Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0802

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 802/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (Test b'relevanza ŻEE)

    ĠU L 133, 30.4.2004, p. 1–39 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2023; Imħassar b' 32023R0914

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/802/oj

    32004R0802



    Official Journal L 133 , 30/04/2004 P. 0001 - 0039


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 802/2004

    tal-21 ta' April 2004

    li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi

    (Test b'relevanza ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 ta' l-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (Ir-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni) [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 23(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4064/89 tal-21 ta' Diċembru 1989 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi [2], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1310/97 [3], u b'mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,

    Wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv,

    Billi:

    (1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4064/89 tal-21 ta' Diċembru 1989 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi kien ġie miktub mill-ġdid, b'emendi sostanzjali għad-diversi disposizzjoniijiet ta' dak ir-Regolament.

    (2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 447/98 [4] ta' l-1 ta' Marzu 1998 dwar in-notifiki, il-limiti taż-żmien u s-seduti ta' smigħ li hemm provvediment dwarhom fir-Regoament tal-Kunsill (KEE) Nru 4064/89 għandu jkun modifikat sabiex iqis dawk l-emendi. F'ġieħ iċ-ċarezza għandu għalhekk ikun imħassar u mibdul b'regolazzjoni ġdida.

    (3) IL-Kummissjoni kienet adottat miżuri li jikkonċernaw it-termini ta' referenza fis-smiegħ ta' uffiċjali f'ċerti proċeddimenti li jikkonċernaw il-kompetizzjoni.

    (4) Ir-Regolament (KE) Nru 139/2004 huwa ibbażat fuq il-prinċipju ta' notifika obbligatorja dwar il-konċentrazzjonijiet qabel ma dawn jidħlu fis-seħħ. Mill-banda l-oħra, notifika għandha konsegwenzi importanti legali li huma favorevoli għall-partijiet tal-konċentrazzjoni proponuta, waqt, minn naħa l-oħra, nuqqas ta' konformità ma l-obligazzjoni tan-notifika twassal sabiex il-partijiet jistgħu ikunu immultati u jistgħu ukoll li jinvolvu l-iżvantaġġi tal-liġi ċivili applikabli dwarhom. Huwa għalhekk meħtieġ li fl-interesi taċ-ċertezza legali li tkun definita b'eżatezza il-materja tas-suġġett u tal-kontenut ta' l-informazzjoni li għandha tkun ipprovduta fin-notifika.

    (5) Huwa għall-partijiet li jippreżentaw in-notifika li jwettqu l-iżvelar sħiħ u honest lejn il-Kummissjoni dwar il-fatti u ċ-ċirkostanzi li huma relevanti għat-teħid tad-deċiżjoni dwar il-konċentrazzjoni notifikata.

    (6) Ir-Regolament (KE) Nru 139/2004 jippermetti wkoll lill-impriżi ikkonċernati li jitolbu, fi preżentazzjoni b'raġunijiet xierqa, qabel in-notifika, li konċentrazzjoni li twettaq il-ħtiġiet ta' dak ir-Regolament, tkun referuta lejn il-Kummissjoni minn wieħed jew aktar Stati Membri, jew referuta mill-Kummissjoni lejn wieħed jew aktar Stati Membri, skond ma jista jkun il-każ. Huwa importanti li l-Kummissjoni tkun ipprovduta, u wkoll l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ikkonċernati, bi informazzjoni suffiċjenti, sabiex dawn ikunu jistgħi jistudjaw, fi żmien perijodu qasir ta' żmien, jekk jew le id-deferiment għandhux iseħħ. Għal dak il-għan, il-preżentazzjoni b'raġunijiet xierqa li titlob għad-deferiment għandha jkollha ċerta informazzjoni speċifika.

    (7) Sabiex tkun simplifikata u mħaffa l-eżaminazzjoni tan-notifiki u l-preżentazzjoni b'raġunijiet xierqa, huwa mixtieq li jkunu stabbiliti il-formoli li għandhom ikunu wżati.

    (8) La darba in-notifika tistabilixxi l-azzjoni legali tal-limiti taż-żmien bis-saħħa tar-Regolament (KE) Nru 139/2004, il-kondizzjonijiet li jirregolaw tali limiti ta' żmien u wkoll iż-żmien li fih dawn isiru effettivi għandu wkoll ikun determinat.

    (9) Regoli għandhom ikunu stabbiliti fl-interessi taċ-ċerteza legali dwar il-kalkolazzjoni tal-limiti taż-żmien li hemm provvediment dwarhom fir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Partikolarment, fil-bidu u fit-tmiem tal-perijodi ta' żmien u taċ-ċirkostanzi li jissosspendu l-eżitu ta' tali perijodu, għandu jkun determinat, billi jkunu meqjusa l-ħtiġiet li jirriżultaw minn qafas ta' żmien legalment ferm limitat li jkun disponibbli għall-proċedimenti.

    (10) Id-disposizzjoniijiet li jirrigwardjaw il-proċedura tal-Kummissjoni għandhom ikunu abozzati b'tali mod hekk li jissalvagwardjaw id-dritt tas-smiegħ u d-drittijiet tad-difiża. Għal dawn l-iskopijiet, il-Kummissjoni għandha tiddistingwixxi bejn il-partijiet li jagħtu notifika tal-konċentrazzjoni, u partijiet oħrajn involuti fil-konċentrazzjoni proponuta, partijiet terzi u partijiet li dwarhom il-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni li tieħu deċiżjoni li timponi multa jew pagamenti perjodiċi ta' penalità.

    (11) Il-Kummissjoni għandha tippermetti lill-dawk il-partijiet li jippreżentaw notifika u wkoll lill-partijiet l-oħrajn involuti fil-konċentrazzjoni proponuta, jekk huma hekk jitolbu, l-opportunità li qabel in-notifika huma jiddiskutu informalment il-konċentrazzjoni intiża bl-akbar konfidenzalità, b'żieda, il-Kummissjoni għandha, wara in-notifika, iżżomm kuntatt mill-qrib ma dawk il-partijiet, sal-limitu meħtieġ sabiex tkun tista tiddiskuti magħhom li l-problemi prattiċi jew legali li hija ssib ma l-ewwel eżaminazzjoni tal-każ, bil-għan li, jekk possibli, tirrisolvi tali problemi bi ftehim reċiproku.

    (12) Bi qbil mal-prinċipju tar-rispett għad-drittijiet tad-difiża, il-partijiet li jressqu in-notifika għandhom ikollhom l-opportunità li jippreżentaw il-kummenti tagħhom dwar l-oġġezzjonijiet kollha li dwarhom il-Kummissjoni tipproponi li tikkonsidra fid-deċiżjonijiet tagħha. Il-partijiet l-oħrajn involuti fil-konċentrazzjoni proponuta għandhom ukoll ikunu informati bl-oġġezzjonijiet tal-Kummissjoni u għandhom ikollhom l-opportunità li jesprimu il-kummenti tagħhom.

    (13) Il-partijiet terzi li juru interess suffiċjenti għandhom ukoll ikkolhom l-opportunità li jesprimu il-kummenti tagħhom, jekk huma jagħmlu applikazzjoni bil-miktub dwar dan l-effett.

    (14) Id-diversi persuni intitolati li jippreżentaw kummenti għandhom jagħmlu dan bil-miktub, kemm fl-interessi tagħhom u fl-interess ta' amministrazzjoni soda, mingħajr preġudizzju għad-dritt tagħhom li jitolbu għal smiegħ formali, meta xieraq, li jservi bħala supplement tal-proċedura bil-kitba. F'każi urġenti, b'dana kollu, il-Kummissjoni għandha tkun tista tipproċiedi immedjetament għal smiegħ orali formali tal-partijiet tan-notifika, ta' partijiet oħrajn involuti jew ta' partijiet terzi.

    (15) Huwa meħtieġ li jkunu definiti id-drittijiet ta' persuni li għandhom ikunu mismugħa, sa liema liema limitu dawn għandhom ikollhom aċċess għad-dokumenti tal-Komuniutà u b'liema kondizzjonijiet dawn jistgħu ikunu rapreżentati jew mgħejjuna.

    (16) Meta jkollhomm aċċess għal dokumenti, il-Kummissjoni għandha tassigura il-ħarsien tas-sigrieti tan-negożju u ta' l-informazzjoni konfidenzali l-oħra. Il-Kummissjoni għandha tkun tista titlob lill-impriżi li jkunu ippreżentaw dokumenti jew stqarrijiet li jidentifikaw l-informazzjoni meqjusa bħala konfidenzali.

    (17) Sabiex il-Kummissjoni tkun tsita twettaq evalvazzjoni xierqa ta' l-impenji offruti mill-partijiet tan-notifika bil-għan li tirrendi l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni, u sabiex tassigura konsultazzjoni xierqa mal-partijiet involuti l-oħrajn, mal-partijiet terzi u ma l-awtoritajiet tal-Istati Membri kif hemm provvediment dwar dan fir-Regolament (KE) Nru 139/2004, partikolarment l-Artikolu 18(1), 18(4), l-Artikolu 19(1), 19(2), 19(3) u 19(5) tiegħu, il-proċedura u l-limiti taż-żmien għall-preżentazzjonijiet ta' l-impenji referuti fl-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 8(2) ta' dak ir-Regolament għandhom ikunu stabbiliti.

    (18) Huwa wkoll meħtieġ li jkunu definiti r-regoli applikabbli għal ċerti limiti ta' żmien kif stabbiliti mill-Kummissjoni.

    (19) Il-Kumitat Konsultattiv dwar il-Konċentrazzjonijiet għandu jwassal l-opinjoni tiegħu fuq il-bażi ta' abbozz ta' deċiżjoni preliminarja. Huwa għalhekk għandu jkun ikkonsultat fuq każ wara li l-inkjesta dwar dak il-każ tkun ġiet imwettqa. Tali konsultazzjon m'għandhiex, b'dana kollu, iżżomm lill-Kummissjoni milli tiftaħ mill-ġdid inkjesta jekk dan ikun il-każ.

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    KAPITOLU I

    SKOP

    Artikolu 1

    SKOP

    Dan ir-Regolament għandu japplika għall-kontroll ta' konċentrazzjonijiet imwettqa permezz tar-Regolament (KE) Nru 139/2004.

    KAPITOLU II

    NOTIFIKI U PREŻENTAZZJONIJIET OĦRAJN

    Artikolu 2

    Il-persuni intitolati li jippreżentaw in-notifiki

    1. In-notifiki għandhom ikunu ppreżentati mill-persuni msemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004.

    2. Meta n-notifiki jkunu iffirmati mir-rapreżentanti ta' persuni jew ta' impriżi, tali rapreżentanti għandhom jipproduċu prova bil-miktub li huma awtoriżżati li jaġixxu.

    3. Notifiki konġunti għandhom ikunu ippreżentati minn rapreżentant konġunt li huwa awtorizzat li jitrasmetti u li jirċievi dokumenti f'isem il-partijiet kollha tan-notifika.

    Artikolu 3

    Preżentazzjoni tan-notifiki

    1. In-notifiki għandhom ikunu ppreżentati bil-mod stabbilit fil-Fomola KO kif stabbilita fl-Anness I. Skond il-kondizzjonijiet elenkati fl-Anness II, in-notifiki jistgħu jkunu ppreżentati fil-Formola il-Qasira kif definit hemmhekk. Notifiki konġunti għandhom ikunu ippreżentati fuq formola waħda.

    2. Oriġinal wieħed u 35 kopja tal-Formola KO u tad-dokumenti ta' appoġġ għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni. In-notifika għandha tkun mibgħuta fl-indirizz imsemmi fl-Artikolu 23(1) u fil-format speċifikat mill-Kummissjoni.

    3. Id-dokumenti ta' appoġġ għandhom ikunu jew oriġinali jew kopji ta' l-oriġinali; f'dan il-każ ta' l-aħħar il-partijiet li jagħtu n-notifika għandhom jikkonfermaw li dawn ikunu kopji awtentiċi u kompluti.

    4. In-notifiki għandhom ikunu f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità. Għall-partijiet tan-notifika, din il-lingwa għandha wkoll tkun il-lingwa tal-proċedimenti, kif ukoll ta' proċedimenti sussegwenti li għandu x'jaqsam ma' l-istess konċentrazzjoni. Id-dokumenti ta'appoġġ għandhom ikunu ippreżentati fil-lingwa oriġinali tagħhom. Meta l-lingwa oriġinali ma tkunx waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Komunità, traduzzjoni fil-lingwa tal-proċedimenti għandha tkun mhemuża.

    5. Meta n-notifiki jitwettqu skond l-Artikolu 57 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, dawn jistgħu ukoll ikunu ippreżentati f'waħda mill-lingwi uffiċjali ta' l-Istati EFTA jew fil-lingwa tal-ħidma ta' l-Awtorità ta' Sorveljanza EFTA. Jekk il-lingwa magħżula għan-notifika ma tkunx lingwa uffiċjali tal-Komunità, il-partijiet tan-notifika għandhom simultanjament jissupplimentaw id-dokumentazzjoni kollha bi traduzzjoni f'lingwa uffiċjali tal-Komunità. Il-lingwa li tkun magħżula għat-traduzzjoni għandha tiddetermina il-lingwa wżata mill-Kummissjoni bħala l-lingwa tal-proċedimenti għall-partijiet tan-notifika.

    Artikolu 4

    L-informazzjoni u d-dokumenti li għandhom ikunu pprovduti

    1. In-notifiki għandhom ikollhom l-informazzjoni, inklużi d-dokumenti, mitluba fil-formola applikabbli kif elenkati fl-Annessi. Din l-informazzjoni għandha tkun korretta u kompluta.

    2. Il-Kummissjoni tista' tagħti dispensa mill-obbligazzjoni li tkun ipprovduta xi informazzjoni partikolari fin-notifika, inklużi d-dokumenti, jew rigward xi ħtieġa oħra speċifikata fl-Annessi I u II meta il-Kummissjoni tikkonsidra li l-konformità ma' dawn l-obbligi jew ħtiġiet ma tkunx meħtieġa għall-eżaminazzjoni tal-każ.

    3. Il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tikkonferma bil-miktub lill-partijiet tan-notifika jew lir-rapreżentanti tagħhom bil-wassla tan-notifika u b'xi tweġiba ta' l-ittra mibgħuta mill-Kummissjoni bis-saħħa ta' l-Artikolu 5(2) u 5(3).

    Artikolu 5

    Id-data effettiva tan-notifika

    1. Bla ħsara għall-paragrafi 2, 3 u 4, in-notifiki għandhom isiru effettivi fid-data li fiha dawn ikunu wasslu għand il-Kummissjoni.

    2. Meta l-informazzjoni, inklużi d-dokumenti, li jkunu jinsabu fin-notifika, ma jkunux kompluti b'xi rigward materjali, il-Kummissjoni għandha tinforma bil-kitba u mingħajr dewmien lill-partijiet tan-notifika jew lir-rapreżentanti tagħhom. F'tali każi, in-notifika għandha ssir effettiva fid-data li fiha l-informazzjoni kompluta tkun wasslet għand il-Kummissjoni.

    3. Tibdiliet materjali fil-fatt li jkunu jinsabu fin-notifika li jirriżultaw sussegwentament tan-notifika li l-partijiet notifikanti jafu, jew li messhom ikunu jafu, jew xi informazzjoni oħra li tirriżulta sussegwentament tan-notifika li l-partijiet jafu jew li messhom ikunu jafu u li kieku kienet tkun notifikata jekk kienet tkun magħrufha fiż-żmien tan-notifika, għandha tkun ikkomunikata mingħajr dewmien lejn il-Kummissjoni. F'tali każi. Meta dak it-tibdil materjali jew l-informazzjoni ġdida jista jkollha effett sinifikanti fuq l-ewalwazzjoni tal-konċentrazzjoni, in-notifika tista tkun meqjusha mill-Kummissjoni bħala li ssir effettiva fid-data li fiha l-informazzjoni relevanti tkun wasslet għand il-Kummissjoni; il-Kummissjoni għandha tinforma lill-partijiet notifikanti jew lir-rapreżentanti tagħhom rigward dan u mingħajr ebda dewmien.

    4. Informazzjoni mhux koretta jew li tħawwad għandha tkun meqjusa bħala informazzjoni mhux kompluta.

    5. Meta il-Kummissjoni tippubblika il-fatt tan-notifika bis-saħħa ta' l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004, hija għandh tispeċifika d-data li fiha in-notifika tkun wasslet għandha. Meta, bħala segwiment ta' l-applikazzjoni tal-paragrafi 2, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu, id-data effettiva tan-notifika tkun aktar tard mid-data speċifikata f'dik il-pubblikazzjoni, il-Kummissjoni għandha toħroġ pubblikazzjoni oħra li fiha hija għandha tistqarr dik id-data ta' l-aħħar.

    Artikolu 6

    Disposizzjoniijiet speċifiċi li jirrigwardjaw preżentazzjonijiet, supplimenti u ċertifikazzjonijiet b'raġunijiet xierqa

    1. Preżentazzjoni b'raġunijiet xierqa fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 4(4) u 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 għandha jkollha l-informazzjoni, inklużi d-dokumenti, meħtieġa b'konformità ma l-Anness III ta' dan ir-Regolament.

    2. L-Artikolu 2, l-Artikolu 3(1), it-tielet sentenza, 3(2) sa (5), l-Artikolu 4, l-Artikolu 5(1), 5(2) l-ewwel sentenza, 5 (3), 5 (4), l-Artikolu 21 u l-Artikolu 23 ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu japplikaw mutatis mutandis għal preżentazzjonijiet b'raġunijiet xierqa fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 4(4) u 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004.

    L-Artikolu 2, l-Artikolu 3(1), it-tielet sentenza, 3(2) sa (5), l-Artikolu 4, l-Artikolu 5(1) sa (4), l-Artikolu 21 u l-Artikolu 23 ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu japplikaw mutatis mutandis għas-supplementi tan-notifiki u ċ-ċertifikazzjonijiet fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 10(5) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004.

    KAPITOLU III

    LIMITI TA' ŻMIEN

    Artikolu 7

    Il-bidu tal-perijodi ta' żmien

    Il-perijodi taż-żmien għandhom jibdew fil-jum utili, kif definit fl-Artikolu 24 ta' dan ir-Regolament, skond kif issegwi l-okkerrenza li d-disposizzjoniijiet relevanti tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 li jirreferu għaliha.

    Artikolu 8

    L-iskadenza tal-perijodi ta' żmien

    Perijodu ta' żmien ikkalkolat f'jiem utili għandu jeskadi fit-tmiem ta' l-aħħar jum utili tiegħu.

    Perijodu ta' żmien stabbilit mill-Kummissjoni f'termini ta' data kalendarja għandu jeskadi fit-tmien ta' dak il-jum.

    Artikolu 9

    Is-sospenzjoni tal-limitu ta' żmien

    1. Il-limiti ta' żmien referuti fl-Artikolu 9(4), l-Artikolu 10(1) u 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 għandhom ikunu sospiżi meta il-Kummissjoni tkun hadet deċiżjoni bis-saħħa ta' l-Artikolu 11(3) jew l-Artikolu 13(4) ta' dak ir-Regolament, dwar kwalunwe mir-raġunijiet li ġejjin:

    (a) l-informazzjoni li l-Kummissjoni tkun talbet permezz ta' l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 minn għand waħda mill-partijiet notifikanti jew minn parti oħra involuta, kif definit fl-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament, ma tkunx ġiet provduta jew inkella ma tkunx ġiet provduta bis-sħiħ fil-limitu ta' żmien stabbilit mill-Kummissjoni;

    (b) l-informazzjoni li l-Kummissjoni tkun talbet permezz ta' l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 minn għand patri terza, kif definit fl-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament, ma tkunx ġiet provduta jew inkella ma tkunx ġiet provduta bis-sħiħ fil-limitu ta' żmien stabbilit mill-Kummissjoni minħabba ċirkostanzi li dwarhom waħda mill-partijiet notifikanti jew minn għand parti oħra involuta, kif definit fl-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament, tkun responsabbli;

    (ċ) waħda mill-partijiet notifikanti jew parti oħra involuta, kif definit fl-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament, tkun ċaħdet li tissottometti ruħha għal spezzjoni meqjusa bħala meħtieġa mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta' l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 jew li tikkopera fit-twettieq ta' tali spezzjoni skond l-Artikolu 13(2) ta' dak ir-Regolament;

    (d) il-partijiet notifikanti jkunu naqsu milli jinformaw lill-Kummissjoni bit-tibdiliet materjali fil-fatti li jkunu inklużi fin-notifika, jew b'xi informazzjoni ġdida tat-tip referut fl-Artikolu 5(3) ta' dan ir-Regolament.

    2. Il-limiti ta' żmien referuti fl-Artikolu 9(4), l-Artikolu 10(1) u 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 għandhom ikunu sospiżi meta il-Kummissjoni ikollha tieħu deċiżjoni bis-saħħa ta' l-Artikolu 11(3) ta' dak ir-Regolament, mingħajr ma l-ewwel tipproċedi b'talba sempliċi għall-informazzjoni minħabba ċirkostanzi li waħda mill-partijiet ta' l-impriżi involuti fil-konċentrazzjoni, tkun responsabbli.

    3. IL-limiti ta' żmien referuti fl-Artikolu 9(4), l-Artikolu 10(1) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 għandhom ikunu sospiżi:

    (a) fil-każi referuti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, għal perijodu ta' bejn l-iskadenza tal-limitu taż-żmien stabbilit f'talba sempliċi għall-informazzjoni, u l-wasla ta' l-informazzjoni sħiħa u korretta kif meħtieġa bid-deċiżjoni;

    (b) fil-każi referuti fil-punt (ċ) tal-paragrafu 1, għal perijodu ta' bejn l-attentant mingħajr suċċess tat-twettieq ta' l-ispezzjoni u l-finalizzazzjoni ta' l-ispezzjoni kif ordnata bid-deċiżjoni;

    (ċ) fil-każi referuti fil-punt (d) tal-paragrafu 1, għal perijodu ta' bejn l-eventwalità tat-tibdil fil-fatti referuti hemmhekk u l-wasla ta' l-informazzjoni sħiħa u korretta.

    (d) fil-każi referuti fil-paragrafu 2, għal perijodu ta' bejn l-iskadenza tal-limitu taż-żmien stabbilit fid-deċiżjoni, u l-wasla ta' l-informazzjoni sħiħa u korretta kif meħtieġa bid-deċiżjoni;

    4. Is-sospenzjoni tal-limitu ta' żmien għandha tibda fil-jum utili li jsegwi id-data li fiha l-okkorrenza li toħloq is-suspett tkun seħħet. Dan għandu jeskadi fit-tmiem tal-jum meta r-raġuni tas-suspett tkun tneħħiet. Meta tali jum ma jkunx jum utili, is-sospenzjoni tal-limitu taż-żmien għandha teskadi fit-tmiem tal-jum utili segwenti.

    Artikolu 10

    Konformità mal-limiti ta' żmien

    1. Il-limiti taż-żmien referuti fl-Artikolu 4(4), ir-raba' sub-paragrafu, l-Artikolu 9(4), l-Artikolu 10(1) u (3), u l-Artikolu 22(3) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 għandhom jintlaħqu meta l-Kummissjoni tkun ħadet id-deċiżjoni relevanti qabel it-tmiem tal-perijodu.

    2. Il-limiti taż-żmien referuti fl-Artikolu 4(4), it-tieni subparagrafu, l-Artikolu 4(5), it-tielet subparagrafu, l-Artikolu 9(2), l-Artikolu 22(1), it-tieni subparagrafu, u 22(2), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 għandhom ikunu milħuqa minn l-Istat Membru ikkonċernat meta dak l-Istat Membru, qabel it-tmiem tal-perijodu, jinforma lill-Kummissjoni bil-kitba jew iressaq talba bil-miktub, skond ma jkun il-każ.

    3. Il-limitu ta' żmien referut fl-Artikolu 9(6) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 għandu jkun milħuq meta l-awtorità kompteneti tal-Stat Membru ikkonċernat tinforma lill-impriżi ikkonċernati skond il-manjera stabbilita f'dik id-disposizzjonii, qabel it-tmiem tal-perijodu.

    KAPITOLU IV

    L-EŻERĊITAR TAD-DRITT TAS-SMIEGĦ; IS-SMIEGĦ

    Artikolu 11

    Il-partijiet li għandhom ikunu mismugħa

    Għall-iskopijiet tad-drittijiet tas-smiegħ bis-saħħa ta' l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004, dawn il-partijiet li ġejjin huma msemmija:

    (a) il-partijiet notifikanti, iġiefiri, il-persuni jew l-impriżi li jippreżentaw notifika bis-saħħa ta' l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004;

    (b) il-partjiet involuti l-oħrajn, iġiefiri, il-partijiet tal-konċentrazzjoni proponuta apparti milli l-partijiet notifikanti, bħal ma huwa l-bejjiegħ u l-impriża li tkun fil-mira tal-konċentrazzjoni;

    (ċ) persuni terzi, li huma persuni naturali jew legli, inklużi il-klienti, il-fornituri u l-kompetituri, basta li dawn juru biċ-ċar interess suffiċċjenti fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 18(4), it-tieni sentenza, tar-Regolament (KE) Nru 139/2004, liema jkun il-każ partikolari:

    - għall-membri ta' l-amministrazzjoni jew ta' korpi amministrattivi tal-impriżi ikkonċernati jew ir-rapreżentanti rikonoxxuti ta' l-impjegati tagħhom;

    - għal assoċċjazzjonijiet ta' konsumaturi, meta l-konċentrazzjoni proponuta tikkonċerna prodotti jew servizzi għall-konsumaturi finali.

