Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005L0051

    Direttiva tal-Kummissjoni 2005/51/KE tas- 7 ta’ Settembru 2005 li temenda l-Anness XX tad-Direttiva 2004/17/KE u l-Anness VIII tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ix-xiri pubbliku Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 257, 1.10.2005, p. 127–128 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 287M, 18.10.2006, p. 491–492 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 18/04/2016; Imħassar b' 32014L0025

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2005/51/oj

    18.10.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    491


    DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2005/51/KE

    tas-7 ta’ Settembru 2005

    li temenda l-Anness XX tad-Direttiva 2004/17/KE u l-Anness VIII tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ix-xiri pubbliku

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta’ xiri ta’ entitajiet li joperaw fl-ilma, fl-enerġija, it-trasport u s-servizzi postali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 (b) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar il-koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet pubbliċi, kuntratti ta’ provvista pubblika u kuntratti ta’ servizz pubbliku (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 79 (1)(b) tagħha,

    Billi:

    (1)

    L-Anness XX tad-Direttiva 2004/17/KE jistabbilixxi li l-avviżi msemmija fl-Artikoli 41, 42, 43 u 63 ta’ dik id-Direttiva għandhom jinstabu fil-format meħtieġ mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/78/KE tat-13 ta’ Settembru 2001 li temenda l-Anness IV tad-Direttiva tal-Kunsill 93/36/KEE, l-Annessi IV, V u VI tad-Direttiva tal-Kunsill 93/37/KEE, l-Annessi III u IV tad-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE, kif emendata bid-Direttiva 97/52/KE, u l-Annessi XII sa XV, XVII u XVIII tad-Direttiva tal-Kunsill 93/38/KEE, kif emendata bid-Direttiva 98/4/KE (id-Direttiva dwar l-użu ta’ formoli standard fil-pubblikazzjoni ta' avviżi ta' kuntratti pubbliċi) (3). Bl-istess mod, l-Anness VIII tad-Direttiva 2004/18/KE jistabbilixxi li l-avviżi msemmija fl-Artikoli 35, 58, 64 u 69 għandhom jintbagħtu mill-awtoritajiet kontraenti lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej fil-format meħtieġ mid-Direttiva 2001/78/KE.

    (2)

    Billi l-formoli standard stabbiliti fid-Direttiva 2001/78/KE ma jqisux b’mod sħiħ it-tagħrif meħtieġ fid-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE, formoli ġodda standard għandhom jiġu stabbiliti f’miżuri ġodda ta’ implimentazzjoni. Minħabba dan, ir-referenzi għad-Direttiva 2001/78/KE fl-Anness XX tad-Direttiva 2004/17/KE u fl-Anness VIII tad-Direttiva 2004/18/KE m’għadhomx jibqgħu validi.

    (3)

    Id-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE jeħtieġu għalhekk li jiġu emendati.

    (4)

    Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ix-Xiri Pubbliku,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Fil-punt 1(a) ta’ l-Anness XX tad-Direttiva 2004/17/KE, l-ewwel sentenza għandha tinbidel b’dan li ġej:

    “L-avviżi msemmija fl-Artikoli 41, 42, 43 u 63 għandhom jintbagħtu mill-entitajiet li jagħtu l-kuntratti lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej fil-format stabbilit minn miżuri ta’ implimentazzjoni li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 68(2).”

    Artikolu 2

    Fil-punt 1(a) ta’ l-Anness VIII tad-Direttiva 2004/18/KE, l-ewwel sentenza għandha tinbidel b’dan li ġej:

    “L-avviżi msemmija fl-Artikoli 35, 58, 64 u 69 għandhom jintbagħtu mill-entitajiet li jagħtu l-kuntratti lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej fil-format stabbilit minn miżuri ta’ implimentazzjoni mħaddna mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl Artikolu 77(2).”

    Artikolu 3

    L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar 2006. Għandhom jinfurmaw b'dan minnufih lill-Kummissjoni.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu mehmuża ma’ din ir-referenza dakinhar li jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 5

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, nhar is-7 ta’ Settembru 2005.

    Għall-Kummissjoni

    Charlie McCREEVY

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1. Direttiva kif emendata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1874/2004 (ĠU L 326, 29.10.2004, p. 17).

    (2)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114. Direttiva kif emendata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1874/2004.

    (3)  ĠU L 285, 29.10.2001, p. 1.


    Top