal dik id-Direttiva fi qbil mal-kondizzjonijiet ta’ l-Artikolu 13 ta’ dik id-Direttiva.

    2   B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti awtorizzat li fih it-tribenuron bħala l-unika sustanza attiva jew bħala waħda minn diversi sustanzi attivi li kollha kemm huma kienu mniżżla fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE fi żmien mhux aktar tard mit-28 ta’ Frar 2006, l-Istati Membri għandhom jerġgħu jevalwaw mill-ġdid il-prodott skond il-prinċipji uniformi previsti fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta’ dossier li jissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa ta’ l-Anness III ta’ dik id-Direttiva u billi jqisu l-parti B ta’ l-annotazzjoni fl-Anness I għal dik id-Direttiva dwar it-tribenuron. Fuq il-bażi ta’ dik l-evalwazzjoni, huma għandhom jiddeterminaw jekk il-prodott jissodisfax il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.

    Wara li jiddeterminaw dan, l-Istati Membri għandhom:

    (a)

    fil-każ ta’ prodott li jkun fih it-tribenuron bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mit-28 ta’ Frar 2010; jew

    (b)

    fil-każ ta’ prodott li fih it-tribenuron bħala wieħed minn diversi sustanzi attivi, fejn hu meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sat-28 ta’ Frar 2010 jew sad-data ffissata għal emenda jew irtirar bħal dan fid-Direttiva jew Direttivi rispettivi li żiedu s-sustanza jew is-sustanzi relevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, skond liema waħda hi l-aktar riċenti.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2006.

    Artikolu 5

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, nhar id-19 ta’ Settembru 2005.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 70, tas-16.3.2005, p. 1).

    (2)  ĠU L 55, tad-29.2.2000, p. 25. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1044/2003 (ĠU L 151, tad-19.6.2003,p. 32).

    (3)  ĠU L 98, tas-7.4.2001, p. 6.

    (4)  Ir-Rapport Xjentifiku ta’ l-EFSA (2004) 15, 1-52o, Peer review ta’ l-evalwazzjoni ta’ riskju tal-pestiċida tribenuron (finalizzat: 19 ta’ Ottubru 2004)

    (5)  ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2266/2000 (ĠU L 259, 13.10.2000, p. 27).


    ANNESS

    Dan li ġej għandu jiġi miżjud fl-aħħar tat-tabella fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KE.

    Nru

    L-Isem Komuni, In-Numri ta’ Identifikazzjoni

    L-Isem ta’ l-IUPAC

    Purità (1)

    Dħul fis-seħħ

    Skadenza ta’ żmien ġħall-inklużjoni

    Dispożizzjonijiet speċifiċi

    “107

    Tribenuron

    CAS Nru 106040-48-6 (tribenuron)

    CIPAC Nru 546

    2-[4-methoxy-6-metil-1,3,5-triazin-2-yl(methyl)carbamoylsulfamoyl] aċidu benzoic

    950 g/kg (espress bħala tribenuron-methyl)

    L-1 ta’ Marzu 2006

    It-28 ta’ Frar 2016

    PARTI A

    L-użu bħala fungiċida biss jista’ jkun awtorizzat.

    PARTI B

    Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta’ l-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar it-tribenuron, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali fil-15 ta’ Frar 2005 għandu jittieħed in konsiderazzjoni. F’din l-evalwazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom jagħtu każ partikolari lill-protezzjoni ta’ pjanti ta’ l-art mhux fil-mira pjanti akkwatiċi superjuri u ilma tal-blat f’sitwazzjonijiet vulnerabbli. Il-kondizzjonijiet ta’ l-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju, fejn ikun xieraq.”


    (1)  ĠU L 366, tal-15.12.1992, p. 10. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2266/2000 (ĠU L 259, 13.10.2000, p. 27).


    Top