    (d) il-partijiet li fir-rigward tagħhom il-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni li tieħu deċiżjoni bis-saħħa ta' l-Artikolu 14 jew ta' l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004.

    Artikolu 12

    Deċiżjonijiet dwar is-sospenzjoni ta' konċentrazzjonijiet

    1. Meta l-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni li tieħu deċiżjoni bis-saħħa ta' l-Artikolu7(3) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 li tkun sejra taffettwa ħażin parti waħda jew aktar, hija għandha, bis-saħħa ta' l-Artikolu 18(1) ta' dak ir-Regolament, tinforma bil-kitba lill-partijiet notifikanti u lill-partijiet l-oħrajn involuti bl-oġġezzjonijiet tagħha u għandha tistabbilixxi limitu ta' żmien li fih huma jkunu jistghu iresqu l-opinjonijiet tagħhom bil-kitba.

    2. Meta l-Kummissjoni, bis-saħħa ta' l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004, tkun ħadet deċiżjoni proviżorja referuta fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu mingħajr ma tkun tat lill-partijiet notifikanti u lill-partijiet involuti l-oħrajn l-opportunità li jressqu l-kummenti tagħhom, hija għandha mingħajr dewmien tibgħatilhom it-test tad-deċiżjoni proviżorja u għandha tistabbilixxi limitu ta' żmien li matulu huma jkunu jistgħu iressqu bil-kitba il-kummenti tagħhom.

    La darba l-partijiet notifikanti u l-partijiet l-oħrajn involuti iressqu il-kummenti tagħhom, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni finali li tikkanċella, temenda jew tikkonferma id-deċiżjoni proviżorja. Meta huma ma jkunux ressqu l-kummenti tagħhom bil-kitba matul il-limitu ta' żmien stabilit, id-deċiżjoni proviżorja tal-Kummissjoni għandha ssir finali ma l-iskadenza ta' dak il-perijodu.

    Artikolu 13

    Deċiżjonijiet dwar is-sustanza tal-każ

    1. Meta l-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni li tieħu deċiżjoni bis-saħħa ta' l-Artikolu 6(3) jew l-Artikolu 8(2) sa (6) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004, hija għandha, qabel ma tikkonsulta lill-Kumitat Konsultattiv dwar il-Konċentrazzjonijiet, tisma lill-partijiet bis-saħħa ta' l-Artikolu 18(1) u (3) ta' dak ir-Regolament.

    L-Artikolu 12(2) ta' dan ir-Regolament għandu jkun japplika mutatis mutandis meta, fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004, il-Kummissjoni tkun ħadet deċiżjoni proviżorja bis-saħħa ta' l-Artikolu 8(5) ta' dak ir-Regolament.

    2. Il-Kummissjoni għandha tindirizza bil-miktub l-oġġezzjonijiet tagħha lejn il-partijiet notifikanti.

    Il-Kummissjoni għandha, meta tressaq l-avviż ta' l-oġġezzjonijiet, tistabbilixxi limitu ta' żmien li fih il-partijiet notifikanti jkunu jistgħu jinformaw bil-kitba lill-Kummissjoni dwar il-kummenti tagħhom.

    Il-Kummissjoni għandha tinforma bil-kitba lill-partijiet l-oħrajn involuti dwar dawn l-oġġezzjonijiet.

    Il-Kummissjoni għandha wkoll tistabbilixxi limitu ta' żmien li fih dawk il-partijiet l-oħrajn involuti jkunu jistgħu jinformaw bil-kitba lill-Kummissjoni dwar il-kummenti tagħhom.

    Il-Kummissjoni m'għandhiex tkun obbligata li tikkonsidra l-kummenti li hija tirċievi wara l-iskadenza taż-żmien li hija tkun stabbiliet.

    3. Il-partijiet li lilhom l-oġġezzjonijiet tal-Kummissjoni jkunu ġew indirizati jew li jkunu ġew informati b'dawn l-oġġezzjonijiet għandhom, matul il-limitu ta' żmien stabbilit, jippreżentaw bil-kitba il-kummienti tagħha dwar l-oġġezzjonijiet. Fil-kummenti bil-kitba tagħhom, huma jistgħu jelenkaw il-fatti u l-materji kollha kif magħrufa lilhom li huma relevanti għad-difiża tagħhom, u għandhom jinkludu xi dokumenti relevanti bħala prova tal-fatti elenkati. Huma jistgħu ukoll jipproponu li l-Kummissjoni tisma' persuni li jkunu jistgħu jikkoroboraw dawk il-fatti. Huma għandhom jippreżentaw oriġinali waħda u 10 kopji tal-kummenti tagħhom lejn il-Kummissjoni fl-indirizz tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Kompetizzjoni. Kopja elettronika għandha wkoll tkun ippreżentata fl-istess indirizz u fil-format speċifikat mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha twassal mingħajr dewmien kopji ta' tali kummenti bil-miktub lejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

    4. Meta l-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni li tieħu deċiżjoni bis-saħħa ta' l-Artikolu 14 jew l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004, hija għandha, qabel ma tikkonsulta lill-Kumitat Konsultattiv dwar il-Konċentrazzjonijiet, tisma lill-partijiet bis-saħħa ta' l-Artikolu 18(1) u (3) ta' dak ir-Regolament li fir-rigward tagħhom il-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni li tieħu tali deċiżjoni.

    Il-proċedura li hemm provvediment dwarha fil-paragrafu 2, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, u l-paragrafu 3, għandha tkun applikabbli, mutatis mutandis

    Artikolu 14

    Smiegħ orali

    1. Meta l-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni li tieħu deċiżjoni bis-saħħa ta' l-Artikolu 6(3) jew l-Artikolu 8(2) sa (6) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004, hija għandha toffri lill-partijiet notifikanti li jkun hekk talbu fil-kummenti tagħhom bil-kitba l-opportunita li jiżviluppaw l-argumenti tagħhom fi smiegħ orali formali. Hija tista wkoll, fi stadji oħrajn tal-proċediment, li toffri lill-partijiet notifikanti l-opportunità li huma jesprimu oralment il-kummenti tagħhom.

    2. Meta l-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni li tieħu deċiżjoni bis-saħħa ta' l-Artikolu 6(3) jew l-Artikolu 8(2) sa (6) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004, hija għandha toffri lill-partijiet involuti l-oħrajn li jkun hekk talbu fil-kummenti tagħhom bil-kitba l-opportunita li jiżviluppaw l-argumenti tagħhom fi smiegħ orali formali. Hija tista wkoll, fi stadji oħrajn tal-proċediment, li toffri lill-partijiet involuti l-oħrajn l-opportunità li huma jesprimu oralment il-kummenti tagħhom.

    3. Meta l-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni li tieħu deċiżjoni bis-saħħa ta' l-Artikolu 14(3) jew l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004, hija għandha toffri lill-partijiet li fuqhom hija tipproponi li timponi multa jew pagament perjodiku ta' penali, l-opportunità li jiżviluppaw l-argumenti tagħhom fi smiegħ orali formali, jekk huma hekk ikunu talbu fil-kummenti bil-kitba tagħhom. Hija tista wkoll, fi stadji oħrajn tal-proċediment, li toffri lill-tali partijiet l-opportunità li huma jesprimu oralment il-kummenti tagħhom.

    Artikolu 15

    It-twettieq ta' smiegħ orali formali

    1. Is-smiegħ orali formali għandu jkun imwettaq mill-Uffiċjal tas-Smiegħ b'independenza sħiħa.

    2. Il-Kummissjoni għandha tistieden lill-persuni li għandhom ikunu mismugħa sabiex jattendu għas-smiegħ orali formali f'tali dati li hija għandha tiddetermina.

    3. Il-Kummissjoni għandha tistieden lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri sabiex jipparteċipaw fi smiegħ orali formali.

    4. Il-persuni mistiedna sabiex jattendu għandhom jew jidhru huma personali jew li jkunu rappreżentati mir-rappreżentanti legali tagħhom jew minn rapreżentanti awtorizzati skond il-kostituzzjoni tagħhom, kif xieraq. Impriżi u assoċċjazzjonijiet ta' imprii jistgħu wkoll ikunu rappreżentati minn aġent awtorizzat kif meħtieġ minn fost il-persunal permanenti tagħhom.

    5. Il-persuni mismuha mill-Kummissjoni jistgħu jkunu mgħejjuna mill-avukati tagħhom jew minn persuni oħrajn kwalifikati u awtorizzati kif meħtieġ li jkunu aċċettabbli għall-Uffiċjal tas-Smiegħ.

    6. Smigħ orali formali ma għandux ikun pubbliku. Kull persuna tista tkun mismugħa separatament jew fil-preżenza ta' persuni oħrajn li jkunu mistiedna sabiex jattendu, wara li jkunu meqjusa l-interessi leġittimi ta' l-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negożju tagħhom u ta' xi informazzjoni konfidenzali oħra.

    7. L-Uffiċjal tas-Smiegħ jista jippermetti lill-partijiet kollha fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 11, lis-servizzi tal-Kummissjoni, u lill-awtoritajiet kompteneti tal-Istati Membri li jgħamlu mistoqsijiet matul is-smiegħ orali formali.

    L-Uffiċjal tas-Smiegħ jista jżomm laqgħa preparatorja mal-partijiet u mas-servizzi tal-Kummissjoni, hekk li jiffaċilita l-organizzazzjoni effiċċjenti tas-smiegħ orali formali.

    8. L-istqarrijiet magħmula minn kull persuna mismugħa għandhom ikunu irrekordjati. Mat-talba għal dan, ir-rekordjar tas-smiegħ orali formali għandu jkun disponibli għall-persuni li jattendu għal dak is-smiegħ. Attenzjoni għandha tingħata għall-interess leġittimu ta' l-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti tal-negozju tagħhom u ta' l-informazzjoni kunfidenzali l-oħra.

    Artikolu 16

    Is-smiegħ ta' terzi persuni

    1. Jekk terzi persuni japplikaw bil-kitba sabiex ikunu mismugħa bis-saħħa ta' l-Artikolu 18(4), it-tieni sentenza, tar-Regolament (KE) Nru 139/2004, il-Kummissjoni għandha tinformhom bil-kitba dwar in-natura u l-materja tas-suġġett tal-proċedura u għandha tistabbilixxi limitu ta' żmien li fih huma jkunu jistgħu iressqu l-kummenti tagħhom.

    2. Il-persuni terzi referuti fil-paragrafu 1 għandhom jippreżentaw il-kummenti tagħhom bil-kitba matul il-limitu taż-żmien stabbilit. Il-Kummissjoni tista, meta xieraq, toffri lill-tali partijiet terzi, li jkun hekk talbu fil-kummenti bil-miktub tagħhom, l-opportunità li jipparteċipaw fi smiegħ formali. Hija tista wkoll, f'każi oħrajn li toffri lill-tali partijiet terzi l-opportunità li huma jesprimu oralment il-kummenti tagħhom.

    3. Il-Kummissjoni tista l-istesssss tistieden xi persuna oħra, naturali jew legali, sabiex tesprimi il-kummenti tagħha, bil-kitba u wkoll oralment, inkluż is-smiegħ orali formali.

    KAPITOLU V

    AĊESS GĦAL FILE U T-TRATTAMENT TA' L-INFORMAZZJONI KONFIDENZALI

    Artikolu 17

    Aċċess għal file u l-użu ta' dokumenti

    1. Jekk hekk mitlubha, il-Kummissjoni għandha tagħti aċċess lejn il-file tal-partijiet li lilhom tkun indirizzat stqarrija ta' l-oġġezzjonijiet, għall-iskop li tiffaċilita li dawn ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom tad-difiża. L-aċċess għandu jkun mogħti wara n-notifika tal-istqarrija ta' l-oġġezzjonijiet.

    2. Il-Kummissjoni għandha, meta tkun mitluba, li wkoll tagħti lill-partijiet involuti l-oħrajn li jkunu ġew infurmati bl-oġġezzjonijiet, aċċess għall-file sal-limitu li dan ikunu meħtieġ għall-iskopijiet sabiex huma jkunu jistgħu iħejju il-kummenti tagħhom.

    3. Id-dritt ta' l-aċċess lejn file m'għandux jestendi għall-informazzjoni konfidenzali, jew għal dokumenti nterni tal-Kummissjoni jew ta' l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Id-dritt ta' l-aċċess lejn file għandhu egwalment ma jkunx estiż għall-korresspondenza bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompteneti tal-Istati Membri jew bejn dawn ta' l-aħħar.

    4. Id-dokumenti akkwistati permezz ta' l-aċċess lejn il-file bis-saħħa ta' dan l-Artikolu jistgħu ikunu użati biss għall-iskopijiet tal-proċedimenti relevanti bis-saħħa tar-Regolament (KE) Nru 139/2004.

    Artikolu 18

    Informazzjoni konfidenzali

    1. Informazzjoni, inklużi dokumenti, m'għandhomx ikunu ikkomunikati jew li jkunu aċċessibbli mill-Kummissjoni sal-limitu li dawn ikunu jinkludu sigrieti tan-negozju jew xi informazzjoni kunfidenzali oħra li l-iżvelar tagħha ma jkunx meqjus bħala meħtieġ mill-Kummissjoni għall-iskopijiet tal-proċedura.

    2. Kwalunkwe persuna li twassal il-veduti jew il-kummenti tagħha bis-saħħa ta' l-Artikolu 12, l-Artikolu 13 u l-Artikolu 16 ta' dan ir-Regolament, jew li tforni informazzjoni bis-saħħa ta' l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 139/204, jew li sussegwentament tippreżenta aktar informazzjoni lejn il-Kummissjoni fil-korsa ta' l-istess proċedura, għandha kjarament tidentifika xi materjal li hija tikkonsidra bħala konfidenzali, tagħti r-raġunijiet, u tipprovdi versjoni separata mhux-konfidenzali sad-data stabbilita mill-Kummissjoni.

    3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista teħtieġ li tali persuni referuti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nri 139/204, lill-impriżi u l-assoċċjazzjonijiet ta' l-impriżi fil-każi kollha meta huma jipproduċu jew ikunu ipprovdew dokumenti jew stqarijiet bis-saħħa tar-Regolament (KE) Nru 139/2004, li jidentifikaw id-dokumenti jew partijiet tad-dokumenti li huma jikkonsidraw li jkun fihom sigrieti tan-negozju jew informazzjoni konfidenzali oħra li tappartieni lilhom u li jidentifikaw l-impriżi li fir-rigward tagħhom tali dokumenti għandhom ikunu meqjusa bħala konfidenzali.

    Il-Kummissjoni tista wkoll li tkun teħtieġ lill-persuni referuti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004, lill-impriżi jew l-assoċċjazzjonijiet ta' l-impriżi, li jidentifikaw xi parti minn stqarrija ta' l-oġġezzjonijiet, sommarju tal-każ jew deċiżjoni adotta mill-Kummissjoni, li fl-opinjoni tagħhom dawn ikun fihom sigrieti tan-negozju.

    Meta s-sigrieti tan-negozju jew xi informazzjoni konfidenzali oħra tkun identifikata, il-persuni, l-impriżi u l-assoċċjazzjonijiet ta' l-impriżi għandhom jagħtu r-raġunijiet u jipprovdu versjoni separata mhux-konfidenzali sad-data stabbilita mill-Kummissjoni.

    KAPITOLU VI

    KUMMENTI OFFRUTI MILL-IMPRIŻI IKKONĊERNATI

    Artikolu 19

    Il-limiti taż-żmien għall-preżentazzjoni ta' kummenti

    1. Il-kummenti offruti mill-impriżi konċernati bis-saħħa ta' l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 għandhom ikunu ippreżentati lill-Kummissjoni fi żmien mhux aktar tard minn 20 jum utili mid-data tal-wassla tan-notifika.

    2. Il-kummenti offruti mill-impriżi konċernati bis-saħħa ta' l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 għandhom ikunu ippreżentati lill-Kummissjoni fi żmien mhux aktar tard minn 65 jum utili mid-data li fiha l-proċediment kienu ġew mibdija.

    Meta bis-saħħa ta' l-Artikolu 10(3), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 il-perijodu ta' l-adozzjoni ta' deċiżjoni bis-saħħa ta' l-Artikolu 8(1), (2) u (3) ikun estiż, il-perijodu ta' 65 jum utili għall-preżentazzjoni tal-kummenti għandu awtimatikament ikun estiż bl-istess numru ta' jiem utili.

    F'każi eċċezzjonali, il-Kummissjoni tista taċċetta kummenti offruti wara l-iskadenza tal-limitu ta' żmien għall-preżentazzjoni tagħhom fil-qofol tat-tifsira ta' dan il-paragrafu, basta li l-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 19(5) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 ikun hemm konformità magħha.

    3. L-Artikoli 7, 8 u 9 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

    Artikolu 20

    Proċedura għall-preżentazzjoni ta' impenji

    1. Oriġinal wieħed u 10 kopji tal-impenji offruti mill-impriżi konċernati bis-saħħa ta' l-Artikolu 6(2) jew l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 139/204 għandhom ikunu ippreżentati lill-Kummissjoni fl-indirizz tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Kompetizzjoni. Kopja elettronika għandha wkoll tkun ippreżentata fl-istess indirizz u fil-format speċifikat mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha twassal kopji ta' tali impenji lejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

    2. Meta joffru impenji bis-saħħa ta' l-Artikolu 6(2) jew l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004, l-impriżi ikkonċernati għandhom fl-istess waqt kjarament jidentifikaw xi informazzjoni li huma jikkonsidraw bħala konfidenzali, jagħtu r-raġunijiet, u għandhom jipprovdu verżjoni separata mhux-konfidenzali.

    KAPITOLU VII

    DISOSIZZJONIJIET VARJI

    Artikolu 21

    Trasmissjoni tad-dokumenti

    1. It-trasmissjoni tad-dokumenti u l-istediniet mill-Kummissjoni lejn l-indirizzati tista tkun effettwata bi kwalunkwe minn dawn il-meżżi li gejjin:

    (a) it-twassil bl-idejn li jaghti irċevuta tal-konferma tal-wassla;

    (b) ittra ireġistrata b'konferma tal-wassla;

    (ċ) fax b'talba tal-konferma tal-wassla;

    (d) telex;

    (e) b'posta elettronika b'talba tal-konferma tal-wassla.

    2. Sakemm ma jkunx hemm provvediment mod ieħor f'dan ir-Regolament, il-paragrafu 1 ikun japplika wkoll għat-trasmissjoni tad-dokumenti mil-partijiet tan-notifika, mill-partijiet l-oħrajn involuti jew minn partijiet terżi, lejn il-Kummissjoni.

    3. Meta dokument ikun mibgħut bit-telex, bil-fax jew b'posta elettronika, dan għandu jkun meqjus bħala li wasal għand l-indirizzat fil-jum li fih ikun intbagħat.

    Artikolu 22

    L-iffissar tal-limitu ta' żmien

    Fl-iffissar tal-limiti taż-żmien li hemm provvediment dwarhom bis-saħħa ta' l-Artikolu 12(1) u (2), l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 16(1), il-Kummissjoni għandu tikkonsidra iż-żmien meħtieġ għall-preparazzjoni tal-istqarrijiet u l-urġenza tal-każ. Għandha wkoll tqis il-jiem utili kif ukoll il-festi publiċi fil-pajjiż tal-wassla tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni.

    Il-limiti taż-żmien għandhom ikunu stabbiliti f'termini ta' data kalendarja preċiża.

    Artikolu 23

    Il-wassla tad-dokumenti għand il-Kummissjoni

    1. B'konformità mad-disposizzjoniijiet ta' l-Artikolu 5(1) ta' dan ir-Regolament, in-notifiki għandhom ikunu mwassla għand il-Kummissjoni fl-indirizz tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għal Kompetizzjoni kif ippubblikat mill-Kummissjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    2. Informazzjoni addizzjonali miltuba sabiex ikunu kompluti n-notifiki għandha tasal għand il-Kummissjoni fl-indirizz referut fil-paragrafu 1.

    3. Kummenti bil-kitba dwar il-komunikazzjonijiet lejn il-Kummissjoni bis-saħħa ta' l-Artikolu 12(1) u (2), l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 16(1) ta' dan ir-Regolament għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fl-indirizz referut fil-paragrafu 1 qabel l-iskadenza tal-limitu taż-żmien iffissat għal kull każ.

    Artikolu 24

    Definizzjoni ta' jiem utili

    L-espersjoni "jiem utili" fir-Regolament (KE) Nru 139/2004 u f'dan ir-Regolament tfisser il-jiem kollha apparti milli s-Sibtijiet, il-Ħdud u l-festi pubbliċi tal-Kummissjoni, kif ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea qabel il-bidu ta' kull sena.

    Artikolu 25

    It-tħasir u disposizzjoniijiet transitorji

    1. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 2 u 3, ir-Regolamenti (KE) Nru 447/98 huwa hawnhekk imħassar b'effett mill-1 ta' Mejju 2004.

    Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenza għal dan ir-Regolament.

    2. Ir-Regolament (KE) Nru 447/98 għandu jibqa jkun applikabbli għal xi konċentrazzjoni li tidħol fi ħdan l-iskop tar-Regolament (KEE) Nru 4046/89.

    3. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 2, is-Sezzjonijiet 1 sa 12 ta' l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 447/98 għandhom ikunu mibdula bis-sezzjonijiet 1 sa 11 ta' l-Anness I ta' dan ir-Regolament. F'tali każi, ir-referenzi f'dawk is-sezzjonijiet għall-"Regolament KE tal-Inkorporazzjoni" u għar-"Regolament ta' l-Implementazzjoni" għandhom jinqraw bħala li jirreferu għad-disposizzjoniijiet korrespondenti tar-Regolament (KEE) Nru 4064/89 u r-Regolament (KE) Nru 447/98, rispettivament.

    Artikolu 26

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 Mejju 2004.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha

    Magħmul fi Brussel, fil-21 ta' April 2004.

    Ghall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 24, tad-29.1.2004, p. 1.

    [2] ĠU L 395, tat-30.12.1989, p. 1.

    [3] ĠU L 180, tad-9.7.1997, p. 1.

    [4] ĠU L 61, tat-2.3.1998, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bl-Att ta’ l-Adezzjoni 2003.

    --------------------------------------------------

    ANNESS I

    IL-FORMULA LI TIRIGWARDJA IN-NOTIFIKA TA' KONĊENTRAZZJONI BIS-SAĦĦA TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 139/2004

    1. INTRODUZJONI

    1.1. L-iskop ta' din il-Formula

    Din il-formula tispeċifika l-informazzjoni li għanda tkun ipprovduta mill-partijiet notifikanti meta jipprreżentaw notifika lejn il-Kummissjoni Ewropea, ta' l-inkorporazzjoni, l-akkwist jew konċentrazzjoni oħrajn kif proponuti. Is-sistema tal-kontroll tal-inkorporazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea hija stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (minn hawn il-quddiem referut bħala "ir-Regolament KE tal-Inkorporazzjoni"), u fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru xx/2004 (minn hawn il-quddiem referut bħala "ir-Regolament ta' l-Inkorporazzjoni"), li miegħu il-formula KO hija annessa. [1]. It-test ta' dawn ir-Regolamenti, kif ukoll tad-dokumenti relevanti l-oħrajn, jista jkun misjub fil-paġna tal-Kompetizzjoni tal-web site Europa tal-Kummissjoni.

    Sabiex ikun limitat iż-żmien u l-ispiża involuta dwar il-konformità mad-diversi proċeduri ta' kontroll dwar l-inkorporazzjoni f'diversi pajjiżi individwali, l-Unjoni Ewropea stabilit sistema ta' kontroll ta' l-inkorporazzjoni li permezz tagħha il-konċentrazzjonijiet li jkollhom dimensjoni Komunitarja (normalment, meta il-partijiet ikkonċentrali jkunu jwettqu ċeri għatbiet ta' negozju globali) [2] huma assessjati mill-Kummissjoni Ewropea fi proċedura waħdanija (il-prinċipju ta' "tinqeda f'waqfa waħda"). Inkorporazzjonijiet li ma jilħqux l-għetiebi tan-negozju totali jistgħu jidħlu fil-kompetenza ta' l-awtoritajiet tal-Istati Membri inkarigati fil-kontroll ta' l-inkorporazzjoni.

    Ir-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni jeħtieġ lill-Kummissjoni li tasal għal deċiżjoni fil-limitu taż-żmien legali. Fil-fażi inizjali, il-Kummissjoni normalment għandha 25 jum utili sabiex tiddeċiedi jekk tippermettix il-konċentrazzjoni jew jekk "tgħatix bidu għal proċedimenti", i.e., li tidħol għal investigazzjoni fil-fond [3]. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħti bidu għal proċedimenti, hija normalment għandha tasal għal deċiżjoni finali dwar l-operat fi żmien ta' mhux aktar minn 90 jiem utili mid-data ta' meta il-proċediment jkunu ġew mibdija [4].

    In vista ta' dawn il-limiti ta' żmien, u sabiex il-prinċipju ta' "b'waqfa waħda tinqeda" ikun jista jaħdem, huwa essenzali li l-Kummissjoni tkun ipprovduta, fi żmien xieraq, bl-informazzjoni meħtieġa sabiex tkun tista twettaq l-investigazzjoni meħtieġa u tassessja l-impatt tal-konċentrazzjoni fuq is-swieq ikkonċernati. Dan ikun jeħtieġ ċertu ammont ta' informazzjoni li tkun ipprovduta fil-waqt tan-notifika.

    Huwa rikonoxxut li l-informazzjoni mitluba f'din il-Formula hija sostanzjali. B'dana kollu, l-esperjenza wriet li, jiddependi mill-karatteristiċi speċifiċi tl-każ, mhux l-informazzjoni kollha hija dejjem meħtieġa għal eżaminazzjoni adekwata tal-konċentrazzjoni proponuta. Għalhekk, jekk ikun meqjus li xi informazzjoni partikolari kif meħtieġa b'din il-Formula mhux bil-fors li tkun meħtieġa għall-eżaminazzjoni tal-każ mill-Kummissjoni, wieħed għandu jkun inkorraġġit li jitlob lill-Kummissjoni li teżentah mill-obligazzjoni li jipprovdi ċerta informazzjoni ("rinunzja"). Ara s-Sezzjoni 1.3(g) għal aktar dettalji.

    Kuntatti ta' notifika bil-quddiem huma ferm utili kemm għall-partijiet tan-notifika u wkoll għall-Kummissjoni fid-determinazzjoni ta' l-ammont preċiż ta' l-informazzjoni meħtieġa fin-notifika u, fil-maġġoranza tal-każi, tkun tirriżulta fi tnaqis sinifikanti ta' l-informazzjoni meħtieġa. Il-partijiet tan-notifika jitgħu jirreferu għall-Aħjar Prattiċi ta' l-Imġieba tal-Kummissjoni dwar il-Proċedimenti tal-KE dwar il-Kontroll ta' l-Inkorporazzjoni, li jipprovdu gwida dwar il-kuntatti ta' qabel in-notifika u l-preprazzjoni tan-notifiki.

    B'żieda, għandu jkun innutat li ċerti konċentrazzjonijiet, li pjuttost li ma jimponu l-ebda tħassib tal-kompetizzjoni, jistgħu ikunu notifikati fil-Formula l-Qasira, li hija mhemuża mar-Regolament ta' l-Implementazzjoni, bħala l-Anness II.

    1.2. Min għandu jagħti n-notifika

    Fil-każ ta' inkorporazzjoni fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni jew ta' l-akkwist ta' kontroll konġunt ta' impriża fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni, in-notifika għandha tkun mimlija b'mod konġunt mill-partijiet ta' l-inkorporazzjoni jew minn dawk li jakkwistaw kontroll konġunt, skond ma jista jkun il-każ [5].

    Fil-każ ta' l-akkwist ta' l-interess ta' kontroll f'impriża waħda minn oħra, dak li jakkwista għandu jimla in-notifika.

    Fil-każ ta' offerta publika għall-akkwist ta' impriża, min jagħmel l-offerta għandu jimla in-notifika.

    Kull parti li timla in-notifika hija responsabbli għall-eżatezza ta' l-informazzjoni li hija tipprovdi.

    1.3. Il-ħtieġa ta' notifika korretta u sħiħa

    L-informazzjoni kollha meħtieġa b'din il-Fomula għandha tkun korretta u sħiħa. L-informazzjoni meħtieġa għandha tkun fornuta fis-Sezzjoni xierqa ta' din il-Formula.

    Partikolarment wieħed għandu jinnota li:

    (a) B'konformità ma l-Artikolu 10(1) tar-Regolament KE dwar l-Inkorportazzjoni u l-Artikolu 5(2) u (4) tar-Regolament ta' l-Implementazzjoni, il-limiti taż-żmien tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni marbuta man-notifika m'għandhomx jibdew jgħoddu qabel ma l-informazzjoni kollha li tkun ġiet fornuta man-notifika tkun wasslet għand il-Kummissjoni. Din il-ħtieġa hija sabiex tassigura li l-Kummissjoni tkun tista tassessja il-konċentrazzjoni notifikata fil-limiti ta' żmien stretti li hemm provvediment dwarhom fir-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni.

    (b) Il-partijiet tan-notifika għandhom jivverifikaw, matul il-korsa tat-tħejjija tan-notifika tagħhom, l-isem u n-numru tal-kuntatt, u partikolarment in-numri tal-fax u l-indizzi e-mail, kif ipprovduti lill-Kummissjoni, huma eżatti, relevanti u aġġornati.

    (ċ) Informazzjoni fin-notifika, mhux korretta jew li tqarraq, għandha tkun meqjusa bħala informazzjoni mhux kompluta (l-Artikolu 5(4) tar-Regolament ta' l-Implementazzjoni).

    (d) Jekk notifika ma tkun kompluta, il-Kummissjoni għandha tinforma bil-miktub u mingħajr dewmien lill-partijiet tan-notifika jew lir-rapreżentanti tagħhom. In-notifika għandha ssir effettiva biss fid-data li fiha l-informazzjoni kompluta u eżatti tkun waslet għand il-Kummissjoni (l-Artikolu 10(1) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni, l-Artikoli 5(2) u (4) tar-Regolament ta' l-Implemntazzjoni).

    (e) Permezz ta' l-Artikolu 14(1)(a) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni, il-partijiet notifikanti li, jew b'intenzjoni jew inkella b'negliġenza, jfornu informazzjoni mhux korretta jew li tqarraq, jistgħu jkunu responsabbli għal penali sa 1 % tan-negozju globabli aggregat ta' l-impriża ikkonċernata. B'żieda, bis-saħħa ta' l-Artikolu 6(3)(a) u l-Artikolu 8(6)(a) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni, il-Kummissjoni tista tirevoka id-deċiżjoni tagħha dwar il-kumpattibbiltà tal-konċentrazzjoni notifikata meta din tkun ibbażata fuq informazzjoni mhux korretta li dwarha l-impriżi huma responsabbli.

    (f) Wieħed jista jitlob bil-kitba lill-Kummissjoni li taċċetta li n-notifika tkun kompluta minkejja n-nuqqas li tkun ipprovduta l-informazzjoni meħtieġa b'din il-Formula, jekk tali informazzjoni ma tkunx raġjonevolment disponibbli għall-persuna, parzjalment jew totalment (per eżempju, minħabba n-nuqqas ta' disponabbiltà ta' l-informazzjoni dwar kumpanija fil-mira matul l-offerta ikkontestata).

    Il-Kummissjoni għandha tikkonsidra tali talba, basta li l-persuna tagħti raġunijiet dwar in-nuqqas ta' disponabbiltà ta' dik l-infoirmazzjoni, u basta li din tipprovdi l-aħjar estimi dwar id-data nieqsa flimkien mas-sorsi ta' l-estimi. Meta possibbli, indikazzjonijiet għandhom ikunu ipprovduti dwar jekk uħud mill-informazzjoni mitluba li ma tkunx disponibbli għal-persuna, jekk tkunx tista tiġi akkwistata minn għand il-Kummissjoni.

    (g) Wieħed jista jitlob bil-kitba lill-Kummissjoni li taċċetta li n-notifika tkun kompluta minkejja n-nuqqas li tkun ipprovduta l-informazzjoni meħtieġa b'din il-Formula, jekk tali petrsuna tqis li tali informazzjoni partikolari ma tkunx meħtieġa, fil-versjoni sħiħa jew il-qasira, tista ma tkunx neċessarja għall-eżaminazzjoni tal-każ mill-Kummissjoni.

    Il-Kummissjoni għandha tikkonsidra tali talba, basta li l-persuna tagħti raġunijiet adekwati il-għala tali informazzjoni ma tkunx relevanti u meħtieġa għall-inkjesta tagħha dwar l-operazzjoni notifikata. Wieħed għandu jispjega dan matul il-kuntatti ta' qabel in-notifika li jsiru mal-Kummissjoni u, jippreżenta talba bil-miktub għal rinunzja, jitlob lill-Kummissjoni li tagħti dispensa mill-obbligazzjoni li tkun ipprovduta tali informazzjoni, bis-saħħa ta' l-Artikolu 4(2) tar-Regolament ta' l-Implementazzjoni.

    1.4. Kif issir in-notifika

    In-notifika għandha tkun mimlija f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità Ewropea. Din il-lingwa għandha imbagħad tkun il-lingwa tal-proċedimenti għall-partijiet notifikaturi kollha. Meta in-notifiki jsiru skond l-Artikolu 12 tal-Protokoll 24 tal-Ftehom ŻEE f'lingwa uffiċjali ta' Stat EFTA li ma tkunx lingwa uffiċjali tal-Komunità, in-notifika għandha simultanjament tkun issuplementata bi traduzzjoni f'lingwa uffiċjali tal-Komunità.

    L-informazzjoni mitluba b'din il-Formula għandha tkun elenkata bl-użu tan-numri tas-sezzjonijiet u l-paragrafi tal-Formula, bil-firma ta' dikjarazzjoni kif hemm provvediment dwar dan fis-Sezzjoni 11, u bl-anness ta' dokumentazzjoni bħala appoġġ. Fil-mili tas-Sezzjonijiet 7 sa 9 ta' din il-Formula, il-partijiet notifikanti huma mistiedna li jikkonsidraw jekk, għall-iskopijiet taċ-ċarezza, li dawn is-sezzjonijiet huma l-aħjar ippreżentati f'ordni numerika, jew jekk ikunu jistgħu jinġabru flimkien għal kull suq individwali affettwat (jew gruppi ta' swieq affettwati).

    F'ġieħ iċ-ċarezza, ċerta informazzjoni tista tkun ipprovduta fl-annessi. B'dana kollu, huwa essenzali li il-partijiet ewlenija sostantivi kollha ta' l-informazzjoni, u partikolarment l-informazzjoni dwar is-sehem tas-suq għall-partijiet u l-akbar kompetituri tagħhom, ikunu ippreżentati fil-parti ewlenija tal-Formula KO. L-Annessi ta' din il-Formula għandhom ikunu użati biss bħala supplement ta' l-informazzjoni fornuta fil-Formuna innifisha.

    Dettalji tal-kuntatt għandhom ikunu ipprovduti fil-format kif ipprovdut mid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (DĠ Kompetizzjoni). Għall-proċess investigatorju xieraq., huwa essenzali li d-dettalji tal-kuntatt ikunu eżatti. Numru ta' każi ta' dettalji ħżiena dwar il-kuntatt jistgħu ikunu il-bażi li notifika tkun iddikjarata mhux kompluta.

    Dokumenti b'appoġġ għandhom ikunu ippreżentati fil-lingwa oriġinali tagħhom; meta din ma tkunx lingwa uffiċjali tal-Komunità, dawn għandhom ikunu tradotti fil-lingwa tal-proċediment (l-Artikolu 3(4) tar-Regolament KE ta' l-Implementazzjoni).

    Id-dokumenti b'appoġġ jistgħu ikunu l-oriġinali jew kopji ta' l-oriġinali. F'dan il-każ ta' l-aħħar, il-parti tan-notifika għandha tikkonferma li dawn ikunu vera u kompluti.

    Oriġinal wieħed u 35 kopja tal-Formula KO u tad-dokumenti bħala appoġġ għandhom ikunu ippreżentati lid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Kompetizzjoni.

    In-notifika għandha tkun imwassla fl-indirizz referut fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament ta' l-Implementazzjoni u fil-format speċifikat mill-Kummissjoni minn żmien għal żmien. Dan l-indirizz għandu jkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. In-notifika għandha tkun imwassla għand il-Kummissjoni matul il-jiem utili kif definti fl-Artikolu 24 tar-Regolament ta' l-Implementazzjoni. Sabiex tkun faċilitata ir-reġistrazzjoni fl-istess jum, din għandha tkun imwassla qabel is-siegħa 17.00 minn nhar ta' Tnejn sa nhar ta' Ħamis u qabel is-siegħa 16.00 nhar ta' Ġimgħa u fil-jiem utili li jippreċedu btala pubbklika u btajjel oħrajn kif determinati mill-Kummissjoni u ippublikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. L-istruzzjonijiet tas-sigurtà mogħtija fil-website tat-DĠ Kompetizzjoni għandhom ikunu sgwiti bir-reqqa.

    1.5. Kunfidenzalità

    L-Artikolu 287 tat-Trattat u l-Artikolu 17(2) tar-Regolament KE dwar l-Inkorporazzjoni kif ukoll id-disposizzjoniijiet korrespondenti tal-Ftehim ŻEE [6] jeħtieġu li l-Kummissjoni, l-Istati Membri, l-Awtorità ta' Sorveljanza EFTA u lill-Istati EFTA, lill-uffiċjali u lill-impjegati l-oħrajn li ma jiżvelaw l-ebda informazzjoni li huma jkunu akkwistaw permezz ta' l-applikazzjoni tar-Regolament tat-tip kopert bl-obbligu tas-segretezza professjonali. L-istess prinċipju għandu jkun applikabbli wkoll għall-protezzjoni tal-konfidenzalità bejn il-partijiet notifikanti.

    Jekk wieħed jemmen li l-interessi tiegħu isofru danni jekk uħud mill-informazzjoni li jkun mitlub li jforni kellha tkun ippubblikata jew b'mod ieħor żvelata lill-partijiet oħrajn, dan għandu jforni din l-informazzi b'mod separat b'kull paġna kjarament immarkata "Sigrieti tan-Negozju". Il-persuna għandha wkoll tagħti r-raġunijiet il-għala din l-informazzjoni m'għandhiex tkun żvelata jew ippubblikata.

    Fil-każ ta' inkorporazzjoni jew akkwisti konġunti, jew f'każi oħrajn meta n-notifika tkun mimlija b'aktar minn waħda mill-partijiet, is-sigrieti tan-negozju jistgħu ikunu ippreżentati taħt koperta separata, u referuti fin-notifika bħala anness. Tali annessi kollha għandhom ikunu inklużi fil-preżentazzjoni sabiex in-notifika tkun meqjusa bħala kompluta.

    1.6. Definizzjonijiet u istruzzjonijiet għall-iskopijiet ta' din il-Formula

    Il-parti jew il-partijiet notifikanti: fil-każi meta in-notifika tkun ippreżentata minn waħda biss mill-impriżi li tkun parti minn operazzjoni, "il-partijiet notifikanti" hija użata sabiex tirreferi biss għall-impriża li attwallment tippreżenta in-notifika.

    Parti(jiet) għal konċentrazzjoni jew il-partijiet: dawn it-termini jirrigwardjaw kemm lill-partijiet li jakkwistaw u wkoll dawk il-partijiet akkwistati, jew għall-partijiet fl-inkorporazzjoni, inklużi l-impriżi kollha li fihom interess ta' kontroll ikun qiegħed jiġi akkwistat jew li huma s-suġġett ta' offerta pubblika.

    Apparti milli kif speċifikat mod ieħor, it-termini tal-parti(jiet) notifikanti u tal-parti(jiet) tal-konċentrazzjoni jinkludu l-impriżi kollha li jappartienu għall-istess gruppi bħal dawk tal-partijiet.

    Swieq affettwati: Is-Sezzjoni 6 ta' din il-Formula teħtieġ li l-partijiet notifkanti sabiex jiddiffenixxu is-swieq relevanti tal-prodott, u li aktar jiddiffenixxu liema minn dawk is-swieq relevanti aktarx li jkunu affettwati bl-operazzjoni notifikta. Din id-definizzjoni dwar is-swieq affettwati hija wżata bħala il-bażi għall-ħtieġa ta' l-informazzjoni għal numru ta' mistoqsijiet oħrajn li jinsabu f'din il-Fomula. Id-definizzjonijiet hekk ippreżentati mill-partijiet notifikanti huma referuti f'din il-Formula bħala is-suq(swieq) affettwat(i). Dan it-terminu jista jirreferi wkoll għal suq relevanti li jkun jikkonsisti minn prodotti jew servizzi.

    Sena: ir-referenzi kollha għall-kelma "sena" f'din il-Formula għandhom jinqraw bħala li jfissru is-sena kalendarja, sakemm ma jkunx mistqarr mod ieħor. L-informazzjoni kollha meħtieġa f'din il-Formula għandha, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, tirrigwardja s-sena preċedenti tan-notifika.

    Id-data finanzjarja meħtieġa fis-Sezzjonijiet 3.3 sa 3.5 għandha tkun ipprovduta fi euros bir-rata tal-kambju medja li tkun prevalenti għas-snin jew għall-perijodi f'dak il-każ.

    Ir-referenzi kollha li jinsabu f'din il-Formula huma għall-artikoli u l-paragrafi relevanti tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni, sakemm ma jkunx mistqarr mod ieħor.

    1.7. Provvediment ta' l-informazzjoni dwar l-Impjegati u r-rapreżentanti tagħhom

    Il-Kummissjoni tixtieq tiġbed l-attenzjoni għall-obbliġi li dwarhom il-partijiet ta' konċentrazzjoni jistgħu ikunu suġġetti permezz tar-regoli tal-Komunità u/jew dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni li jirrigwardjaw tranżazzjonijiet ta' natura konċentrattiva vis-à-vis l-impjegati u/jew ir-rapreżentanti tagħhom.

    SEZZJONI 1

    Deskrizzjoni tal-konċentrazzjoni

    1.1. Għandhek tipprovdi sommarju eżekuttiv tal-konċentrazzjoni, tispeċifika l-partijiet tal-konċentrazzjoni, in-natura tal-konċentrazzjoni (per eżempju, l-inkorporazzjoni, l-akkwist, jew impriża konġunta), l-oqsma l-attività tal-partijiet notifikanti, is-swieq li fihom il-konċentrazzjoni sejra jkollha impatt (inklużi s-swieq ewlenija affettwatai [7], u r-razzjonali strateġiku u ekonomiku għall-konċentrazzjoni.

    1.2. Għandekk tipprovdi sommarju (sa 50 kelma) ta' l-informazzjoni ipprovduta fis-Sezzjoni 1.1. Huwa ntiż li dan is-sommarju jkun ippubblikat fuq il-website tal-Kummissjoni fid-data tan-notifika. Dan is-sommarju għandu jkun abozzat hekk li ma jkun fih l-ebda informazzjoni konfidenzali jew sigrieti tan-negożju.

    SEZZJONI 2

    Informazzjoni dwar il-partijiet

    2.1. L-informazzjoni dwar il-parti notifikanti (jew il-partijiet)

    Għati d-dettalji ta':

    2.1.1. l-isem u l-indirizz ta' l-impriża;

    2.1.2. in-natura tan-negozju ta' l-impriża;

    2.1.3. l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax u l-indirizz ta' l-e-mail, il-posizzjoniji okkupata minn, il-persuna xierqa tal-kuntatt; u

    2.1.4. indirizz għas-servizz tal-parti notifikanti (jew ta' kull waħda mill-partijiet notifikanti) li lilhom id-dokumenti u, partikolarment, id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni jistgħu jkunu mwassla. L-isem, in-numru tat-telefon u l-indirizz ta' l-e-mail ta' persuna f'dan l-indirizz li tkun awtorizzata li taċċetta s-servizz, għandhom ikunu ipprovduti.

    2.2. Informazzjoni dwar partijiet oħrajn [8] tal-konċentrazzjoni

    Għal kull parti tal-konċentrazzjoni (apparti milli l-parti jew il-partijiet notifikanti) għati d-dettalji ta':

    2.2.1. l-isem u l-indirizz ta' l-impriża;

    2.2.2. in-natura tan-negozju ta' l-impriża;

    2.2.3. l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax u l-indirizz ta' l-e-mail, il-posizzjoniji okkupata minn, il-persuna xierqa tal-kuntatt; u

    2.2.4. indirizz għas-servizz tal-parti (jew ta' kull waħda mill-partijiet) li lilhom id-dokumenti u, partikolarment, id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni jistgħu jkunu mwassla. L-isem, in-numru tat-telefon u l-indirizz ta' l-e-mail ta' persuna f'dan l-indirizz li tkun awtorizzata li taċċetta s-servizz, għandhom ikunu ipprovduti.

    2.3. Il-ħatra ta' rapreżentanti

    Meta n-notifiki jkunu iffirmati mir-rapreżentanti ta' impriżi, tali rapreżentanti għandhom jipproduċu prova bil-miktub li huma awtorizzati li jaġixxu. Il-prova bil-miktub għandha jkollha l-isem u l-posizzjonii tal-persuni li jagħtu tali awtorità.

    Tipprovdi dawn id-dettalji tal-kuntatt li ġejjin dwar xi rapreżentanti li jkunu ġew awtorizzati li jaġixxu għal uħud mill-partijiet tal-konċentrazzjoni, tindika lil min huma jirrapreżentaw:

    2.3.1. l-isem tar-rapreżentant;

    2.3.2. l-indirizz tar-rapreżentant;

    2.3.3. l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax u l-indirizz ta' l-e-mail tal-persuna li għandha tkun ikkuntattjata' u

    2.3.4. indirizz tar-rapreżentant (fi Brussel jekk disponibbli) li lilu l-korrepondenża tista tkun mibgħuta u d-dokumenti imwassla,

    SEZZJONI 3

    Dettalji tal-konċentrazzjoni

    3.1. Għati deskrizzjoni tan-natura tal-konċentrazzjoni li tkun notifikata. Meta tagħmel dan, għandek tistqarr:

    (a) jekk il-konċentrazzjoni proponuta tkun inkorporazzjoni legali sħiħa, akkwista ta' kontroll uniku jew konġunt, impriża konġunta b'funzjoni sħiħa fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) ta' l-Inkorporazzjoni jew kuntratt jew xi mezz ieħor li jikkonferixxi kontroll dirett jew inderett fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(2) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni;

    (b) jekk it-total jew uħud mill-partijiet ikunux suġġetti tal-konċentrazzjoni;

    (ċ) spjegazzjoni qasira tal-istruttura ekonomika u finanzjarja tal-konċentrazzjoni;

    (d) jekk xi offerta pubblika għal titoli ta' parti waħda minn parti oħra jkollhom l-appoġġ tal-bordijiet ta' dik l-ewwel parti fis-superviżjoni ta' l-amministrazzjoni jew ta' korpi oħrajn li legalment jirrapreżentaw lill-dik il-parti;

    (e) id-data proponuta jew mistennija ta' xi okkorrenzi maġġuri iddisinjati sabiex iwasslu għat-twettieq tal-konċentrazzjoni;

    (f) l-istuttura proponuta tal-propjtà u l-kontroll wara li tkun twettqet il-konċentrazzjoni;

    (g) xi appoġġ finanzjarju jew appoġġ ieħor minn kwalunkwe sorsi (inklużi l-awtoritajiet pubbliċi) minn kwalunkwe mill-partijiet u n-natura u l-ammont ta' dan l-appoġġ; u

    (h) is-setturi ekonomiċi involuti f'din il-konċentrazzjoni.

    3.2. Għandhekk tistqarr il-valur tat-transazzjoni (il-prezz tax-xiri jew tal-valur ta' l-assi kollha involuti, skond ma jkun il-każ).

    3.3. Għal kull waħda mill-impriżi ikkonċernati bil-konċentrazzjoni [9] għandek tipprovdi din id-data li ġejja [10] għal-aħħar sena finanzjarja:

    3.3.1. in-negozju globali ma dwar id-dinja;

    3.3.2. in-negozju globali ma dwar il-Komunità;

    3.3.3. in-negozju globali ma dwar il-EFTA;

    3.3.4. in-negozju globali f'kull Stat Membri;

    3.3.5. in-negozju globali f'kull Stat EFTA;

    3.3.6. l-Istat Membru, jekk ikun hemm, li fih aktar minn żewġ terzi tan-negozju globali matul il-Komunità ikunu akkwistat; u

    3.3.7. l-Istat EFTA, jekk ikun hemm, li fih aktar minn żewġ terzi tan-negozju globali matul il-EFTA ikunu akkwistat.

    3.4. Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 1(3) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni, jekk l-operazzjoni ma tkunx tilħaq il-għetiebi stabbiliti fl-Artikolu 1(2), li jipprovdu id-data għall-aħħar sena finanzjarja:

    3.4.1. l-Istati Membri, jekk ikun hemm, li fihom in-negozju globali tal-għaqda aggregata ta' l-impriżi kollha ikkonċernati ikun ta' aktar minn 200 miljun EUR;u

    3.4.2. l-Istati Membri, jekk ikun hemm, li fihom in-negozju globali tal-għaqda aggregata ta' mill-anqas żewġ impriżi ikkonċernati ikun ta' aktar minn 25 miljun EUR.

    3.5. Għall-iskopijiet tad-determinazzjoni ta' jekk il-konċentrazzjoni tkunx tikkwalifika bħala każ ta' koperazzjoni EFTA [11], ipprovdi l-informazzjoni li ġejja fir-rigward ta' l-aħħar sena finanzjarja:

    3.5.1. jekk in-negozju globali miġmugħ ta' l-impriżi ikkonċernati fit-territorju tal-Istati EFTA ikunx egwali għal 25 % jew aktar tan-negozju globali totali tagħhom fit-territorju ŻEE?

    3.5.2. jekk kull waħda ta' mill-anqas żewġ impriżi ikkonċernati jkollhiex negozju globali li jeċċedi 250 miljun EUR fit-territorju tal-Istati EFTA?

    3.6. Iddeskrivi ir-razzjonalità ekonomika tal-konċentrazzjoni.

    SEZZJONI 4

    Pussess u kontroll [12]

    4.1. Għal kull waħda mill-partijiet tal-konċentrazzjoni għandek tipprovdi lista ta' l-impriżi kollha li jappartienu għall-istess grupp.

    Din il-lista għandha tinkludi:

    4.1.1. l-impriżi jew il-persuni kollha li jikkontrollaw dawn il-partijiet, direttament jew inderettament;

    4.1.2. l-impriżi kollha attivi fuq xi swieq affettwati [13] li huma ikkontrollati, direttament jew inderettament:

    (a) minn dawn il-prtijiet;

    (b) minn xi impriża oħra identifikata fi 4.1.1.

    Għal kull dħul elenkat hawn fuq, in-natura u l-meżżi ta' kontroll għandhom ikunu speċifikati.

    L-informazzjoni mitluba f'din is-sezzjoni tista tkun illustrata bl-użu ta' grafika jew diagrammi ta' l-organizzazzjoni li juru l-istruttura tal-propjetà jew tal-kontroll ta' l-impriżi.

    4.2. Fir-rigward tal-partijiet tal-konċentrazzjoni u ta' kull impriża jew persuna identifkata fir-reazzjoni tas-Sezzjoni 2.1, għandhek tipprovdi:

    4.2.1. lista ta' l-impriżi l-oħrajn kollha li huma attivi fis-swieq affettwati (*is-swieq affettwati huma definiti fis-Sezzjoni 6) li fihom l-impriżi, jew il-persuni, tal-grupp ikollhom individwalment jew kollettivament 10 % jew aktar tad-drittijiet tal-votazzjoni, tal-kapital maħruġ jew ta' titoli oħrajn;

    f'kull wieħed mill-każi, għandhek tidentifika id-detentur u tistqarr il-persentaġġ li jkollu;

    4.2.2. lista għal kull impriża tal-membri tal-bordijiet ta' l-amministrazzjoni tagħhom li huma wkoll membri tal-bordijiet ta# l-amministrazzjoni jew tal-bordijiet ta' superviżjoni ta' xi impriża oħra li tkun attiva fis-swieq affettwati; u (meta applikabbli) għal kull impriża, lista tal-membri tal-bordijiet ta' superviżjoni li huma wkoll membri tal-bordijiet ta' l-amministrazzjoni ta' xi impriża oħra li hija attiva fis-swieq effettwati;

    f'kull wieħed mill-każi, għandek tidentifika l-imnpriża l-oħra u l-posizzjonii li jkollu;

    4.2.3. dettalji ta' akkwisti magħmula hawn fuq Iis-Sezzjoni 4.1) ta' l-impriżi fis-swieq affettwati skond kif definit fis-sezzjoni 6.

    L-informazzjoni ipprovduta hawnhekk tista tkun illustrata bl-użu ta' grafika u diagrammi sabiex joffru spjegazzjoni aħjar.

    SEZZJONI 5

    Dokumentazzjoni bħala appoġġ

    Il-partijiet notifikanti għandhom jipprovdu dan li ġej:

    5.1. kopji tal-verżjonijiet finali jew l-aktar reċenti tad-dokumenti kollha li jwasslu għall-konċentrazzjonijiet, seww jekk bi ftehim bejn il-partijiet fil-konċentrazzjoni, l-akkwist ta' l-interess tal-kontroll jew ta' offerta pubblika.

    5.2. f'offerta pubblika, kopja tad-dokument ta' l-offerta' jekk dan ma jkux disponibli fiż-żmien tan-notifika, dan għandu jkun ippreżentat malajr kemm jista jkun possibbli u mhux aktar tard minn meta tkun mibgħuta lejn is-sieħba tat-titoli;

    5.3. kopji tar-rapporti annwali l-aktar reċenti u l-kontijiet tal-partijiet kollha fil-konċentrazzjoni; u

    5.4. kopji ta' l-analiżi, rapporti, studji, stħarriġ, u xi dokumenti komparabbli ippreparati minn jew għall-membri tal-board tad-diretturi, jew tal-pboard ta' superviżjoni, jew għal xi persuni oħrajn li jeżerċitaw funzjonijiet simili (fir-rigward li lilhom tali funzjonijiet ikunu ġew delegati jew afdati), jew fil-laqgħa tas-sieħba bit-titoli, għall-iskop li tkun assessjata jew analizzata ikl-konċentrazzjoni fir-rigward ta' l-ishma fis-suq, il-kondizzjonijiet kompetittivi, kompetituri (attwali jew potenzati), ir-razzjonalizzazzjoni tal-konċentrazzjoni, il-potenzal għal tkabbit tal-bejgħ jew ta' l-espanzjoni fi swieq ta' prodotti oħrajn jew swieq ġeografiċi oħrajn, u/jew il-kondizzjonijiet ġenerali tas-suq [14].

    Għal kull wieħed minn dawn id-dokument, mitlub li tindika (jekk ma jkunx diġa fid-dokument innifsu) id-data tal-preparazzjoni, l-isem u t-titolu ta' kull individwu li jkun ipprepara kull wieħed minn tali dokumenti.

    SEZZJONI 6

    Definizzjonijiet tas-suq

    Il-prodott relevanti jew is-swieq ġeografiċi jiddeterminaw l-iskop li fih il-qawwa tas-suq ta' entita ġdida li tirriżulta mill-konċentrazzjoni għandha tkun assessjata. [15]

    Il-parti jew il-partijiet notifikanti għandhom jipprovdu id-data mitluba billi jikkonsidraw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    I. Is-swieq relevanti tal-prodott:

    Suq relevanti ta' prodott inklużi dawk il-prodotti kollha u/jew servizzi li huma meqjusa bħala interkambjabbli jew sostitwibbli mill-konsumatur, minħabba l-karatteristiċi tal-prodott, il-prezzijiet tagħhom u l-użu ntiż tagħhom. Suq relevanti ta' prodott jista f'uħud mill-każi ikun magħmul minn numru ta' prodotti individwali u/jew servizzi li jippreżentaw karatteristiċi fiżiċi jew tekniċi identiċi u li huma interkambjabbli.

    Fatturi relevanti għall-assesjar tas-suq relaventi ta' prodott jinkludu l-analiżi dwar il-għala il-prodotti jew servizzi f'dawn is-swieq huma inklużi u il-għala oħrajn huma esklużi bl-użu tad-definizzjoni ta' hawn fuq, u billi jkunu meqjusa, per eżempju, l-adattabilità, il-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni, il-prezzijiet, l-elastiċità transversjali tal-prezz jew it-talba u fatturi oħrajn li huma relevanti għad-definizzjoni tas-swieq tal-prodott (per eżempju, adattabbilità transversjali fil-każi xierqa).

    II. Swieq ġeografiċi relevanti:

    Is-suq ġeografiku relevanti jikkomprendi żona li fiha l-impriżi ikkonċernati jkunu involuti fil-forniment u t-talba ta' prodotti jew servizzi, li fiha l-kondizzjonijiet ta' kompetizjoni huma suffeċjentament omoġenizzati u li jistgħu jkunu ddistingwiti minnn żoni ġeografiċi tal-qrib minħabba, partikolarment, il-kondizzjonijiet ta' kompetizjoni huma ferm differenti f'dawk iż-żoni.

    Fatturi relevanti dwar l-assesjar tas-suq ġeografiku relevanti inkludu, inter alia, in-natura u l-karatteristiċi tal-prodotti jew servizzi ikkonċernati, l-eżistenza ta' xi bariera għad-dħul, il-preferenzi tal-konsumatur, differenzi apprezzabbli fl-ishma tas-suq ta' l-impriżi bejn iż-żoni ġeografiċi tal-qrib u d-differenzi sostanzjali tal-prezz,

    III. Swieq affettwati:

    Għall-iskopijiet ta' l-informazzjoni meħtieġa f'din il-Formula, is-swieq affettwati jikkonsistu mill-swieq relevanti ta' prodott meta, fit-territorju ŻEE, fil-Komunità, fit-territoirju tal-Istati EFTA, f'xi Stat Membru jew f'xi Stat EFTA:

    (a) tnejn jew aktar partijiet fil-konċentrazzjoni ikunu involuti fl-attivitajiet tan-negozju fl-istess suq tl-prodott u meta il-konċentrazzjoni twassal għal sehem magħqud fis-suq ta' 15 % jew aktar. Dawn ir-relazzjonijiet orizzontali;

    (b) waħda jew aktar mill-partijiet fil-konċentrazzjoni huma nvoluti f'attivitajiet tan-negozju f'suq tal-prodott, li huwa għan-naħa tal-bidu jew għan-naħa tat-tmiem ta' suq ta' prodott li fih xi parti oħra tal-konċentrazzjoni tkun involuta, u uġħud mill-ishma tagħhom, individwali jew miġbura, tas-suq, jew fl-livell ta' 25 % jew aktar, independentament minn jekk ikuns hemm jew jekk ikunx sejjer ikun hemm relazzjoni bejn il-fornitur/klient bejn il-partijiet fil-konċentrazzjoni [16]. Dawn huma relazzjonijiet vertikali.

    Fuq ikl-bażi tad-definizzjonijiet ta' hawn fuq u l-għetiebi ta' l-ishma tas-suq, għandek tipprovdi din l-informazzjoni li ġejja [17]:

    - Tidentifika kull suq affettwat fiq ħdan it-tifsira tas-Sezzjoni III, fi:

    - il-ŻEE, il-Komunità jew il-livell EFTA;

    - l-Istati Membri individwali jew fil-livell tal-Istati EFTA.

    6.2. B'żieda, għandek tistqarr u tispjega il-veduti tal-partijiet rigward l-iskop tas-suq ġeografiku relevanti fil-qofol tat-tifsira tas-Sezzjoni II li hija applikabbli b'relazzjoni ma kull suq affettwat kif identifikat hawn fuq.

    IV. Swieq oħrajn li fihom l-operazzjoni notifikata jista jkollha impatt sinifikanti

    6.3. Fuq il-bażi tad-definizzjonijiet ta' hawn fuq, iddeskrivi il-prodott u l-iskop ġeografiku tas-swieq apparti minn dawk is-swieq affettwati kif identifikati fis-Sezzjoni 6.1 li fiha l-operazzjoni notifikata jista jkollha impatt sinifikati, per eżempju, meta:

    (a) uħud mill-partijiet fil-komnċentrazzjoni ikollhom sehem tas-suq li huwa akbar minn 25 % u ta' xi parti fil-konċentrazzjoni li hija kompetitur potenzali f'dak is-suq. Parti tista tkun meqjusa bħala kompetitur potenzali, partikolarment, meta jkollha pjanijiet li tidħol f'suq, jew li tkun żviluppat jew segwiet tali pjanijiet matul l-aħħar sentejn.

    (b) uħud mill-partijiet fil-komnċentrazzjoni ikollhom sehem tas-suq li huwa akbar minn 25 % u ta' xi parti fil-konċentrazzjoni li jkollha pussess importarnti tad-drittijiet propjetarji intellettwali f'dak is-suq;

    (ċ) kwalunkwe mill-partijiet fil-konċentrazzjoni ikunu preżenti fis-suq tal-prodott, li huwa suq ġirien li jkun relatat mill-qrib mas-suq tal-prodott li fih zi part oħra tal-konċentrazzjoni tkun involuta, u l-ishma individwali u miġmugħa tas-suq tal-partijiet fi kwalunkwe minn dawn is-swieq tkun ta' 25 % jew aktar. Is-swieq ta' prodott huma relatati mill-qrib ma swieq ġirien meta l-prodotti huma komplimentarji għall-xulxin [18] jew meta dawn ikunu jappartieni għal medda ta' prodotti li huma ġeneralment mixtrija mill-istess sett ta' klienti għall-istess użu finali [19];

    meta tali swieq jinkludi fis-sħiħ jew parzjalment iż-ŻEE.

    Sabiex tiffaċilita sabiex il-Kummissjoni tikkonsidra, mill-bidu nett, l-impatt kompetittiv tal-pronċentrazzjoni proponuta fis-swieq definiti f'din is-Sezzjoni 6.3, il-partijiet notifikanti huma mixtiedna li jippreżentaw l-informazzjoni taħt is-Sezzjonijiet 7 u 8 f'din il-Formula b'relazzjoni ma dawk is-swieq.

    SEZZJONI 7

    Informazzjoni dwar is-swieq affettwati

    Għal kull suq affettwat tal-prodott relevanti. Għal kull waħda mill-aħħar tlett snin finanzjarji [20]:

    (a) għat-territorju ŻEE

    (b) għal-Komunità kollha kemm hija;

    (ċ) għat-territorju tal-Istati EFTA kollha kemm huma;

    (d) għal kull Stat Membru u kull Stat EFTA individwalemnt ta' fejn il-partijiet fil-konċentrazzjoni iwettqu in-negozju; u

    (e) meta fl-opinjoni tal-partijiet notifikanti, is-suq ġeografiku relevanti huwa differenti;

    int mitlub li tipprovdi dan li ġej:

    7.1. estimi tad-daqs totali tas-suq f'termini tal-valur tal-bejgħ (fi euro) u l-volum (unitajiet) [21]. Indika il-bażi u s-sorsi tal-kalkolazzjoni u ipprovdi dokumenti meta disponibbli sabiex ikunu ikkonformati dawn il-kalkoli;

    7.2. il-bejgħ f'valur u f'volum, kif ukoll estimi tal-ishma tas-suq, għal kull waħda mill-partijiet fil-konċentrazzjoni;

    7.3. estimi tas-seħem tas-suq fil-valur (u meta xieraq, fil-volum) tal-kompetituri kollha (inklużi l-importaturi) li jkollhom mill-anqas 5 % tas-suq ġeografiku f'din il-konsiderazzjoni. Fuq dan il-bażi, ipprovdi estimi ta' l-indiċi IHH [22] kemm qabel u wkoll wara l-inkorporazzjoni, u d-differenza bejn it-tnejn (id-delta) [23]. Indika l-proporzjon tal-ishma tas-suq użati bħala il-bażi tal-IHH. Indika s-sorsi użati tal-kalkolazzjoni ta' dawn l-ishma tas-suq u ipprovdi dokumenti meta disponibbli sabiex ikunu ikkonformati dawn il-kalkoli;

    7.4. l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax u l-indizz e-mail tal-kap tad-dipartiment legali (jew ta' xi persuna oħra li teżerċita funzjonijiet simili; u fil-każi meta ma jkunx hemm tali persuna, allura l-eżekuttiv ewlieni) tal-kompetituri identifikati permezz ta' 7.3;

    7.5. estimi tal-valur u volum totali u s-sorsi ta' l-importazzjoni minn barra t-territorju ŻEE u identifika:

    (a) il-proporzjoni ta' tali importazzjoni li tkun akkwistat mill-gruppi li magħhom il-partijiet tal-konċentrazzjoni jkunu jappartienu;

    (b) estimi tal-medda li dwarha xi barrieri ta' kwoti, tariffi jew barrieri mhux tat-tariffi, li jaffettwaw din l-importazzjoni; u

    (ċ) estimi tal-medda li dwarha it-trasportazzjoni u l-ispejjeż l-oħrajn jaffettwaw din l-importazzjoni;

    7.6. il-medda li dwarha il-kummerċ fost l-Istati fi ħdan it-territorju ŻEE jkunaffettwat bi:

    (a) trasportazzjoni u spejjeż oħrajn; u

    (b) barrieri oħrajn mhux tat-tariffi dwar il-kummerċ;

    7.7. il-manjera li biha il-partijiet fil-konċentrazzjoni jipproduċu, jikkalkolaw il-prezz u jbiegħu il-prodotti u/jew servizzi; per eżempju, jekk huma jimmanifatturaw u jikkalkolaw il-prezz lokalment, jew ibiegħu permezz ta' faċilitajiet lokali tad-distribuzzjoni;

    7.8. paragun tal-livelli tal-prezzijiet f'kull Stat Membru u f'kull Stat EFTA għal kull parti fil-konċentrazzjoni u paragun simili tal-livelli tal-prezz bejn l-Istati tal-Komunità, l-Istati EFTA u oqsma oħrajn fejn dawk il-prodotti huma prodotti (e.g. ir-Russja, l-Istati Uniti ta' l-Amerika, il-Ġappun, iċ-¬ina, jew żoni oħrajn relevanti); u

    7.9. in-natura u l-medda ta' l-integrazzjoni vertikali ta' kull waħda mill-partijiet fil-konċentrazzjoni meta mqabbla ma l-akbar kompetituri tagħhom.

    SEZZJONI 8

    Kondizzjonijiet ġenerali fis-swieq affettwati

    8.1. Identifika l-akbar ħames fornituri independenti [24] tal-partijiet fil-konċentrazzjoni u l-ishma individwali tagħhom tax-xiri minn għand kull wieħed minn dawn il-fornituri (ta' materja prima jew ta' l-oġġetti użati għall-iskopijiet tal-produzzjoni tal-prodott)i) relevanti. Ipprovdi l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax u l-indizz e-mail tal-kap tad-dipartiment legali (jew ta' xi persuna oħra li teżerċita funzjonijiet simili; u fil-każi meta ma jkunx hemm tali persuna, allura l-eżekuttiv ewlieni) ta' kull wieħed minn dawn il-fornituri.

    L-istruttura tal-forniment fis-swieq affettwati

    8.2. Għati spjegazzjoni tal-kanali tad-distribuzzjoni u ta' l-oqfsa tas-servizz li jeżistu fis-swieq affettwati. Meta tagħmel hekk, għandhek tqis, meta xieraq, dan li ġej:

    (a) is-sistemi tad-distribuzzjoni prelevanti fis-suq u l-importanża tagħhom. Sa liema medda hija d-distribuzzjoni imwettqa minn partijiet terzi u/jew impriżi li jappartienu għal l-istess grupp bħal dak tal-partijiet identifikati fis-Sezzjoni 4?

    (b) l-oqfsa tas-servizz (per eżempju, il-mateniment u t-tisswija) prevalemti u l-importanza tagħhom f'dawn is-swieq. Sa liema medda huma tali servizzi imwettqa minn partijiet terzi u/jew impriżi li jappartienu għal l-istess grupp bħal dak tal-partijiet identifikati fis-Sezzjoni 4?

    8.3. Ipprovdi estimi tal-kapaċità totali matul il-Komunità kollha u matul il-EFTA kollu għal mill-anqas l-aħħar tlett snin. Matul dan il-perijodu, liema proporzjoni ta' din il-kapaċità hija meqjusa minn kull waħda mill-partijiet fil-konċentrazzjoni, u x'kienu r-rati rispettivi tagħhom ta' l-utilizzazzjoni tal-kapaċità. Jekk applikabli, identifika l-lokalità u l-kapaċità tal-faċilitajiet tal-manifattura ta' kull waħda mill-partijiet fil-konċentrazzjoni fis-swieq affettwati.

    8.4. Għandhek tispeċifika jekk uħul mill-partijiet fil-konċentrazzjoni, jew uħud mill-kompetituri, ikollhom "proġetti qiegħdin jiġu mħejjija", prodotti li aktarx li jitwasslu is-suq fiż-żmien qarib, jew pjanijiet li jespandu (jew li jnaqqsu) il-kapaċità tal-produzzjoni jew tal-bejgħ. Jekk hekk, ipprovdi estimi tal-bejgħ ippjanat u l-ishma tas-suq tal-partijiet fil-konċentrazzjoni matul it-tlieta jew il-ħames snin li ġejjin.

    8.5. Jekk inti tikkonsidra xi konsiderazzjonijiet oħrajn minn naħa tal-forniment, dawn għandhom ikunu speċifikati.

    L-istruttura tat-talba fis-swieq affettwati

    8.6. Identifika l-akbar ħames [25] klienti independenti tal-partijiet f'kull wieħed mis-swieq affettwati i s-seħem individwali tagħhom fil-bejgħ totali għal tali prodotti kif meqjusa minn kull wieħed minn dawk il-klienti. Ipprovdi l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax u l-indizz e-mail tal-kap tad-dipartiment legali (jew ta' xi persuna oħra li teżerċita funzjonijiet simili; u fil-każi meta ma jkunx hemm tali persuna, allura l-eżekuttiv ewlieni) ta' kull wieħed minn dawn il-klienti.

    8.7. Għati spjegazzjoni ta' l-istruttura tat-talba fit-termini ta':

    (a) il-fażijiet tas-suq f'termini ta', per eżempju, il-bidu, l-espanzjoni, il-maturità u t-tnaqqis, u tbassir tar-rata tat-tkabbir fit-talba;

    (b) l-importanza tal-preferenza tal-klient, per eżempju f'termini ta' lealtà tal-marka, il-provvediment ta' servizzi kemm qabel u wkoll wara il-bejgħ, il-provvediment ta' medda sħiħa ta' prodotti, jew l-effetti ta' l-oqfsa;

    (ċ) ir-rwol tad-differenzazzjoni tal-prodott f'termini ta' l-attribwiti jew tal-kwalità, u l-medda li dwarha il-prodotti tal-partijiet fil-konċentrazzjoni huma sostitwiti fil-qrib;

    (d) ir-rwol tat-tibdil fl-ispejjeż (f'termini ta' żmien u spiża) għal klienti meta dawn jibdlu minn fornitur għal ieħor;

    (e) il-grad tal-konċentrazzjoni jew tat-tixrid tal-klienti;

    (f) is-segmentazzjoni tal-klienti fi gruppi differenti b'deskrizzjoni tal-"klient tipiku" għal kull grupp;

    (g) l-importanza tal-kuntratti ta' distribuzzjoni esklussiva u tipi oħrajn ta' kuntratti b'termini fit-tul; u

    (h) il-medda li dwarha l-awtoritajiet pubbliċi, l-aġenziji governattivi, l-impriżi tal-Istat jew korpi simili huma parteċipanti importanti bħala s-sorsi tat-talba.

    Dħul fis-suq

    8.8. Matul l-aħħar ħames snin, kien hemm xi dħul sinifikanti f'uħud mis-swieq affettwati? Jekk hekk, ipprovdi l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax u l-indizz e-mail tal-kap tad-dipartiment legali (jew ta' xi persuna oħra li teżerċita funzjonijiet simili; u fil-każi meta ma jkunx hemm tali persuna, allura l-eżekuttiv ewlieni) u ipprovdi estimi ta' kull sehem kurrenti fis-suq ta' kull wieħed minn dawn li daħlu fih. Jekk uħud mill-partijiet fil-konċentrazzjoni jkunu daħlu fis-suq affettwat matul l-aħħar ħames snin, għandhekk tipprovdi analiżi ta' l-intoppi għad-dħul li huma iltaqgħu magħhom.

    8.9. Fl-opinjoni tal-partijiet notifikanti, hemm xi impriżi (inklużi dawk li preżentament joperaw il-barra mill-Komunità jew miż-ŻEE) li aktarx sejrin jidħlu fis-suq? Jekk hekk, ipprovdi l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax u l-indizz e-mail tal-kap tad-dipartiment legali (jew ta' xi persuna oħra li teżerċita funzjonijiet simili; u fil-każi meta ma jkunx hemm tali persuna, allura l-eżekuttiv ewlieni). Għati spjegazzjoni il-għala talu dħul aktarx li jseħħ u ipprovdi estimi taż-żmien li matulu tali dħul aktarx li jseħħ.

    8.10. Iddeskrivi il-fatturi varji li jinfluwenzaw id-dħul fis-swieq affettwati, billi teżamina kull dħul kemm mill-aspett ġerografiku u wkoll tal-prodott. Meta tagħmel hekk, għandek tqis, meta xieraq, dan li ġej:

    (a) l-ispiża totali tad-dħul (R&D, produzzjoni, l-istabbilizzazzjoni tas-sistemi tad-distribuzzjoni, l-inkurraġġiment, ir-reklamar, is-servizzi, u oħrajn bħal dawn) fuq skala ekwivalenti għal kompetitur vijabbli sinifikanti, billi tindika is-sehem tas-suq ta' tali kompetitur;

    (b) xi intoppi legali jew rogolatorji għad-dħul, bħal ma huma l-awtorizzazzjonijiet governattivi jew in-normi fi kwalunkwe għamla, kif ukoll l-intoppi li jirriżultaw mill-proċeduri taċ-ċertifikazzjoni tal-prodott, jew il-ħtieġa li wieħed juri medda bi prova tal-kapaċità tiegħu;

    (ċ) xi restrizzjonijiet maħluqa bl-eżistenza ta' privattivi, it-tgħarif tas-sistema tal-produzzjoni u drittijiet propjetarji intellettwali oħrajn f'dawn is-swieq u xi restrizzjonijiet maħluqa bil-liċenzar ta' tali drittijiet;

    (d) il-medda li dwarha kull waħda mill-partijiet fil-konċentrazzjoni tkun id-detentriċi, dik bil-liċenza jew li jkolla l-liċenza tal-provattivi, it-tagħrif tal-produzzjoni u drittijiet oħrajn fis-swieq relevanti;

    (e) l-importanza ta' l-iskala ta' l-ekonomiji dwar il-produzzjoni jew id-distrubuzzjoni tal-prodotti fis-swieq affettwati; u

    (f) l-aċċess għal sorsi tal-forniment, bħal ma hija d-disponabbiltà ta' materja prima u l-infrastruttura meħtieġa.

    Riċerka u żvilupp

    8.11. Għati rendikont ta' l-importanza tar-riċerka u l-iżvilupp bl-abilità ta' ditta li topera fis-suq(swieq) relevanti sabiex tkun tista tikkompeti f'terminu fit-tul. Għati spjegazzjoni tan-natura tar-riċerka u l-iżvilupp fis-swieq affettwati li tkun twettqet mill-partijiet fil-konċentrazzjoni.

    Meta tagħmel hekk, għandek tqis, meta xieraq, dan li ġej:

    (a) it-tendenzi u l-intensitajiet tar-riċerka u l-iżvilupp [26] f'dawn is-swieq u għall-partijiet fil-konċentrazzjoni;

    (b) il-korsa ta' l-iżvilupp teknoloġiku għal dawn is-swieq matul perijodu xieraq ta' żmien (inklużi l-iżviluppi fil-prodottu u/jew fis-servizzi, fil-proċessi tal-produzzjoni, fis-sistemi tad-distribuzzjoni, u oħrajn bħal dawn);

    (ċ) l-innovazzjonijiet maġġuri li jkunu seħħew f'dawn is-swieq u l-impriżi responsabbli għal tali innovazzjonijiet; u

    (d) iċ-ċiklu ta' l-innovazzjoni f'dawn is-swieq u meta l-partijiet ikunu f'dan iċ-ċiklu ta' innovazzjoni.

    Ftehim ta' koperazzjoni

    8.12. Sa liema medda il-ftehim ta' koperazzjoni (orizzonati, vertikali, jew oħrajn) huma eżistenti fis-swieq affettwati?

    8.13. Għati dettalji tal-ftehim ta' koperazzjoni l-aktar importanti involuti mill-partijiet fil-konċentrazzjoni f'dawk is-swieq affettwati, bħal ma hija r-riċerka u l-iżvilupp, il-liċenzi, il-produzzjoni konġunta, l-ispeċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni, il-forniment b'termini fit-tul u l-ftehim tal-iskambju ta' l-informazzjoni, u, meta meqjusa utili, ipprovdi kopja ta' dawn il-ftehim.

    Għaqdiet tal-kummerċ

    8.14. Fir-rigward ta' għaqdiet tal-kummerċ fis-swieq affettwati:

    (a) identifika dawk li magħhom il-partijiet fil-konċentrazzjoni huma membri; u

    (b) identifika l-għaqdiet tal-kummerċ l-aktar importanti li magħhom il-klienti u l-fornituri tal-partijiet fil-konċentrazzjoni jappartienu.

    Ipprovdi l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax u l-indirizz e-mail tal-persuna xierqa bħala kuntatt għal-għaqdiet tal-kummerċ kollha elenkati hawn fuq.

    SEZZJONI 9

    Il-kuntest u l-effiċċjenzi globali tas-suq

    9.1. Għati deskrizzjoni fil-kuntest b'aspett mondjali tal-konċentrazzjoni proponuta, indika il-posizzjonii ta' kull waħda mil-partijiet fil-konċentrazzjoni li tinsab il-barra mit-territorju ŻEE f'termini ta' daqs u saħħa kompetittiva.

    9.2. Għati deskrizzjoni ta' kif il-konċentrazzjoni proponuta aktarx li taffettwa l-interessi ta' konsumaturi intermedji u finali u l-iżvilupp tal-progress tekniku u ekonomiku.

    9.3. Jekk inti tixtieq li l-Kummissjoni speċifikament tikkonsidra mill-bidu nett [27] jekk l-akkwisti ta' l-effiċjenza iġġenerati mill-konċentrazzjonijiet li aktarx li jkunu jsaħħu l-abilità u l-inċentiva tad-dħul ta' l-entità l-ġdida sabiex taġixxi pro-kompetittività għall-benefiċju tal-konsumaturi, int mitlub li tipprovdi deskrizzjoni ta', u dokumenti b'appoġġ li jirrigwardjaw il-tali effiċċjenza (inklużi t-tfaddil fl-ispejjeż, l-introduzzjoni ta' prodott ġdid, u t-tittjib fis-servizz jew fil-prodott) li l-partijiet janteċiġaw li jirriżultaw mill-konċentrazzjoni proponuta fir-rigward ta' xi prodott relevanti [28].

    Għal kull effiċċjenti kif iddikjarata, ipprovdi:

    (i) spjegazzjoni dettaljata ta' kif il-konċentrazzjoni proponuta aktarx li tippermetti lid-dħul il-ġdid li jilħaq l-effiċċjenza. Speċifika il-passi li l-partijiet jantiċipaw li jieħdu sabiex jilħqu l-effiċċjenza, ir-riskji involuti fl-akkwista ta' l-effiċċjenza, u ż-żmien u l-ispiża maħtieġa sabiex din tkun milħuqha;

    (ii) meta raġjonevolemnt possibbli, għati kwantifikazzjoni ta' l-effiċċjenza u spjegazzjoni dettaljata ta' kif il-kwantifikazzjoni kienet ikkalkolata. Meta relevanti, ipprovdi wkoll estimi tas-sinifikanza ta' l-effiċċjenzi relatati ma l-introduzzjoni ta' prodott ġdid jew fit-titjib tal-kwalità. Għall-effiċċjenzi li jinvolvu tnaqis fl-ispejjeż, stqarr separatament l-akkwist ta' tnaqis ta' darba mill-ispejjeż fissi, it-tfaddil mill-ispejjeż fissi rekorrenti, u t-tfaddil mill-ispejjeż varjabli (fi euro għal kull unità u fi euro għal kull sena);

    (iii) il-medda li dwarha il-klienti aktarx li jibbenefikaw mill-effiċċjenza u spjegazzjoni dettaljata ta' kif tkun saret din il-kalkolazzjoni; u

    (iv) ir-raġuni il-għala il-parti jew il-partijiet ma jkunux jistgħu jilħqu l-effiċċjenza sal-medda simili b'meżżi oħrajn apparti milli permezz tal-konċentrazzjoni proponuta, u l-manjera li pjuttost ma tqajjem l-enda tħassib mill-kompetizzjoni.

    SEZZJONI 10

    Effetti koperattivi ta' l-impriża konġunta

    10. Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 2(4) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni, wieġeb għal dawn il-mistoqsijiet li ġejjin:

    (a) Stqarr jekk tnejn jew aktar impriżi paterni iżommu attivitajiet sa medda sinifikanti fl-istess suq bħal ta' l-impriża konġunta jew f'suq li huwa fil-bidu jew fit-tmiem minn dik l-impriża konġunta jew minn suq qarib li jkun relatat mill-qrib ma dan is-suq? [29]

    Jekk it-tweġiba hija iva, int mitlub li tindika għal kull wieħed mis-swieq referuti hawnhekk:

    - in-negozju globali ta' kull kumpanija paterna fis-sena finanzjarja preċedenti;

    - is-sinifikanza ekonomika ta' l-attivitajiet ta' l-impriża konġunta b'relazzjoni ma dan in-negozju globali;

    - is-sehem tas-suq għal kull kumpanija paterna.

    Jekk it-tweġiba hija fin-negattiv, int mitlub li tiġġustifika it-tweġiba tiegħek.

    (a) Jekk it-tweġiba għal (a) hija fl-affermattiv u fl-opinjomni tiegħek il-ħolqien ta' impriża konġunta ma jkunx iwassal għal kordinazzjoni bejn l-impriżi indipendenti li tillimita l-kompetizzjoni fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 81(1) tat-Trattat KE, għati r-raġunijiet tiegħek.

    (ċ) mingħajr preġudizzju għat-tweġibiet fi (a) jew (b) u sabiex ikun assigurat li assessjar komplut tal-każ ikun jista jitwettqa mill-Kummissjoni, int mitlub li tispjega kif il-kriterja ta' l-Artikolu 81(3) tkun applikabbli. Permezz ta' l-Artikolu 81(3), id-disposizzjoniijiet ta' l-Artikolu 81(1) jistgħu jkunu iddikjarati bħala mhux applikabbli jekk l-operazzjoni:

    (i) tikkontribwixxi għal titjib fil-produzzjoni jew fid-distribuzzjoni ta' l-oġġetti, jew għal tħeġġiġ fil-progress tekniku jew ekonomiku;

    (ii) tippermetti lill-konsumaturi sehem xieraq mill-benefiċċju li jirriżulta';

    (iii) ma jkun jimponi fuq l-impriżi kkonċernati l-ebda restrizzjonijiet li ma humiex indispensabbli għal l-akkwist ta' dawn l-objettivi; u

    (iv) ma jkunx jippermetti lill-impriżi bħal dawn il-possibiltà ta' l-eliminazzjoni ta' kompetizjoni fir-rigward ta' parti sostanzjali tal-prodotti f'dan il-każ.

    SEZZJONI 11

    Dikjarazzjoni

    L-Artikolu 2(2) tar-Regolament ta' l-Implementazzjoni jistrqarr li meta n-notifiki jkunu iffirmati mir-rapreżentanti ta' l-impriżi, tali rapreżentanti għandhom jipproduċu prova bil-miktub li huma awtorizzati li jaġixxu. Tali awtorizzazzjoni għandha tkun takkumpanja in-notifika.

    In-notifika għandha tispiċċa b'din id-dikjarazzjoni li ġejja li għandha tkun iffermata minn, jew f'isem, il-partijiet notifikanti kollha:

    Il-parti jew il-partijiet notifikanti jiddikjaraw li, sa l-aħjar konoxxenza u twemmin tagħhom, l-informazzjoni mogħtija f'din in-notifika hija vera, korretta, u kompluta, li kopji vera u kompluti tad-dokumenti meħtieġa mill-Formula KO huma fornuti, li l-estimi kollha huma identifikati bħala tali u li huma l-aħjar estimi tagħhom sabiex jaċċennaw il-fatti, u li l-opinjonijiet kollha kif espressi huma sinċieri.

    Huma konxji bid-disposizzjoniijiet ta' l-Artikolu 14(1)(a) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni.

    +++++ TIFF +++++

    [1] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 ta' l-20 ta' Jannat 2004 (ĠU L 24, tad-29.01.2004, p.1) Niġbidlek l-attenzjoni għad-disposizzjoniijiet korrespondenti tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (minn hawn il-quddiem referut bħala il-"Ftehim ŻEE"). Partikolarment għandek tara l-Artikolu 57 tal-Ftehim ŻEE, il-punt 1 ta' l-Anness XIV tal-Ftehim ŻEE u l-Prorokoll 4 tal-Ftehim bejn l-Istati EFTA dwar l-istabbeliment ta' Awtorità ta' Sorveljanza u ta' Qorti tal-Ġustizja, kif ukoll il-Protokolli 21 u 24 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 1 tal-Minuti Mifthiema tal-Protokoll li jaġġusta il-Ftehim ŻEE, Xi referenza għall-Istati EFTA gġandha tinfthiem bħala li tfisser dawk l-Istati EFTA li huma Partijiet Kontraeenti mal-Ftehim ŻEE. Sa mill-1 ta' Mejju 2004, dawk l-Istati huma l-Islanda, LiKEhtenstein u n-Norveġja.

    [2] It-termini "konċentrazzjoni" huwa definit fl-Artikolu 3 tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni u t-terminu "dimenzjoni Komunitarja" fl-Artikolu 1 tiegħu. Aktar minn hekk, l-Artikolu 4(5) jipprovdi li f'ċerti ċirkostanzi meta l-għetiebi tan-negozju globali tal-Komunità ma jkunux milħuqa, il-partijiet notifikanti jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni li titratta il-konċentrazzjoni proponuta tagħhom bħala li jkollha dimenzjoni Komunitarja.

    [3] Ara l-Artikolu 10(1) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni.

    [4] Ara l-Artikolu 10(3) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni.

    [5] Ara l-Artikolu 4(2) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni.

    [6] Ara, partikolarment, l-Artikolu 122 tal-Ftehim ŻEE, l-Artikolu 9 tal-Protokoll 24 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 17(2) tal-Kapitolu XIII tal-Protokoll 4 tal-Ftehim bejn l-Istati EFTA dwar l-istabbeliment ta' Awtorità ta' Sorveljanza u ta' Qorti tal-Ġustizja (Il-Ftehim ESA).

    [7] Ara s-Sezzjoni 6.III dwar id-definizzjoni ta' swieq affettwati.

    [8] Dan jinkludi lill-kumpanija immirata fil-każ ta' offerta ikkontestata, f'liema każ id-dettalji għandhom ikunu mimlija sal-limitu possibbli.

    [9] Ara l-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta' l-impriżi ikkonċernati.

    [10] Ara, ġeneralment, l-Avviż tal-Kummissjoni dwar ilkalkolazzjoni tan-negozju globali. In-negozju globali tal-parti jew tal-partijiet li jakkwistaw il-konċentrazzjoni għandu jinkludi in-negozju globali miġmugħ ta' l-impriżi kollha fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 5(4) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni. In-negozju globali tal-parti jew tal-partijiet li jakkwistaw għandu jinkludi in-negozju globali li jirigwardja il-partijiet suġġetti għat-transazzjoni fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 5(2) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni. Disposizzjoniijiet speċjali jinsabu fl-Artikoli 5(3), (4) u 5(5) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni dwar istituzzjonijiet ta' lrediti, asigurazzjoni u finanzjarji oħrajn u ta' impriżi konġunti.

    [11] Ara l-Artikolu 57 tal-Ftehim ŻEE u, partikolarment, l-Artikolu 2(1) tal-Protokoll 24 tal-Ftehim ŻEE. Każ jikkwalifika bħala każ ta' koperazzjoni jekk in-negożju globali miġmugħ ta' l-impriżi ikkonċernati fit-territorju tal-Istati EFTA jkun egwali għal 25 % jew aktar tan-negozju globali totali ġewwa it-territorju koperta bil-Ftehim ŻEE; jew kull waħda ta' mill-anqas żewġ impriżi ikkonċernati jkun jeċċedi n-negozju globali ta' 250 miljun EUR fit-territorju tal-Istati EFTA; jew il-konċentrazzjoni aktarx li toħloq jew issaħħaħ posizzjonii dominanti bħala riżultat li tiegħu il-kompetizzjoni effettiva tkun sinifikament imfixxkla fit-territorji tal-Istati EFTA jew ġewwa parti sostanzjali tagħhom.

    [12] Ara l-Artikoli 3(3), 3(4) u 3(5) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni.

    [13] Ara s-Sezzjoni 6 dwar id-definizzjoni ta' swieq affettwati.

    [14] Kif stabbilit fil-Partijiet 1.1 u 1.3(g) introduttorji, fil-kuntest tan-notifika bil-quddiem, jekk trid int tkun tista tiddiskuti mal-Kummissjoni sa liema medda id-dispensa (rinunzja) li tipprovdi id-dokumenti mitluba tista tkun xierqa. Meta dispensa tkun mitluba, il-Kummissjoni tista tispeċifika id-dokumenti li għandhom ikunu ipprovduti f'każ partikolari fit-talba għall-informazzjoni permezz ta' l-Artikolu 11 tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni.

    [15] Ara l-Avviż tal-Kummissjoni dwar id-definizzjoni tas-suq relevanti għall-iskopijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Komunità.

    [16] Per eżempju, jekk parti fil-konċentrazzjoni jkollha sehem tas-suq akbar minn 25 % fis-suq li huwa bil-parti tal-bidu tal-katina ġewwa suq li fih il-parti l-oħra tkun attiva, allura kemm is-swieq tan-naħa tal-bidu u wkoll tan-naħa tat-tmiem fil-katina tas-suq huma swieq affettwati. L-istess, jekk kumpanija integrata b'mod vertikali issir inkorporata ma parti oħra li hija attiva fil-level tat-tmiem tal-katina tas-suq, u l-inkorporazzjoni twasal għal sehem miġmugħ tas-suq fil-livell tat-tmiem tal-katina tas-suq ta' 25 % jew aktar, allura kemm is-swieq fin-naħa tal-bidu u wkoll tat-tmiem fil-katina tas-suq huma swieq affettwati.

    [17] Kif stabbilit fil-Partijiet 1.1 u 1.3(g) introduttorji, fil-kuntest tan-notifika bil-quddiem, jekk trid int tkun tista tiddiskuti mal-Kummissjoni sa liema medda id-dispensa (rinunzja) li tipprovdi id-dokumenti mitluba tista tkun xierqa għal ċerti swieq affettwati, jew għal ċerti swieq oħrajn (kif deskritt taħt IV).

    [18] Prodotti (jew servizzi) huma msejjħa komplimentarji meta, per eżempju, l-użu (jew il-konsum) ta' prodott wieħed essennzjalment jimplika l-użu (jew il-konsum) tal-prodott l-ieħor, bġal ma huma l-magni tal-istaples u l-istaples infushom, il-magni tal-istampar u l-kartuċċi tal-istampar.

    [19] Eżempji ta' prodotti li jappartienu għal tali medda ikunu il-whisky u l-ġnibru mibjugħa fil-ħwienet tax-xorb u fir-resturanti, u materjali differenti għall-ippakkjar ta' ċerta kategorija ta' oġġetti mibjugħa lill-produtturi ta' tali oġġetti.

    [20] Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(2) tar-Regolament ta' l-Implimentazzjoni.

    [21] Il-valur u l-volum tas-suq għandu jirreffletti il-produzzjoni li minnha titnaqqas l-esportazzjoni u magħha tiżdied l-importazzjoni għal dawk iż-żoni ġeografiċi fil-konsiderazzjoni. Jekk disponibli mingħajr tbgħaja, mitlub li tipprovdi informazzjonui mhux miġmugħa dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni skond il-pajjiż ta' l-oriġini u tad-destinazzjoni, rispettivament.

    [22] IHH tintuża għall-Indiċi Herfindahl-Hirschman, li huwa kejl tal-konċentrazzjoni tas-suq. IL-IHH huwa ikkalkolat billi jkunu magħduda il-kwadri ta' l-ishma individwali tas-suq dwar id-ditti kollha fis-suq. Per eżempju, suq li jkun fih ħames ditti b'ishma tas-suq ta' 40 %, 20 %, 15 %, 15 % u 10 %, rispettivament, għandu IHH ta' 2550 (402 + 202 + 152 + 152 + 102 = 2550). Il-medda ta' l-IHH tibda minn qrib żero (fi swieq atomistiċi) għal 10000 (fil-każ ta' monopolju pur). Il-IHH ta' wara l-imkorporazzjoni huwa ikkalkolat fuq l-ipoteżi prattikanti li l-ishma individwali tas-suq tal-kumpanija ma jinbidilx. Għalhekk ikun l-aħjar li jkunu inklużi id-ditti kollha fil-kalkolazzjoni, nuqqas ta' informazzjoni dwar numru ferm żgħir ta' ditti tista ma tkunx importanti minħaba li tali ditti ma jkunux jaffettwaw il-IHH sinifikament.

    [23] Iż-żieda fil-konċentrazzjoni kif imkejjla bill-IHH tista tkun ikkalkolata independentament għall-konċentrazzjoni totali tas-suq billi jkun irduppjat il-prodott ta' l-ishma tas-suq tad-ditti fl-inkorporazzjoni. Per eżempju, inkorporazzjoni ta' żewġ ditta b'ishma tas-suq ta' 30 % u 15 % rispettivament tkun iżżid il-IHH bi 900 (30 × 15 × 2 = 900). L-ispjegazzjoni għal din it-teknika hija kif ġej: Qabel l-inkorporazzjoni, l-ishma tas-suq tad-ditti ta' l-imkorporazzjoni li jikkontribwixxu lejn il-IHH bil-kwadri individwali tagħhom: (a)2 + (b)2. Wara l-inkorporazzjoni, il-kontribuzzjoni hija l-kwadru tas-somma tagħhom: (a + b) 2, li hija egwali għal (a) 2 + (b) 2 + 2ab. Iż-żieda fil-IHH hija għalhekk repreżentata bi 2ab.

    [24] Iġiefiri, il-fornituri li ma humiex sussidjarji, aġenti jew impriżi li jifformaw parti mill-grupp tal-parti f'dak il-każ. B'żieda ma dawk il-ħames fornituri independenti, il-partijiet notifikanti jistgħu, jekk huma jikkonsidraw li huwa meħtieġ għal kalkolazzjoni xierqa, jidentifikaw il-fornituri intra-grupp. L-istesss għandu jkun japplika fi 8.6 b'relazzjoni mal-klienti.

    [25] L-esperjenza wriet li l-eżeminazzjoni ta' każi kumplessi ta' spiss teħtieġ aktar dettalji tal-kuntatt mall-klient. Fil-korsa ta'kuntatti ta' qabel in-notifika, is-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu jitolbu għal akter dettalji dwar il-kuntatt mal-klienti dwar ċerti swieq affettwati.

    [26] L-intesità tar-riċerka u l-iżvilupp hija defita bħala l-ispiża tar-riċerka ta' l-iżvilupp bħala proporzjoni tan-negozju globali.

    [27] Għandu jkun innotat li l-preżentazzjoni ta' l-informazzjoni b'reazzjoni għas-Sezzjoni 9.3 hija voluntarja. Il-partijiet ma humiex meħtieġa li joffru xi ġustifikazzjoni jekk huma ma jimlewx din is-sezzjoni. Nuqas li tkun ipprovduta l-ifnormazzjoni dwar l-effiċċjenzi m'għandhiex tkun meqjusa bħala li timplika li l-konċentrazzjoni proponuta ma tkunx toħloq effiċċjenzi jew li r-razzjonali tal-konċentrazzjoni ikunu iż-żieda fil-qawwa tas-suq. LI ma tkunx ipprovduta l-informazzjoni mitluba dwar l-effiċċjenzi fl-istadu tan-notifika ma jfixklix milli din l-informazzjoni tkun ipprovduta fi stadju aktar tard. B'dana kollu, aktar ma tkun ipprovduta kmieni din l-informazzjoni, aktar il-Kummissjoni tkun tista tivverifika l-istqarija ta' l-effiċjenza.

    [28] Għal aktar gwida dwar l-istudju ta' l-effiċċjenzi, ara l-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-istudju ta' korporazzjonijiet orizzontali.

    [29] Għad-definizzjonijiet tas-suq għandek tirreferi għas-Sezzjoni 6.

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    IL-FORMOLA QASIRA DWAR IN-NOTIFIKA TA' KONĊENTRAZZJONI BIS-SAĦĦA TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 139/2004

    1. INTRODUZJONI

    1.1. L-iskop tal-Formula l-Qasira

    Il-formula l-qasira tispeċifika l-informazzjoni li għanda tkun ipprovduta mill-partijiet notifikanti meta jipprreżentaw notifika lejn il-Kummissjoni Ewropea ta' ċerti inkorporazzjonijiet ipproponuti, l-akkwist jew konċentrazzjonijiet oħrajn li aktarx iqajjmu tħasib dwar il-kompetizzjoni.

    Fil-mili ta' din il-formula, niġbidlek l-attnezjoni tiegħek għar-Regolament (KE) Nru 139/2004 (minn hawn il-quddiem referuta bħala "ir-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni"), u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru xx/2004 (minn hawn il-quddiem referut bħala "ir-Regolament ta' l-Implementazzjoni"), li miegħu din il-formula hija annessa [1]. It-test ta' dawn ir-regolamenti, kif ukoll tad-dokumenti relevanti l-oħrajn, jista jinstgħab fil-pagna tal-Kompetizzjoni tal-web site Europa tal-Kummissjoni.

    Bħala regola ġenerali, il-Formula l-Qasira tista tkun użata għall-iskop tan-notifika tal-konċentrazzjonijiet, meta waħda minn dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin tkun milħuqha:

    1. fil-każ ta' impriża konġunta, l-impriza konġunta ma jkollhiex, jew inkella b'ammont negliġibbli, attivitajiet attwali jew previsti fi ħdan it-territorju taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE). Tali każi iseħħu meta:

    (a) in-negozju globali ta' l-impriża konġunta u/jew in-negozju globali ta' l-attivitajiet kontribwiti ikun anqas minn 100 miljun EUR fit-territorju ŻEE; u

    (b) il-valur totali ta' l-assi trasferiti lejn l-impriża konġunta ikun anqas minn 100 miljun EUR fit-territorju ŻEE;

    2. ħadd mill-partijiet fil-konċentrazzjoni ma jkun involut f'attivitajiet tan-negozju fl-istesss prodott relevanti u suq ġeografiku (l-ebda trikkib orizzontali), jew f'suq li huwa fil-bidu jew fit-tmiem tal-katina tas-suq li fih parti oħra fil-konċentrazzjoni tkun involuta (l-ebda relazzjoni vertikali);

    3. tnejn jew aktar mill-partijiet fil-konċentrazzjoni jkunu nvoluti f'attivitajiet tan-negozju fl-istesss prodott relevanti u suq ġeografiku (relazzjonijiet orizzontali), basta li s-sehem miġmugħ tagħhom fis-suq ikun anqas minn 15 %; u/jew waħda jew aktar partijiet fil-konċentrazzjoni ikunu nvoluti fl-attivitajiet tan-negozju f'suq ta' prodott li jkun fil-bidu jew fit-tmien tal-katina tas-suq ta' suq ta' prodott li fih xi parti oħra fil-konċentrazzjoni tkun involuta (relazzjonijiet vertikali), u basta li l-ebda ishma tagħhom kemm individwali jew miġmugħa tas-suq fi kwalunkwe livell ma jkunu 25 % jew aktar; jew

    4. il-parti tkun sejra takkwista kontroll uniku ta' impriża li fuqha hija diġa jkollha kontroll konġunt.

    Il-Kummissjoni tista takkwista formula sħiħa tan-notifika meta jkun jidher jew li l-kondizzjonijiet għall-użu tal-Formula l-Qasira ma jkunux milħuqa, jew, eċċezzjonalemnt, meta dawn ikunu milħuqa, il-Kummissjoni tiddetermina, xorta waħda, li notifika permezz tal-Formula KO hija meħtieġa għal investigazzjoni adekwata tat-tħassib possibli dwar il-kompetizzjoni.

    Eżempji ta' każi meta n-notifika permezz tal-Formula KO tista tkun meħtieġa huma konċentrazzjonijiet meta jkun diffiċli li jkunu definiti is-swieq relevanti (per eżempju, fi swieq li qiegħdin jiżviluppaw ġodda jew meta ma jkunx hemm prattika ta' każ stabbilit); meta parti tkun introduzzjoni ġdida jew potenzali, jew li jkollha l-pussess ta' privattiva importanti; meta ma jkunx possibbli li adekwatament ikunu iddetterminat is-sehem tas-suq tal-partijiet; fi swieq b'barrieri qawwija kontra d-dħul; meta mill-anqas żewġ partijiet fil-konċentrazzjoni huma preżenti fi swieq viċini relatati mill-qrib [2] l u f'konċentrazzjonijiet meta l-istesss kwistjoni tinħoloq dwar il-kordinazzjoni, bħal ma hu referut fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni. L-istesss, notifika bil-Formula KO tista tkun meħtieġa fil-każ ta' parti li takkwista l-kontroll uniku ta' impriża konġunta li fih hija preżentament ikollha il-kontroll konġunt, meta l-parti li takkwista u l-impriża konġunta, flimkien, ikollhom posizzjonii qawwija fis-suq, jew li l-impriża konġunta u l-parti li takkwista jkollhom posizzjonijiet qawwija fi swieq vertikali relatati.

    1.2. Treġġiegħ lura lejn il-Formula KO sħiħa tan-notifika

    Meta tkun studjata jekk konċentrazzjoni tustgħax tkun notifikata permezz tal-Formula l-Qasira, il-Kummissjoni għandha tassigura li ċ-ċirkostanzi relevanti kollha huma stabbiliti bi kjarezza suffiċjenti. F'dan ir-rigward, ir-responsabiltà li tkun ipprovduta informazzjoni korretta u sħiħa taqgħa fuq il-partijiet notifikanti.

    Jekk, wara li l-konċentrazzjoni tkun ġiet notifikata, il-Kummissjoni tikkonsidra li l-każ ma jkunx xieraq għal notifika permezz tal-Formula l-Qasira, il-Kummissjoni tista tkun teħtieġ, bis-sħiħ, jew meta xieraq parzjalment, notifika permezz tal-Formula KO. Dan jista jkun il-każ meta:

    - jkun jidher li l-kondizzjonijiet għall-użu tal-Formula l-Qasira ma jkunu milħuqa;

    - għalkemm il-kondizzjonijiet dwar l-użu tal-Formula l-Qasira jkunu milħuqa, notifika sħiħa jew ġarzjali permezz tal-Formula KO tidher li tkun meħtieġa għal investigazzjoni adekwata tat-tħassib possibbli dwar il-kompetizzjoni jew sabiex ikun stabbilit li t-transazzjoni hija konċentrazzjoni fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 3 tar-Reagolament KE ta' l-Inkorporazzjoni;

    - il-Formula l-Qasira jkun fiha informazzjoni mhux korretta jew li tqarraq;

    - Stat Membri jesprimi tħasib qawwi u sostanzjat, dwar il-kompetizzjoni dwar il-konċentrazzjoni notifikata, fi żmien 15 il-jum utili mill-wassla tal-kopja tan-notifika; jew

    - parti terza tersprimi tħasib sostanzjat dwar il-kompetizzjoni matul il-limitu ta' żmien stabbilit mill-Kummissjoni dwar tali kummenti.

    F'tali każi, in-notifika tista tkun trattata bħala li ma tkunx kompluta fir-rigward materjali bis-saħħa ta' l-Artikolu 5(2) tar-Regolament ta' l-Implementazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tinforma bil-kitba lill-partijietnotifikanti jew lir-rapreżentanti tagħhom dwar dan u tagħmel hekk mingħajr dewmien. In-notifika għandha biss issir effettiva fid-data li fih l-informazzjoni kollha meħtieġa tkun wasslet.

    1.3. L-importanza ta' kuntatti qabel in-notifika

    L-esperjnza wriet li l-kuntatti ta' qabel in-notifika huma estremament utili kemm għall partijiet notifikanti u wkoll għall-Kummissjoni fid-determinazzjoni ta' l-ammont preċiż ta' l-informazzjoni meħtieġa fin-notifika. Ukoll, fil-każi li fihom il-partijiet jixtiequ li jippreżentaw notifika bil-Folmula l-Qasira, dawn huma avżati sabiex jidħlu f'kuntatti mal-Kummissjoni ta' qabel in-notifika sabiex jiddiskutu jekk il-każ ikunx wieħed li huwa xieraq għall-użu fil-Formula l-Qasira. Il-partijiet tan-notifika jitgħu jirreferu għall-Aħjar Prattiċi ta' l-Imġieda tal-Kummissjoni dwar il-Proċedimenti tal-KE dwar il-Kontroll ta' l-Inkorporazzjoni, li jipprovdu gwida dwar il-kuntatti ta' qabel in-notifika u l-preprazzjoni tan-notifiki.

    1.4. Min għandu jippreżenta n-notifika

    Fil-każ ta' inkorporazzjoni fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni jew ta' l-akkwist ta' kontroll konġunt ta' impriża fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni, in-notifika għandha tkun mimlija b'mod konġunt mill-partijiet ta' l-inkorporazzjoni jew minn dawk li jakkwistaw kontroll konġunt, skond ma jista jkun il-każ [3].

    Fil-każ ta' l-akkwist ta' interess ta' kontroll f'impriża waħda minn oħra, dak li jakkwista għandu jimla in-notifika.

    Fil-każ ta' offerta publika għall-akkwist ta' l-impriża, min jagħmel l-offerta għandu jimla in-notifika.

    Kull parti li timla in-notifika hija responsabbli għall-eżatezza ta' l-informazzjoni li hija tipprovdi.

    1.5. Il-ħtieġa ta' notifika korretta u sħiħa

    L-informazzjoni kollha meħtieġa b'din il-Fomula għandha tkun korretta u sħiħa. L-informazzjoni meħtieġa għandha tkun fornuta fis-Sezzjoni xierqa ta' din il-Formula.

    Partikolarment wieħed għandu jinnota li:

    (a) B'konformita ma l-Artikolu 10(1) tar-Regolament KE ta' l-Inkorportazzjoni u l-Atikolu 5(2) u (4) tar-Regolament ta' l-Implementazzjoni, il-limiti taż-żmien tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni marbuta man-notifika m'għandhomx jibdew jgħoddu qabel ma l-informazzjoni kollha li tkun ġiet fornuta man-notifika tkun wasslet għand il-Kummissjoni. Din il-ħtieġa hija sabiex tassigura li l-Kummissjoni tkun tista tassessja il-konċentrazzjoni notifikata fil-limiti ta' żmien stretti li hemm provvediment dwarhom fir-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni.

    (b) Il-partijiet tan-notifika għandhom jivverifikaw, matul il-korsa tat-tħejjija tan-notifika tagħhom, l-isem u n-numru tal-kuntatt, u partikolarment in-numri tal-fax u l-indizzi e-mail, kif ipprovduti lill-Kummissjoni, huma eżatti, relevanti u aġġornati.

    (ċ) Informazzjoni fin-notifika, mhux korretta jew li tqarraq, għandha tkun meqjusa bħala informazzjoni mhux kompluta (l-Artikolu 5(4) tar-Regolament ta' l-Implementazzjoni).

    (d) Jekk notifika ma tkun kompluta, il-Kummissjoni għandha tinforma bil-miktub u mingħajr dewmien lill-partijiet tan-notifika jew lir-rapreżentanti tagħhom. In-notifika għandha ssir effettiva biss fid-data li fiha l-informazzjoni kompluta u eżatta tkun waslet għand il-Kummissjoni (l-Artikolu 10(1) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni, l-Artikoli 5(2) u (4) tar-Regolament ta' l-Implementazzjoni).

    (e) Permezz ta' l-Artikolu 14(1)(a) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni, il-partijiet notifikanti li, jew b'intenzjoni jew inkella b'negliġenza, jfornu informazzjonimhux korretta jew li tqarraq, jistgħu jkunu responsabbli għal penali sa 1 % tan-negozju globabli aggregat ta' l-impriża ikkonċernata. B'żieda, bis-saħħa ta' l-Artikolu 6(3)(a) u l-Artikolu 8(6)(a) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni, il-Kummissjoni tista tirevoka id-deċiżjoni tagħha dwar il-kampattibbiltà tal-konċentrazzjoni notifikata meta din tkun ibbażata fuq informazzjoni mhux korretta li dwarha l-impriżi huma responsabbli.

    (f) Wieħed jista jitlob bil-kitba lill-Kummissjoni li taċċetta li n-notifika tkun kompluta minkejja n-nuqqas li tkun ipprovduta l-informazzjoni meħtieġa b'din il-Formula, jekk tali informazzjoni ma tkunx raġjonevolment disponibbli għall-persuna, parzjalment jew totalment (per eżempju, minħabba n-nuqqas ta' disponabbiltà ta' l-informazzjoni dwar kumpanija fil-mira matul l-offerta ikkontestata).

    Il-Kummissjoni għandha tikonsidra tali talba, basta li l-persuna tagħti raġunijiet dwar in-nuqqas ta' disponabbiltà ta' dik l-informazzjoni, u basta li din tipprovdi l-aħjar estimi dwar id-data nieqsa flimkien mas-sorsi ta' l-estimi. Meta possibbli, indikazzjonijiet għandhom ikunu ipprovduti dwar jekk uħud mill-informazzjoni mitluba li ma tkunx disponibbli għal-persuna, jekk tkunx tista tiġi akkwistata minn għand il-Kummissjoni.

    (g) Wieħed jista jitlob bil-kitba lill-Kummissjoni li taċċetta li n-notifika tkun kompluta minkejja n-nuqqas li tkun ipprovduta l-informazzjoni meħtieġa b'din il-Formula, jekk tali persuna tqis li xi informazzjoni partikolari tista ma tkunx meħtieġa, għall-eżaminazzjoni tal-każ mill-Kummissjoni.

    Il-Kummissjoni għandha tikkonsidra tali talba, basta li l-persuna tagħti raġunijiet adekwati il-għala tali informazzjoni ma tkunx relevanti u meħtieġa għall-inkjesta tagħha dwar l-operazzjoni notifikata. Wieħed għandu jispjega dan matul il-kuntatti ta' qabel in-notifika li jsiru mal-Kummissjoni u, jippreżenta talba bil-miktub għal rinunzja, jitlob lill-Kummissjoni li tagħti dispensa mill-obbligazzjoni li tkun ipprovduta tali informazzjoni, bis-saħħa ta' l-Artikolu 4(2) tar-Regolament ta' l-Implementazzjoni.

    1.6. Kif issir in-notifika

    In-notifika għandha tkun mimlija f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità Ewropea. Din il-lingwa għandha imbagħad tkun il-lingwa tal-proċedimenti għall-partijiet notifikaturi kollha. Meta in-notifiki jsiru skond l-Artikolu 12 tal-Protokoll 24 tal-Ftehom ŻEE f'linwa uffiċjali ta' Stat EFTA li ma tkunx lingwa uffiċjali tal-Komunità, in-notifika għandha simultanjament tkun issuplementata bi traduzzjoni f'lingwa uffiċjali tal-Komunità.

    L-informazzjoni mitluba b'din il-Formula għandha tkun elenkata bl-użu tan-numri tas-sezzjonijiet u l-paragrafi tal-Formula, bil-firma ta' dikjarazzjoni kif hemm provvediment dwar dan fis-Sezzjoni 9, u bl-anness ta' dokumentazzjoni bħala appoġġ. Fil-mili tas-Sezzjoniji 7 ta' din il-Formula, il-partijiet notifikanti huma mistiedna li jikkonsidraw jekk, għall-iskopijiet taċ-ċarezza, li din is-sezzjoni tkun l-aħjar ippreżentata f'ordni numerika, jew jekk ikunu jistgħu jinġabru flimkien għal kull suq individwali affettwat (jew gruppi ta' swieq affettwati).

    F'ġieħ iċ-ċarezza. ċerta informazzjoni tista tkun ipprovduta fl-annessi. B'dana kollu, huwa essenzali li l-biċċiet ewlenija sostantivi kolha ta' l-informazzjoni, partikolarment, l-informazzjoni dwar is-sehem tas-suq għall-partijiet u l-akbar kompetituri tagħhom, ikunu ippreżentati fil-parti prinċipali ta' din il-Formula. L-annessi ta' din il-Formula għandhom ikunu użati biss bħala supplement ta' l-informazzjoni fornuita fil-Formula innifisha.

    Dettalji tal-kuntatt għandhom ikunu ipprovduti fil-format kif ipprovdut mid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (DĠ Kompetizzjoni). Għall-proċess investigatorju xieraq., huwa essenzali li d-dettalji tal-kuntatt ikunu eżatti. Numru ta' każi ta' dettalji ħżiena dwar il-kuntatt jistgħu ikunu il-bażi li notifika tkun iddikjarata mhux kompluta.

    Dokumenti b'appoġġ għandhom ikunu ippreżentati fil-lingwa oriġinali tagħhom; meta din ma tkunx lingwa uffiċjali tal-Komunità, dawn għandhom ikunu tradotti fil-lingwa tal-proċediment (l-Artikolu 3(4) tar-Regolament ta' l-Implementazzjoni).

    Id-dokumenti b'appoġġ jistgħu ikunu l-oriġinali jew kopji ta' l-oriġinali. F'dan il-każ ta' l-aħħar, il-parti tan-notifika għandha tikkonferma li dawn ikunu vera u kompluti.

    Oriġinal wieħed u 35 kopja tal-Formula l-Qasira u tad-dokumenti bħala appoġġ għandhom ikunu ippreżentati lid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Kompetizzjoni.

    In-notifika għandha tkun imwassla fl-indirizz referut fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament ta' l-Implementazzjoni u fil-format speċifikat mill-Kummissjoni minn żmien għal żmien. Dan l-indirizz għandu jkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. In-notifika għandha tkun imwassla għand il-Kummissjoni matul il-jiem utili kif definti fl-Artikolu 24 tar-Regolament ta' l-Implementazzjoni. Sabiex tkun faċilitata ir-reġistrazzjoni fl-istesss jum, din għandha tkun imwassla qabel is-siegħa 17.00 minn nhar ta' Tnejn sa nhar ta' Ħamis u qabel is-siegħa 16.0 nhar ta' Ġimgħa u fil-jiem utili li jippreċedu btala pubbklika u btajjel oħrajn kif determinati mill-Kummissjoni u ippublikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. L-istruzzjonijiet tas-sigurta mogħtija fil-website tat-DĠ Kompetizzjoni għandhom ikunu sgwiti bir-reqqa.

    1.7. Kunfidenzalità

    L-Artikolu 287 tat-Trattat u l-Artikolu 17(2) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni kif ukoll id-disposizzjoniijiet korrespondenti tal-Ftehim ŻEE [4] jeġtieġu li l-Kummissjoni, lill-Istati Membri, lill-Awtorità ta' Sorveljanza EFTA u lill-Istati EFTA lill-uffiċjali u lill-impjegati l-oħrajn li ma jiżvelaw l-ebda informazzjoni li huma jkunu akkwistaw permezz ta' l-applikazzjoni tar-Regolament tat-tip kopert bl-obbligu tas-segretezza professjonali. L-istess prinċipju għandu jkun applikabbli wkoll għall-protezzjoni tal-konfidenzalità bejn il-partijiet notifikanti.

    Jekk wieħed jemmen li l-interssi tiegħu isofru danni jekk uħud mill-informazzjoni li jkun mitlub li jforni kellha tkun ippubblikata jew b'mod ieħor żvelata lill-partijiet oħrajn, dan għandu jforni din l-informazzi b'mod separat b'kull paġna kjarament immarkata "Sigrieti tan-Negozju". Il-persuna għandha wkoll tagħti r-raġunijiet il-għala din l-informazzjoni m'għandhiex tkun żvelata jew ippubblikata.

    Fil-każ ta' inkorporazzjoni jew akkwisti konġunti, jew f'każi oħrajn meta n-notifika tkun mimlija b'aktar minn waħda mill-partijiet, is-sigrieti tan-negozju jistgħu ikunu ippreżentati taħt koperta separata, u referuti fin-notifika bħala anness. Tali annessi kollha għandhom ikunu inklużi fil-preżentazzjoni sabiex in-notifika tkun meqjusa bħala kompluta.

    1.8. Definizzjonijiet u istruzzjonijiet għall-iskopijiet ta' din il-Formula

    Il-parti jew il-partijiet notifikanti: fil-każi meta in-notifika tkun ippreżentata minn waħda biss mill-impriżi li tkun parti minn operazzjoni, "il-partijiet notifikanti" hija użata sabiex tirreferi biss għall-impriża li attwallment tippreżenta in-notifika.

    Parti(jiet) għal konċentrazzjoni jew il-partijiet: dawn it-termini jirrigwardjaw kemm lill-partijiet li jakkwistaw u wkol dawk il-partijiet akkwistati, jew għall-partijiet fl-inkorporazzjoni, inklużi l-impriżi kollha li fihom interess ta' kontroll ikun qiegħed jiġi akkwistat jew li huma s-suġġett ta' offerta pubblika.

    Apparti milli kif speċifikat mod ieħor, it-termini tal-parti(jiet) notifikanti u tal-parti(jiet) tal-konċentrazzjoni jinkludu l-impriżi kollha li jappartienu għall-istesss gruppi bħal dawk tal-partijiet.

    Sena: ir-referenzi kollha għall-kelma "sena" f'din il-Formula għandhom jinqraw bħala li jfissru is-sena kalendarja, sakemm ma jkunx mistqarr mod ieħor. L-informazzjoni kollha meħtieġa f'din il-Formula għandha, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, tirrigwardja s-sena preċedenti tan-notifika.

    Id-data finanzjarja meħtieġa fis-Sezzjonijiet 3.3 sa 3.5 għandha tkun ipprovduta fi euros bir-rata tal-kambju medja li tkun prevalenti għas-snin jew għall-perijodi f'dak il-każ.

    Ir-referenzi kollha li jinsabu f'din il-Formula huma għall-artikoli u l-paragrafi relevanti tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni, sakemm ma jkunx mistqarr mod ieħor.

    1.9. Provvediment ta' l-informazzjoni dwar l-Impjegati u r-rapreżentanti tagħhom

    Il-Kummissjoni tixtieq tiġbed l-attenzjoni għall-obbliġi li dwarhom il-partijiet ta' konċentrazzjoni jistgħu ikunu suġġetti permezz tar-rekoli tal-Komunità u/jew dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni li jirigwardjaw tranżazzjonijiet ta' natura konċentrattiva vis-à-vis l-impjegati u/jew ir-rapreżentanti tagħhom.

    SEZZJONI 1 Deskrizzjoni tal-konċentrazzjoni

    1.1. Għandhek tipprovdi sommarju eżekuttiv tal-konċentrazzjoni, tispeċifika l-partijiet tal-konċentrazzjoni, in-natura tal-konċentrazzjoni (per eżempju, l-inkorporazzjoni, l-akkwist, jew impriża konġunta), l-oqsma l-attività tal-partijiet notifikanti, is-swieq li fihom il-konċentrazzjoni sejra jkollha impatt (inklużi s-swieq ewlenija rapportabbli [5], u r-razzjonali strateġiku u ekonomiku għall-konċentrazzjoni.

    1.2. Għandekk tipprovdi sommarju (sa 50 kelma) ta' l-informazzjoni ipprovdutafis-Sezzjoni 1.1. Huwa ntiż li dan is-sommarju jkun ippubblikat fuq il-website tal-Kummissjoni fid-data tan-notifika. Dan is-sommarju għandu jkun abozzat hekk li ma jkun fih l-ebda informazzjoni konfidenzali jew sigrieti tan-negożju.

    SEZZJONI 2 Informazzjoni dwar il-partijiet

    2.1. L-informazzjoni dwar il-parti notifikanti (jew il-partijiet)

    Għati d-dettalji ta':

    2.1.1. l-isem u l-indirizz ta' l-impriża;

    2.1.2. in-natura tan-negozju ta' l-impriża;

    2.1.3. l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax u l-indirizz ta' l-e-mail, il-posizzjoniji okkupata minn, il-persuna xierqa tal-kuntatt; u

    2.1.4. indirizz għas-servizz tal-parti notifikanti (jew ta' kull waħda mill-partijiet notifikanti) li lilhom id-dokumenti u, partikolarment, id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni jistgħu jkunu mwassla. L-isem, in-numru tat-telefon u l-indirizz ta' l-e-mail ta' persuna f'dan l-indirizz li tkun awtorizzata li taċċetta s-servizz, għandhom ikunu ipprovduti.

    2.2. Informazzjoni dwar partijiet oħrajn [6] tal-konċentrazzjoni

    Għal kull parti tal-konċentrazzjoni (apparti milli l-parti jew il-partijiet notifikanti) għati d-dettalji ta':

    2.2.1. l-isem u l-indirizz ta' l-impriża;

    2.2.2. in-natura tan-negozju ta' l-impriża;

    2.2.3. l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax u l-indirizz ta' l-e-mail, il-posizzjoniji okkupata minn, il-persuna xierqa tal-kuntatt; u

    2.2.4. indirizz għas-servizz tal-parti (jew ta' kull waħda mill-partijiet) li lilhom id-dokumenti u, partikolarment, id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni jistgħu jkunu mwassla. L-isem, in-numru tat-telefon u l-indirizz ta' l-e-mail ta' persuna f'dan l-indirizz li tkun awtorizzata li taċċetta s-servizz, għandhom ikunu ipprovduti.

    2.3. Il-ħatra ta' rapreżentanti

    Meta n-notifiki jkunu iffirmati mir-rapreżentanti ta' impriżi, tali rapreżentanti għandhom jipproduċu prova bil-miktub li huma awtoriżżati li jaġixxu. Il-prova bil-miktub għandha jkollha l-isem u l-posizzjonii tal-persuni li jagħtu tali awtorità.

    Tipprovdi dawn id-dettalji ta' l-informazzjoni li ġejjin dwar xi rapreżentanti li jkunu ġew awtorizzati li jaġixxu għal uħud mill-partijiet tal-konċentrazzjoni, tindika lil min huma jirrapreżentaw:

    2.3.1. l-isem tar-rapreżentant;

    2.3.2. l-indirizz tar-rapreżentant;

    2.3.3. l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax u l-indirizz ta' l-e-mail tal-persuna li għandha tkun ikkuntattjata' u

    2.3.4. indirizz tar-rapreżentant tas-servizz (fi Brussel jekk disponibbli) li lilu l-korrepondenża tista tkun mibgħuta u d-dokumenti imwassla,

    SEZZJONI 3 Dettalji tal-konċentrazzjoni

    3.1.2. Għati deskrizzjoni tan-natura tal-konċentrazzjoni li tkun notifikata. Meta tagħmel dan, għandek tistqarr:

    (a) jekk il-konċentrazzjoni proponuta tkun inkorporazzjoni legali sħiħa, akkwista ta' kontroll uniku jew konġunt, impriża konġunta b'funzjoni sħiħa fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) ta' l-Inkorporazzjoni jew kuntratt jew xi mezz ieħor li jikkonferixxi kontroll dirett jew inderett fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(2) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni;

    (b) jekk it-total jew uħud mill-partijiet ikunux suġġetti tal-konċentrazzjoni;

    (ċ) spjegazzjoni qasira tal-istruttura ekonomika u finanzjarja tal-konċentrazzjoni;

    (d) jekk xi offerta pubblika għal titoli ta' parti waħda minn parti oħra jkollhom l-appoġġ tal-bordijiet ta' dik l-ewwel parti fis-superviżjoni ta' l-amministrazzjoni jew ta' korpi oħrajn li legalment jirrapreżentaw lil dik il-parti;

    (e) id-data proponuta jew mistennija ta' xi okkorrenzi maġġuri iddisinjati sabiex iwasslu għat-twettieq tal-konċentrazzjoni;

    (f) l-istuttura proponuta tal-propjtà u l-kontroll wara li tkun twettqet il-konċentrazzjoni;

    (g) xi appoġġ finanzjarju jew appoġġ ieħor minn kwalunkwe sorsi (inklużi l-awtoritajiet pubbliċi) minn kwalunkwe mill-partijiet u n-natura u l-ammont ta' dan l-appoġġ; u

    (h) is-setturi ekonomiċi involuti f'din il-konċentrazzjoni.

    3.2. Għandhekk tistqarr il-valur tat-transazzjoni (il-prezz tax-xiri jew tal-valur ta' l-assi kollha involuti, skond ma jkun il-każ).

    3.3. Għal kull waħda mill-impriżi ikkonċernati bil-konċentrazzjoni [7] għandek tipprovdi din id-data li ġejja [8] għal-aħħar sena finanzjarja:

    3.3.1. in-negozju globali ma dwar id-dinja;

    3.3.2. in-negozju globali ma dwar il-Komunità;

    3.3.3. in-negozju globali ma dwar il-EFTA;

    3.3.4. in-negozju globali f'kull Stat Membri;

    3.3.5. in-negozju globali f'kull Stat EFTA;

    3.3.6. l-Istat Membru, jekk ikun hemm, li fih aktar minn żewġ terzi tan-negozju globali matul il-Komunità ikunu akkwistat; u

    3.3.7. l-Istat EFTA, jekk ikun hemm, li fih aktar minn żewġ terzi tan-negozju globali matul il-EFTA ikunu akkwistat.

    3.4. Għll-iskopijiet ta' l-Artikolu 1(3) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni, jekk l-operazzjoni ma tkunx tilħaq il-għetiebi stabbiliti fl-Artikolu 1(2), li jipprovdu id-data għall-aħħar sena finanzjarja:

    3.4.1. l-Istati Membri, jekk ikun hemm, li fihom in-negozju globali tal-għaqda aggregata ta' l-impriżi kollha ikkonċernati ikun ta' aktar minn 200 miljun EUR; u

    3.4.2. l-Istati Membri, jekk ikun hemm, li fihom in-negozju globali tal-għaqda aggregata ta' mill-anqas żewġ impriżi ikkonċernati ikun ta' aktar minn 25 miljun EUR.

    3.5. Għall-iskopijiet tad-determinazzjoni ta' jekk il-konċentrazzjoni tkunx tikkwalifika bħala każ ta' koperazzjoni EFTA [9], ipprovdi l-informazzjoni li ġejja fir-rigward ta' l-aħħar sena finanzjarja:

    3.5.1. jekk in-negozju globali miġmugħ ta' l-impriżi ikkonċernati fit-territorju tal-Istati EFTA ikunx egwali għal 25 % jew aktar tan-negozju globali totali tagħhom fit-territorju ŻEE?

    3.5.2. jekk kull waħda ta' mill-anqas żewġ impriżi ikkonċernati jkollhiex negozju globali li jeċċedi 250 miljun EUR fit-territorju tal-Istati EFTA?

    3.6. Fil-każ ta' tranżazzjoni li tikkonċerna l-akkwist ta' kontrol konġunt f'impriża konġunta, ipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

    3.6.1. in-negozju totali ta' l-impriża konġunta u/jew in-negozju globali ta' attivitajiet kontribwiti lejn l-impriża konġunta' u/jew

    3.6.2. il-valur totali ta' l-assi trasferiti lejn l-impriża konġunta.

    3.7. Iddeskrivi ir-razzjonalità ekonomika tal-konċentrazzjoni.

    SEZZJONI 4 Pussess u kontroll [10]

    Għal kull waħda mill-partijiet tal-konċentrazzjoni għandek tipprovdi lista ta' l-impriżi kollha li jappartienu għall-istesss grupp.

    Din il-lista għandha tinkludi:

    4.1. l-impriżi jew il-persuni kollha li jikkontrollaw dawn il-partijiet, direttament jew inderettament;

    4.2. l-impriżi attivi kollha fuq xi swieq rapportabbli [11] li huma ikkontrollati, direttament jew inderettament:

    (a) minn dawn il-prtijiet;

    (b) minn xi impriża oħra identifikata fi 4.1.

    Għal kull dħul elenkat hawn fuq, in-natura u l-meżżi ta' kontroll għandhom ikunu speċifikati.

    L-informazzjoni mitluba f'din is-sezzjoni tista tkun illustrata bl-użu ta' grafika jew diagrammi ta' l-organizzazzjoni li juru l-istruttura tal-propjetà jew tal-kontroll ta' l-impriżi.

    SEZZJONI 5 Dokumentazzjoni bħala appoġġ

    Il-partijiet notifikanti għandhom jipprovdu dan li ġej:

    5.1. kopji tal-verżjonijiet finali jew l-aktar reċenti tad-dokumenti kollha li jwasslu għall-konċentrazzjoni, seww jekk bi ftehim bejn il-partijiet fil-konċentrazzjoni, l-akkwist ta' interess ta' kontroll jew b'offerta pubblika; u

    5.2. kopji tar-rapporti u l-kontijiet annwali l-aktar reċenti tal-partijiet kollha fil-konċentrazzjoni.

    SEZZJONI 6 Definizzjonijiet tas-suq

    Il-prodott u s-swieq ġeografiċi relevanti jiddeterminaw l-iskop li fi ħdanu il-qawwa tas-suq ta' l-entità l-ġdida li tirriżulta mil-konċentrazzjoni għandha tkun studjata. [12]

    Il-parti jew il-partijiet notifikanti għandhom jipprovdu id-data mitluba billi jikonsidraw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:

    I. Swieq tal-prodotti relevanti

    Suq ta' prodott relevanti jinkludi dawk il-prodotti kollha u/jew servizzi li huma meqjusa bħala interkambjabbli u sostitwibbli mill-konsumatur, minħabba l-karatteristiċi tal-prodotti, il-prezzijiet tagġhom u l-użu intiż tagħhom. Suq ta' prodott relevanti jista jkun f'ċerti każi magħmul minn numru ta' prodotti individwali u/jew servizzi li jippreżentaw karatteristiċi fiżiċi jew tekniċi pjuttost identiċi u huma interkambjabbli.

    Il-fatturi relevanti fl-istidju dwar is-suq ta' prodott relevanti jinkludu l-analiżi ta' il-għala il-prodotti jew is-servizzi f'dawn is-swieq humiex inklużi u il-għala oġrajn huma esklużi bl-użu tad-definizzjoni ta' hawn fuq, wara li jkun ikkonsidrat, per eżempju, is-subadattabbilità, il-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni, il-prezzijiet, l-elastiċità trasversjali tal-prezzijiet jew tat-talba jew fatturi oħrajn relevanti għad-definizzjoni tas-swieq tal-prodott (per eżempju, is-subadattabbilità ta' forniment laterali fil-każi xierqa).

    II. Swieq ġeografiċi relevanti

    Is-suq ġeografiku relevanti jikkomprendi żona li fiha l-impriżi ikkonċernati ikunu involuti fil-forniment u t-talba ta' prodotti jew servizzi relevanti, li fiha l-kondizzjonijiet ta' kompetizjoni huma suffeċjentament omoġenizzati u li jistgħu jkunu ddistingwiti minnn żoni ġeografiċi tal-qrib minħabba, partikolarment, li l-kondizzjonijiet ta' kompetizjoni huma ferm differenti f'dawk iż-żoni.

    Il-fatturi relevanti fl-istudju tas-suq ħeografiku relevanti jinkludi, inter alia, in-natura u l-karatteristċi tal-prodotti jew servizzi ikkonċernati, l-eżistenza ta' barieri għad-dħul, il-preferenzi tal-konsumaturi, id-differenzi apprezzabbli fl-ishma tas-suq ta' l-impriżi bejn iż-żoni ġeografiċi tal-qrib, jew differenzi sostanzjali fil-prezz.

    III. Swoeq rapportabbli

    Għall-iskopijiet ta' l-informazzjoni meħtieġa f'din il-Formnula, is-swieq rapportabbli jikkonsisti fil-prodott u s-swieq ġeografiċi relevanti kollha, kif ukoll alternattivi plawsibbli tal-prodott relevanti jew tad-definizzjonijiet tas-suq ġeografiku, li fuq il-bażi tagħhom:

    (a) tnejn jew aktar partijiet fil-konċentrazzjoni huma nvoluti f'attivitajiet tan-negozju fl-istesss suq relevanti (relazzjonijiet orizzontali);

    (b) waħda jew aktar partijiet fil-konċentrazzjoni hija nvoluta f'attivitajiet tan-negozju fis-suq tal-prodott, li huwa jew in-naħa tal-bidu jew inkella fin-naħa tat-tmiem tal-katina tas-suq li fiħa xi parti oħra tal-konċentrazzjoni tkun involuta, independentament minn jekk jew le tkun teżisti relazzjoni ta' bejn il-fornitur/klient bejn il-partijiet fil-konċentrazzjoni (relazzjonijiet vertikali).

    6.1. Fuq il-bażi tad-definizzjonijiet tas-suq ta' hawn fuq, għandek tidentifika is-swieq rapportabbli kollha.

    SEZZJONI 7 Informazzjoni dwar is-swieq

    Għal kull suq rapportabbli deskritt fis-Sezzjoni 6, għas-sena preċedenti ta' l-operazzjoni, għandek tipprovdi dan li ġej: [13]

    7.1. estimi tad-daqs totali tas-suq f'termini tal-valur tal-bejgħ (fi euro) u l-volum (unitajiet) [14]. Indika il-bażi u s-sorsi tal-kalkolazzjoni u ipprovdi dokumenti meta disponibbli sabiex ikunu ikkonformati dawn il-kalkoli;

    7.2. il-bejgħ f'valur u f'volum, kif ukoll l-estimi tal-ishma tas-suq, għal kull waħda mill-partijiet fil-konċentrazzjoni. Indika jekk ikunx hemm tibdiliet sinifikanti fl-ishma tal-bejgħ u tas-suq għall-aħħar tlett snin finanzjarji; u

    7.3. għal relazzjonijiet orizzontali u vertikali, estimi tas-sehem tas-suq fil-valur (u meta xieraq, fil-volum) ta' l-akbar tlett kompetituri (indika il-bażi ta' l-estimi). Ipprovdi l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax u l-indizz e-mail tal-kap tad-dipartiment legali (jew ta' xi persuna oħra li teżerċita funzjonijiet simili; u fil-każi meta ma jkunx hemm tali persuna, allura l-eżekuttiv ewlieni) ta' kull wieħed minn dawn il-kompetituri.

    SEZZJONI 8 Effetti koperattivi ta' l-impriża konġunta

    8. Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 2(4) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni, int mitlub li twieġeb għal dawn il-mistoqsijiet li ġejjin:

    (a) Stqarr jekk tnejn jew aktar impriżi paterni iżommu attivitajiet sa medda sinifikanti fl-istesss suq bħal ta' l-impriża konġunta jew f'suq li huwa fil-bidu jew fit-tmiem minn dik l-impriża konġunta jew minn suq qarib li jkun relatat mill-qrib ma dan is-suq? [15]

    Jekk it-tweġiba hija iva, int mitlub li tindika għal kull wieħed mis-swieq referuti hawnhekk:

    - in-negozju globali ta' kull kumpanija paterna fis-sena finanzjarja preċedenti;

    - is-sinifikanza ekonomika ta' l-attivitajiet ta' l-impriża konġunta b'relazzjoni ma dan in-negozju globali;

    - is-sehem tas-suq għal kull kumpanija paterna.

    Jekk it-tweġiba hija fin-negattiv, int mitlub li tiġġustifika it-tweġiba tiegħek.

    (a) Jekk it-tweġiba għal (a) hija fl-affermattiv u fl-opinjomni tiegħek il-ħolqien ta' impriża konġunta ma jkunx iwassal għal kordinazzjoni bejn l-impriżi indipendenti li tillimita l-kompetizzjoni fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 81(1) tat-Trattat KE, għati r-raġunijiet tiegħek.

    (ċ) mingħajr preġudizzju għat-tweġibiet fi (a) jew (b) u sabiex ikun assigurat li assessjar komplut tal-każ ikun jista jitwettqa mill-Kummissjoni, int mitlub li tispjega kif il-kriterja ta' l-Artikolu 81(3) tkun applikabbli. Permezz ta' l-Artikolu 81(3), id-disposizzjoniijiet ta' l-Artikolu 81(1) jistgħu jkunu iddikjarati bħala mhux applikabbli jekk l-operazzjoni:

    (i) tikkontribwixxi għal titjib fil-produzzjoni jew fid-distribuzzjoni ta' l-oġġetti, jew għal tħeġġiġ fil-progress tekniku jew ekonomiku;

    (ii) tippermetti lill-konsumaturi sehem xieraq mill-benefiċċju li jirriżulta'

    (iii) ma jkun jimponi fuq l-impriżi kkonċernati l-ebda restrizzjonijiet li ma humiex indispensabbli għal l-akkwist ta' dawn l-objettivi; u

    (iv) ma jkunx jippermetti lill-impriżi bħal dawn il-possibiltà ta' l-eliminazzjoni ta' kompetizjoni fir-rigward ta' parti sostanzjali tal-prodotti f'dan il-każ.

    SEZZJONI 9 Dikjarazzjoni

    L-Artikolu 2(2) tar-Regolament ta' l-Implementazzjoni jistrqarr li meta n-notifiki jkunu iffirmati mir-rapreżentanti ta' l-impriżi, tali rapreżentanti għandhom jipproduċu prova bil-miktub li huma awtorizzati li jaġixxu. Tali awtorizzazzjoni għandha tkun takkumpanja in-notifika.

    In-notifika għandha tispiċċa b'din id-dikjarazzjoni li ġejja li għandha tkun iffermata minn, jew f'isem, il-partijiet notifikanti kollha:

    Il-parti jew il-partijiet notifikanti jiddikjaraw li, sa l-aħjar konoxxenza u twemmin tagħhom, l-informazzjoni mogħtija f'din in-notifika hija vera, korretta, u kompluta, li kopji vera u kompluti tad-dokumenti meħtieġa minn din il-Formula huma fornuti, li l-estimi kollha huma identifikati bħala tali u li huma l-aħjar estimi tagħhom sabiex jaċċennaw il-fatti, u li l-opinjonijiet kollha kif espressi huma sinċieri.

    Huma konxji bid-disposizzjoniijiet ta' l-Artikolu 14(1)(a) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni.

    +++++ TIFF +++++

    [1] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 ta' l-20 ta' Jannat 2004 (ĠU L 24, tad-29.01.2004, p.1) Niġbidlek l-attenzjoni għad-disposizzjoniijiet korrespondenti tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (minn hawn il-quddiem referut bħala il-"Ftehim ŻEE"). Partikolarment għandek tara l-Artikolu 57 tal-Ftehim ŻEE, il-punt 1 ta' l-Anness XIV tal-Ftehim ŻEE u l-Prorokoll 4 tal-Ftehim bejn l-Istati EFTA dwar l-istabbeliment ta' Awtorità ta' Sorveljanza u ta' Qorti tal-Ġustizja, kif ukoll il-Protokolli 21 u 24 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 1 tal-Minuti Mifthiema tal-Protokoll li jaġġusta il-Ftehim ŻEE. Xi referenza għall-Istati EFTA gġandha tinfthiem bħala li tfisser dawk l-Istati EFTA li huma Partijiet Kontraeenti mal-Ftehim ŻEE. Sa mill-1 ta' Mejju 2004, dawk l-Istati huma l-Islanda, LiKEhtenstein u n-Norveġja.

    [2] Is-swieq ta' prodott huma relatati mill-qrib ma swieq ġirien meta l-prodotti huma komplimentarji għall-xulxin jew meta dawn ikunu jappartieni għal medda ta' prodotti li huma ġeneralment mixtrija mill-istesss sett ta' klienti għall-istesss użu finali.

    [3] Ara l-Artikolu 4(2) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni

    [4] Ara, partikolarment, l-Artikolu 122 tal-Ftehim ŻEE, l-Artikolu 9 tal-Protokoll 24 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 17(2) tal-Kapitolu XIII tal-Protokoll 4 tal-Ftehim bejn l-Istati EFTA dwar l-istabbeliment ta' Awtorità ta' Sorveljanza u ta' Qorti tal-Ġustizja (Il-Ftehim ESA).

    [5] Ara s-Sezzjoni 6.III dwar id-definizzjoni ta' swieq rapportabbli.

    [6] Dan jinkludi lill-kumpanija immirata fil-każ ta' offerta ikkontestata, f'liema każ id-dettalji għandhom ikunu mimlija sal-limitu possibbli.

    [7] Ara l-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta' l-impriżi ikkonċernati.

    [8] Ara, ġeneralment, l-Avviż tal-Kummissjoni dwar ilkalkolazzjoni tan-negozju globali. In-negozju globali tal-parti jew tal-partijiet li jakkwistaw il-konċentrazzjoni għandu jinkludi in-negozju globali miġmugħ ta' l-impriżi kollha fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 5(4) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni. In-negozju globali tal-parti jew tal-partijiet li jakkwistaw għandu jinkludi in-negozju globali li jirigwardja il-partijiet suġġetti għat-transazzjoni fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 5(2) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni. Disposizzjoniijiet speċjali jinsabu fl-Artikoli 5(3), (4) u 5(5) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni dwar istituzzjonijiet ta' lrediti, asigurazzjoni u finanzjarji oħrajn u ta' impriżi konġunti.

    [9] Ara l-Artikolu 57 tal-Ftehim ŻEE u, partikolarment, l-Artikolu 2(1) tal-Protokoll 24 tal-Ftehim ŻEE. Każ jikkwalifika bħala każ ta' koperazzjoni jekk in-negożju globali miġmugħ ta' l-impriżi ikkonċernati fit-territorju tal-Istati EFTA jkun egwali għal 25 % jew aktar tan-negozju globali totali ġewwa it-territorju koperta bil-Ftehim ŻEE; jew kull waħda ta' mill-anqas żewġ impriżi ikkonċernati tkun teċċedi n-negozju globali ta' 250 miljun EUR fit-territorju tal-Istati EFTA; jew il-konċentrazzjoni aktarx li toħloq jew issaħħaħ posizzjonii dominanti bħala riżultat li tiegħu il-kompetizzjoni effettiva tkun sinifikament imfixxkla fit-territorji tal-Istati EFTA jew ġewwa parti sostanzjali tagħhom.

    [10] Ara l-Artikoli 3(3), 3(4) u 3(5) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni.

    [11] Ara s-Sezzjoni 6.III dwar id-definizzjoni ta' swieq rapportabbli.

    [12] Ara l-Avviż tal-Kummissjoni dwar id-definizzjoni tas-suq relevanti għall-iskopijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Komunità.

    [13] Fil-kuntest tan-notifika bil-quddiem, jekk trid int tkun tista tiddiskuti mal-Kummissjoni sa liema medda id-dispensa (rinunzja) li tipprovdi id-dokumenti mitluba tista tkun xierqa għal ċerti swieq rapportabbli.

    [14] Il-valur u l-volum tas-suq għandu jirreffletti il-produzzjoni li minnha titnaqqas l-esportazzjoni u magħha tiżdied l-importazzjoni għal dawk iż-żoni ġeografiċi fil-konsiderazzjoni.

    [15] Għad-definizzjonijiet tas-suq għandek tirreferi għas-Sezzjoni 6.

    --------------------------------------------------

    ANNEX III

    IL-FORMULA PR

    (PR = preżentazzjoni raġġjonata bos-saħħa ta' l-Artikolu 4(4) u (5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004)

    IL-FORMULA PR TIRRIGWARDJA PREŻENTAZZJONIJIET RAĠĠJONATI

    BIS-SAĦĦA TA' L-ARTIKOLI 4(4) U 4(5) TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 139/2004

    INTRODUZJONI

    A. L-iskop ta' din il-Formula

    Din il-Formula tispeċifika l-informazzjoni li l-partijiet li jitolbu għandhom jipprovdu meta jagħmlu preżentazzjoni ragonata għal deferiment ta' qabel in-notifika permezz ta' l-Artikolu 4(4) jew (5) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 (minn hawn il-quddiem referut bħala "ir-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni").

    Niġbidlek l-attenzjoni tiegħek għar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru(…/2004) (minn hawn il-quddiem referut bħala "ir-Regolament KE ta' l-Implementazzjoni ta' l-Inkorporazzjoni"). It-test ta' dawn ir-regolamenti, kif ukoll tad-dokumenti relevanti l-oħrajn, jista jinstgħab fil-pagna tal-Kompetizzjoni tal-web site Europa tal-Kummissjoni.

    L-esperjnza wriet li l-kuntatti bil-quddiem huma estremament utili kemm għall partijiet notifikanti u wkoll għall-awtoritajiet relevanti fid-determinazzjoni ta' l-ammont preċiż u t-tip ta' l-informazzjoni meħtieġa. Għalhekk, il-partijiet huma inkorraġiti li jikkonsultaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri relevanti rigward l-adekwatezza ta' l-iskop u t-tip ta' l-informazzjoni li dwarha hum jkollhom l-intenzjoni li jibbażżaw il-preżentazzjoni raġġjonata tagħhom.

    B. Il-ħtieġa għal preżentazzjoni raġġjonata li tkun korretta u kompluta

    L-informazzjoni kollha meħtieġa b'din il-Fomula għandha tkun korretta u sħiħa. L-informazzjoni meħtieġa għandha tkun fornuta fis-Sezzjoni xierqa ta' din il-Formula.

    Informazzjoni mhux korretta jew li tqarraq fil-preżentazzjoni raġġjonata għandha tkun meqjusa bħala informazzjoni mhux kompluta (l-Artikolu 5(4) tar-Regolament KE ta' l-Implementazzjoni ta' l-Inkorporazzjoni).

    Jekk il-partijiet jippreżentaw informazzjoni mhux korretta, il-Kummissjoni għandha l-poter li tirrevoka kalunkwe deċiżjoni ta' l-Artikolu 6 jew 8 li hija tadotta bħala diferiment ta' l-Artikolu 4(5), bis-saħħa ta' l-Artikolu 6(3)(a) jew 8(6)(a) tar-Regolament ta' l-Inkorporazzjoni. B'segwiment tar-revoka, il-liġijiet tal-kompetizzjoni nazzjonali ikunu għal darba oħra applikabbli għat-tranżazzjoni. Fil-każ ta' diferimenti permezz ta' l-Artikolu 4(4) magħmula fuq il-bażi ta' informazzjoni mhux koretta, il-Kummissjoni tista tkun teħtieġ notifika bis-saħħa ta' l-Artikolu 4(1). B'żieda, il-Kummissjoni għandha jkollha l-poter li timponi multi għal preżentazzjoni mhux korretta jew informazzjoni li tqarraq, bis-saħħa ta' l-Artikolu 14(1)(a) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni. (Ara l-punt d ta' hawn taħt). Finalment, il-partijiet għandhom ikunu konxji li, jekk diferiment ikun sar fuq il-bażi ta' informazzjoni mhux korretta, qarrieqa jew mhu kompluta kif inkluża fil-Formula PR, il-Kummissjoni u/jew l-Istati Membri jistgħu jikkonsidraw li jgħamlu deferiment ta' wara n-notifika li jirratifika xi deferiment maqgħmul qabel in-notifika.

    Partikolarment wieħed għandu jinnota li:

    (a) Bi qbil ma l-Artikoli 4(4) u (5) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjonim il-Kummissjoni hija obbligata li tittrasmetti mingħajr dewmien preżentazzjonijiet raġġjonati lejn l-Istati Membri. Il-limiti tż-żmien għall-konsiderazzjoni ta' preżentazzjonijiet raġġjonati għandhom jibdew mal-wassla tal-preżentazzjoni mill-Istat jew l-Istati Membri relevanti. Id-deċiżjoni dwar jekk jew le li tkun aċċettata l-preżentazzjoni raġġonata għandha normalment tkun meħudha fuq il-bażi ta' l-informazzji li tkun tinsab fiha, mingħajr aktar sforzi ta' l-investigazzjoni ma jkunu jittieħdu mill-awtoritajiet involuti.

    (b) Il-partijiet tal-preżentazzjoni għandhom għalhekk jivverifikaw, fil-korsa tal-preparazzjoni tal-preżentazzjoni raġġjonata tagħhom, li l-informazzjoni u l-argumenti li jkun utilizzaw ikunu appoġġjati b'mod suffiċċjenti minn sorsi independenti.

    (ċ) Permezz ta' l-Artikolu 14(1)(a) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni, il-partijiet li jagħmlu preżentazzjoni raġġjonata, jew b'intenzjoni jew inkella b'negliġenza, li jfornu informazzjoni mhux korretta jew li tqarraq, jistgħu jkunu responsabbli għal penali ta' sa 1 % tan-negozju globabli aggregat ta' l-impriża ikkonċernata.

    (d) Wieħed jista jitlob bil-kitba lill-Kummissjoni li taċċetta li l-preżentazzjoni raġġjonata tkun kompluta minkejja n-nuqqas li tkun ipprovduta l-informazzjoni meħtieġa b'din il-Formula, jekk tali informazzjoni ma tkunx raġjonevolment disponibbli għall-persuna, parzjalment jew totalment (per eżempju, minħabba n-nuqqas ta' disponabbiltà ta' l-informazzjoni dwar kumpanija fil-mira matul l-offerta ikkontestata).

    Il-Kummissjoni għandha tikonsidra tali talba, basta li l-persuna tagħti raġunijiet dwar in-nuqqas ta' disponabbiltà ta' dik l-infoirmazzjoni, u basta li din tipprovdi l-aħjar estimi dwar id-data nieqsa flimkien mas-sorsi ta' l-estimi. Meta possibbli, indikazzjonijiet għandhom ikunu ipprovduti dwar jekk uħud mill-informazzjoni mitluba li ma tkunx disponibbli din tista tkun akkwistata mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri relevanti għandha wkoll tkun ipprovduta.

    (e) Wieħed jista jitlob bil-kitba lill-Kummissjoni li taċċetta li preżentazzjoni raġġjonata tkun kompluta minkejja n-nuqqas li tkun ipprovduta l-informazzjoni meħtieġa b'din il-Formula, jekk tali persuna tqis li xi informazzjoni partikolari mitluba b'din il-Formula tista ma tkunx meħtieġa, għall-eżaminazzjoni tal-każ mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri.

    Il-Kummissjoni għandha tikkonsidra tali talba, basta li l-persuna tagħti raġunijiet adekwati il-għala tali informazzjoni ma tkunx relevanti u meħtieġa sabiex titratta it-talba għal diferiment ta' qabel in-notifika. Wieħed għandu jispjega dan matul il-kuntatti ta' qabel in-notifika li jsiru mal-Kummissjoni u ma l-Istat(i) Membri relevanti, u jippreżenta talba bil-miktub għal rinunzja, jitlob lill-Kummissjoni li tagħti dispensa mill-obbligazzjoni li tkun ipprovduta tali informazzjoni, bis-saħħa ta' l-Artikolu 4(2) tar-Regolament KE ta' l-Implementazzjoni. Il-Kummissjoni tista tikkonsulta ma l-awtorità jew l-awtoritajiet tal-Istat Membru relevanti qabel ma tiddeċiedi jekk taċċettax tali talba.

    Ċ. Persuni intitolati li jippreżentaw preżentazzjoni raġġjonata

    Fil-każ ta' inkorporazzjoni fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni jew ta' l-akkwist ta' kontroll konġunt ta' impriża fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni, il-preżentazzjoni raġġjonata għandha tkun mimlija b'mod konġunt mill-partijiet ta' l-inkorporazzjoni jew minn dawk li jakkwistaw kontroll konġunt, skond ma jista jkun il-każ.

    Fil-każ ta' l-akkwist ta' interess ta' kontroll f'impriża waħda minn oħra, dak li jakkwista għandu jimla il-preżentazzjoni raġġjonata.

    Fil-każ ta' offerta publika għall-akkwist ta' l-impriża, min jagħmel l-offerta għandu jimla il-preżentazzjoni raġġjonata.

    Kull parti li timla il-preżentazzjoni raġġjonata hija responsabbli għall-eżatezza ta' l-informazzjoni li hija tipprovdi.

    D. Kif tagħmel preżentazzjoni raġġjonata

    Il-preżentazzjoni raġġjonata għandha tkun mimlija f'waħda mil-lingwi uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Din il-lingwa għandha imbagħad tkun il-lingwa tal-proċedimenti għall-partijiet kollha tal-preżentazzjoni.

    Sabiex ikun iffaċilitat it-trattament tal-Formula PR mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, il-partjiet huma mħeġġa bil-kbir li jipprovdi lill-Kummissjoni bi traduzzjoni tal-preżentazzjonijiet raġġjonati tagħhom f'lingwa jew lingwi li jkunu jinfthiemu mill-indirizzati kollha ta' l-informazzjoni. F'dak li jirrigwardja talbiet għal deferiment lejn Stat jew Stati Membri, il-partijiet li jgħamlu t-talba huma mħeġġa bil-kbir li jinkludu kopja tat-talba fil-lingwi tal-Istat(i) Membri li minn għandhom id-deferiment ikun mitlub.

    L-informazzjoni mitluba b'din il-Formula għandha tkun elenkata bl-użu tan-numri tas-sezzjonijiet u l-paragrafi tal-Formula, bil-firma ta' dikjarazzjoni fil-parti ta' isefl, u bl-anness ta' dokumentazzjoni bħala appoġġ. F'ġieħ iċ-ċarezza. ċerta informazzjoni tista tkun ipprovduta fl-annessi. B'dana kollu, huwa essenzajli għall-biċċjiet essenzali sostantivi kollha ta' l-informazzjoni ikunu ippreżentati fil-parti ewlenija tal-Formula PR. L-annessi ta' din il-Formula għandhom ikunu użati biss bħala supplement ta' l-informazzjoni fornuita fil-Formula innifisha.

    Dokumenti b'appoġġ għandhom ikunu ippreżentati fil-lingwa oriġinali tagħhom; meta din ma tkunx lingwa uffiċjali tal-Komunità, dawn għandhom ikunu tradotti fil-lingwa tal-proċediment.

    Id-dokumenti b'appoġġ jistgħu ikunu l-oriġinali jew kopji ta' l-oriġinali. F'dan il-każ ta' l-aħħar, il-parti tal-preżentazzjoni għandha tikkonferma li dawn ikunu vera u kompluti.

    Oriġinal wieħed u 35 kopja tal-Formola PR u tad-dokumenti bħala appoġġ għandhom ikunu ippreżentati lill-Kummissjoni. Il-preżentazzjoni raġġjonata għandha tkun imwassla fl-indirizz referut fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament KE ta' l-Implementazzjoni u fil-format speċifikat mis-servizzi tal-Kummissjoni.

    Il-preżentazzjoni għandha tkun imwassla fl-indirizz tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (DĠ Kompetizzjoni). Dan l-indirizz għandu jkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Il-preżentazzjoni għandha tkun imwassla għand il-Kummissjoni matul il-jiem utili kif definti fl-Artikolu 24 tar-Regolament KE ta' l-Implementazzjoni ta' l-Inkorporazzjoni. Sabiex tkun faċilitata ir-reġistrazzjoni fl-istesss jum, din għandha tkun imwassla qabel is-siegħa 17.00 minn nhar ta' Tnejn sa nhar ta' Ħamis u qabel is-siegħa 16.0 nhar ta' Ġimgħa u fil-jiem utili li jippreċedu btala pubbklika u btajjel oħrajn kif determinati mill-Kummissjoni u ippublikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. L-istruzzjonijiet tas-sigurta mogħtija fil-website tat-DĠ Kompetizzjoni għandhom ikunu sgwiti bir-reqqa.

    E. Kunfidenzalità

    L-Artikolu 287 tat-Trattat u l-Artikolu 17(2) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni jeħtieġu li l-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, lill-uffiċjli tagħhom u lill-impjegati l-oħrajn u lill-persuni l-oħrajn li jaħdmu taħt is-superviżjoni ta' dawn l-awtoritajiet kif ukoll l-uffiċjali u l-impjegati ċivili ta' l-awtoritajiet l-oħrajn tal-Istati Membri, li ma jiżvelawx informazzjoni tat-tip koperta bl-obbligu tas-segretezza professjonali li huma jkunu akkwistaw permezz ta' l-applikazzjoni tar-Regolament. L-istess prinċipju għandu jkun applikabbli wkoll għall-protezzjoni tal-konfidenzalità bejn il-partijiet tal-preżentazzjoni.

    Jekk wieħed jemmen li l-interssi tiegħu isofru danni jekk uħud mill-informazzjoni li tkun fornuta kellha tkun ippubblikata jew b'mod ieħor żvelata lill-partijiet oħrajn, dan għandu jforni din l-informazzi b'mod separat b'kull paġna kjarament immarkata "Sigrieti tan-Negozju". Il-persuna għandha wkoll tagħti r-raġunijiet il-għala din l-informazzjoni m'għandhiex tkun żvelata jew ippubblikata.

    Fil-każ ta' inkorporazzjoni jew akkwisti konġunti, jew f'każi oħrajn meta l-preżentazzjoni raħħjunata tkun mimlija b'aktar minn waħda mill-partijiet, is-sigrieti tan-negozju jistgħu ikunu ippreżentati taħt koperta separata, u referuti fil-preżentazzjoni bħala anness. Tali annessi għandhom ikunu nklużi fil-preżentazzjoni raġġjonata.

    F. Definizzjonijiet u istruzzjonijiet għall-iskopijiet ta' din il-Formula

    Il-parti jew il-partijiet tal-preżentazzjoni: fil-każi meta il-preżentazzjoni raġġjonata tkun ippreżentata minn waħda biss mill-impriżi li tkun parti minn operazzjoni, "il-partijiet tal-preżentazzjoni" hija użata sabiex tirreferi biss għall-impriża li attwallment tagħmel il-preżentazzjoni.

    Parti(jiet) għal konċentrazzjoni jew il-partijiet: dawn it-termini jirrigwardjaw kemm lill-partijiet li jakkwistaw u wkol dawk il-partijiet akkwistati, jew għall-partijiet fl-inkorporazzjoni, inklużi l-impriżi kollha li fihom interess ta' kontroll ikun qiegħed jiġi akkwistat jew li huma s-suġġett ta' offerta pubblika.

    Apparti milli kif speċifikat mod ieħor, it-termini "tal-parti(jiet) tal-preżentazzjoni" u "il-parti(jiet) tal-konċentrazzjoni" jinkludu l-impriżi kollha li jappartienu għall-istess gruppi bħal dawk "il-partijiet".

    Swieq affettwati: Is-Sezzjoni 4 ta' din il-Formula teħtieġ li l-partijiet tal-preżentazzjoni sabiex jiddiffenixxu is-swieq relevanti tal-prodott, u li aktar jiddiffenixxu liema minn dawk is-swieq relevanti aktarx li jkunu affettwati bl-operazzjoni notifikta. Din id-definizzjoni dwar is-swieq affettwati hija wżata bħala il-bażi għall-ħtieġa ta' l-informazzjoni għal numru ta' mistoqsijiet oħrajn li jinsabu f'din il-Fomula. Id-definiżżjonijiet hekk ippreżentati mill-partijiet tal-preżentazzjoni huma referuti f'din il-Formula bħala is-suq(swieq) affettwat(i). Dan it-terminu jista jirreferi wkoll għal suq relevanti li jkun jikkonsisti minn prodotti jew servizzi.

    Sena: ir-referenzi kollha għall-kelma "sena" f'din il-Formula għandhom jinqraw bħala li jfissru is-sena kalendarja, sakemm ma jkunx mistqarr mod ieħor. L-informazzjoni kollha meħtieġa f'din il-Formula tirrigwardja, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, is-sena preċedenti tal-preżentazzjoni raġġjonata.

    Id-data finanzjarja mitluba f'din il-Formula għandha tkun ipprovduta fi euros bir-rata medja tal-kambju li tkun prevalenti għas-snin jew għall-perijodi f'dak il-każ.

    Ir-referenzi kollha li jinsabu f'din il-Formula huma għall-artikoli u l-paragrafi relevanti tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni, sakemm ma jkunx mistqarr mod ieħor.

    SEZZJONI 1 Informazzjoni bħala sfond

    1.0. Indika jekk il-preżentazzjoni raġġjonata tkunx magħmulha permezz ta' l-Artikolu 4(4) jew (5).

    - l-Artikolu 4(4) deferiment

    - l-Artikolu 4(5) deferiment

    1.1. L-informazzjoni dwar il-parti tal-preżentazzjoni (jew il-partijiet)

    Għati d-dettalji ta':

    1.1.1. l-isem u l-indirizz ta' l-impriża;

    1.1.2. in-natura tan-negozju ta' l-impriża;

    1.1.3. l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax u l-indirizz ta' l-e-mail, il-posizzjonii okkupata minn, il-persuna xierqa tal-kuntatt; u

    1.1.4. indirizz għas-servizz tal-parti tal-preżentazzjoni (jew ta' kull waħda mill-partijiet tal-preżentazzjoni) li lilhom id-dokumenti u, partikolarment, id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni jistgħu jkunu mwassla. L-isem, in-numru tat-telefon u l-indiriss ta' l-e-mail ta' persuna f'dan l-indirizz li tkun awtorizzata li taċċetta s-servizz, għandhom ikunu ipprovduti.

    1.2. Informazzjoni dwar partijiet l-oħrajn [1] tal-konċentrazzjoni

    Għal kull parti tal-konċentrazzjoni (apparti milli l-parti jew il-partijiet tal-preżentazzjoni) għati d-dettalji ta':

    1.2.1. l-isem u l-indirizz ta' l-impriża;

    1.2.2. in-natura tan-negozju ta' l-impriża;

    1.2.3. l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax u l-indirizz elettroniku, il-posizzjonii okkupata mil-persuna xierqa tal-kuntatt;

    1.2.4. indirizz għas-servizz tal-parti (jew ta' kull waħda mill-partijiet) li lilhom id-dokumenti u, partikolarment, id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni jistgħu jkunu mwassla. L-isem, in-numru tat-telefon u l-indirizz ta' l-e-mail ta' persuna f'dan l-indirizz li tkun awtorizzata li taċċetta s-servizz, għandhom ikunu ipprovduti.

    1.3. Il-ħatra ta' rapreżentanti

    Meta l-preżentazzjonijiet raġġjonati jkunu iffirmati mir-rapreżentanti ta' l-impriżi, tali rapreżentanti għandhom jipproduċu prova bil-miktub li huma awtoriżżati li jaġixxu. Il-prova bil-miktub għandha jkollha l-isem u l-posizzjonii tal-persuni li jagħtu tali awtorità.

    Tipprovdi dawn id-dettalji tal-kuntatt li ġejjin dwar xi rapreżentanti li jkunu ġew awtorizzati li jaġixxu għal uħud mill-partijiet tal-konċentrazzjoni, tindika lil min huma jirrapreżentaw:

    1.3.1. l-isem tar-rapreżentant;

    1.3.2. l-indirizz tar-rapreżentant;

    1.3.3. l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax u l-indirizz e-mail tal-persuna li għandha tkun ikkuntattjata' u

    1.3.4. indirizz tar-rapreżentant (fi Brussel jekk disponibbli) li lilu l-korrepondenża tista tkun mibgħuta u d-dokumenti imwassla,

    SEZZJONI 2 L-isfond ġenerali u d-dettalji tal-konċentrazzjoni

    2.1. Iddeskrivi l-isfond ġenerali tal-konċentrazzjoni. Partikolarment, għati l-parametri tar-raġunijiet ewlenija għat-tranżazzjoni, inkluż ir-razzjonal ta' l-ekonomija u l-istrateġija tagħha.

    Għandhek tipprovdi sommarju eżekuttiv tal-konċentrazzjoni, tispeċifika l-partijiet tal-konċentrazzjoni, in-natura tal-konċentrazzjoni (per eżempju, l-inkorporazzjoni, l-akkwist, jew impriża konġunta), l-oqsma l-attività tal-partijiet tal-preżentazzjoni, is-swieq li fihom il-konċentrazzjoni sejra jkollha l-impatt ewlieni u r-razzjonali strateġiku u ekonomiku għall-konċentrazzjoni [2].

    2.2. Iddeskrivi n-natura legali tat-transazzjoni li hija s-suġġett tal-preżentazzjoni raġġjonata. Meta tagħmel dan, għandek tindika:

    (a) jekk it-total jew uħud mill-partijiet ikunux suġġetti tal-konċentrazzjoni;

    (b) id-data proponuta jew mistennija ta' xi okkorrenzi maġġuri iddisinjati sabiex iwasslu għat-twettieq tal-konċentrazzjoni;

    (ċ) l-istuttura proponuta tal-propjtà u l-kontroll wara li tkun twettqet il-konċentrazzjoni; u

    (d) jekk it-tranżazzjoni proponuta tkun konċentrazzjoni fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni.

    2.3. Għati lista tas-setturi ekonomiċi involuti f'din il-konċentrazzjoni.

    2.3.1. Għandhekk tistqarr il-valur tat-transazzjoni (il-prezz tax-xiri jew tal-valur ta' l-asi kollha involuti, skond ma jkun il-każ).

    2.4. Ipprovdi data finanzjarja suffiċċjenti jew data oħra li turi l-l-konċentrazzjoni tkun tilħaq JEW ma tkunx tilħaq l-għetiebi ġursidizzjonali permezz ta' l-Artikolu 1 tar-Regolament KE ta' l-Inkorportazzjoni.

    2.4.1. Ipprovdi tqassim tan-negozju globali matul il-Komunità kollha li jkun milħuq mill-impriżi ikonċernati, indika, meta applikabbli, l-Istat Membru, jekk ikun hemm, li fih żewġ terzi ta' dan in-negozju globali jkun milħuq.

    SEZZJONI 3 Pussess u kontroll [3]

    Għal kull waħda mill-partijiet tal-konċentrazzjoni għandek tipprovdi lista ta' l-impriżi kollha li jappartienu għall-istess grupp.

    Din il-lista għandha tinkludi:

    3.1. l-impriżi jew il-persuni kollha li jikkontrollaw dawn il-partijiet, direttament jew inderettament;

    3.2. l-impriżi kollha attivi fuq xi swieq affettwati [4] li huma ikkontrollati, direttament jew inderettament:

    (a) minn dawn il-prtijiet;

    (b) minn xi impriża oħra identifikata fi 3.1.

    Għal kull dħul elenkat hawn fuq, in-natura u l-meżżi ta' kontroll għandhom ikunu speċifikati.

    L-informazzjoni mitluba f'din is-sezzjoni tista tkun illustrata bl-użu ta' grafika jew diagrammi ta' l-organizzazzjoni li juru l-istruttura tal-propjetà jew tal-kontroll ta' l-impriżi.

    SEZZJONI 4 Definizzjonijiet tas-suq

    Il-prodott u s-swieq ġeografiċi relevanti jiddeterminaw l-iskop li fi ħdanu il-qawwa tas-suq ta' l-entità l-ġdida li tirriżulta mil-konċentrazzjoni għandha tkun studjata. [5]

    Il-parti jew il-partijiet tal-preżentazzjoni għandhom jipprovdu id-data mitluba billi jikkonsidraw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:

    I. Swieq tal-prodotti relevanti

    Suq ta' prodott relevanti jinkludi dawk il-prodotti kollha u/jew servizzi li huma meqjusa bħala interkambjabbli u sostitwibbli mill-konsumatur, minħabba l-karatteristiċi tal-prodotti, il-prezzijiet tagġhom u l-użu intiż tagħhom. Suq ta' prodott relevanti jista jkun f'ċerti każi magħmul minn numru ta' prodotti individwali u/jew servizzi li jippreżentaw karatteristiċi fiżiċi jew tekniċi pjuttost identiċi u huma interkambjabbli.

    Il-fatturi relevanti fl-istidju dwar is-suq ta' prodott relevanti jinkludu l-analiżi ta' il-għala il-prodotti jew is-servizzi f'dawn is-swieq humiex inklużi u il-għala oġrajn huma esklużi bl-użu tad-definizzjoni ta' hawn fuq, wara li jkun ikkonsidrat, per eżempju, is-subadattabbilità, il-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni, il-prezzijiet, l-elastiċità trasversjali tal-prezzijiet jew tat-talba jew fatturi oħrajn relevanti għad-definizzjoni tas-swieq tal-prodott (per eżempju, is-subadattabbilità ta' forniment laterali fil-każi xierqa).

    II. Swieq ġeografiċi relevanti

    Is-suq ġeografiku relevanti jikkomprendi żona li fiha l-impriżi ikkonċernati ikunu involuti fil-forniment u t-talba ta' prodotti jew servizzi relevanti, li fiha l-kondizzjonijiet ta' kompetizjoni huma suffeċjentament omoġenizzati u li jistgħu jkunu ddistingwiti minnn żoni ġeografiċi tal-qrib minħabba, partikolarment, li l-kondizzjonijiet ta' kompetizjoni huma ferm differenti f'dawk iż-żoni.

    Il-fatturi relevanti fl-istudju tas-suq ħeografiku relevanti jinkludi, inter alia, in-natura u l-karatteristċi tal-prodotti jew servizzi ikkonċernati, l-eżistenza ta' barieri għad-dħul, il-preferenzi tal-konsumaturi, id-differenzi apprezzabbli fl-ishma tas-suq ta' l-impriżi bejn iż-żoni ġeografiċi tal-qrib, jew differenzi sostanzjali fil-prezz.

    III. Swieq affettwati

    Għall-iskopijiet ta' l-informazzjoni meħtieġa f'din il-Formula, is-swieq affettwati jikkonsistu mis-swieq relevanti tal-prodott meta, fil-Komunità, jew f'xi Stat Membru:

    (a) tnejn jew aktar mill-partijiet fil-konċentrazzjoni huma involuti f'attivitajiet tan-negozju fl-istes suq tal-prodott u meta l-konċentrazzjoni tkun twassal għal sehem mgħaqud tas-suq ta' 15 % jew aktar. Dawn huma relazzjonijiet orizzontali;

    (b) waħda jew aktar partijiet fil-konċentrazzjoni hija nvoluta f'attivitajiet tan-negozju fis-suq tal-prodott, li huwa jew in-naħa tal-bidu jew inkella fin-naħa tat-tmiem tal-katina tas-suq li fiħa xi parti oħra tal-konċentrazzjoni tkun involuta, u xi ishma individwali jew magħquda tas-suq tkun jew fil-livell ta' 25 % jew aktar, independentament minn jekk jew le tkun teżisti relazzjoni ta' bejn il-fornitur/klient bejn il-partijiet fil-konċentrazzjoni [6]. Dawn huma relazzjonijiet orizzontali.

    Fuq il-bażi tad-definizzjonijiet ta' hawn fuq u l-għetiebi tas-sehem tas-suq, ipprovdi din l-informazzjoni li ġejja:

    4.1. Identifika kull suq affettwat fil-qofol tat-tifsira tas-Sezzjoni III:

    (a) fil-livell tal-Komunità;

    (b) fil-każ ta' talba għal diferiment bis-saħħa ta' l-Artikolu 4(4), fil-livell ta' kull Stat Membru individwali;

    (ċ) fil-każ ta' talba għal diferiment bis-saħħa ta' l-Artikolu 4(5), fil-livell ta' kull Stat Membru identifikat fis-Sezzjoni 6.3.1 ta' din il-Formula hekk kif ikun jista jirrevedi l-konċentrazzjoni.

    4.2. B'żieda, għati spjegazzjoni dwar il-veduti tal-partijiet tal-preżentazzjoni dwar l-iskop tas-suq ġeografiku relevanti fil-qofol tat-tifsira tas-Sezzjoni II b'relazzjoni ma kull suq affettwat identifikat fi 4.1 ta' hawn fuq.

    SEZZJONI 5 Informazzjoni dwar is-swieq affettwati

    Għal kull suq affettwat tal-prodott relevanti, għal aħħar sena finanzjarja,

    (a) għal-Komunità kollha kemm hija;

    (b) fil-każ ta' talba għal diferiment bis-saħħa ta' l-Artikolu 4(4), individwalment għal kull Stat Membru individwali ta' fejn il-partijiet fil-konċentrazzjoni jkunu jagħmlu in-negozju; u

    (ċ) fil-każ ta' talba għal diferiment bis-saħħa ta' l-Artikolu 4(5), individwalment għal kull Stat Membru identifikat fis-Sezzjoni 6.3.1 ta' din il-Formula hekk kif ikun jista jirrevedi l-konċentrazzjoni ta' fejn il-partijiet fil-konċentrazzjoni jkunu jwettqu in-negozju; u

    (d) meta fl-opinjoni tal-partijiet tal-preżentazzjoni, is-suq ġeografiku relevanti huwa differenti;

    int mitlub li tipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

    5.1. estimi tad-daqs totali tas-suq f'termini tal-valur tal-bejgħ (fi euro) u l-volum (unitajiet) [7]. Indika il-bażi u s-sorsi tal-kalkolazzjoni u ipprovdi dokumenti meta disponibbli sabiex ikunu ikkonformati dawn il-kalkoli;

    5.2. il-bejgħ f'valur u f'volum, kif ukoll estimi tal-ishma tas-suq, għal kull waħda mill-partijiet fil-konċentrazzjoni;

    5.3. estimi tas-seħem tas-suq fil-valur (u meta xieraq, fil-volum) tal-kompetituri kollha (inklużi l-importaturi) li jkollhom mill-anqas 5 % tas-suq ġeografiku f'din il-konsiderazzjoni;

    Fuq dan il-bażi, ipprovdi estimi ta' l-indiċi IHH [8] kemm ta' qabel u wkoll ta' wara l-inkorporazzjoni, u d-differenza bejn it-tnejn (id-delta) [9]. Indika l-proporzjon tal-ishma tas-suq użati bħala il-bażi tal-IHH; Identifika s-sorsi użati għal-kalkolazzjoni ta' dawn l-ishma tas-suq u ipprovdi dokumenti, meta disponibli, sabiex jikkonfermaw il-kalkolazzjoni;

    5.4. l-akbar ħames klienti independenti tal-partijiet f'kull wieħed mis-swieq affettwati u s-seħem individwali tagħhom fil-bejgħ totali għal tali prodotti kif meqjusa minn kull wieħed minn dawk il-klienti.

    5.5. in-natura u l-medda ta' l-integrazzjoni vertikali ta' kull waħda mill-partijiet fil-konċentrazzjoni meta mqabbla ma l-akbar kompetituri tagħhom;

    5.6. identifika l-akbar ħames fornituri independenti [10] tal-partijiet;

    5.7. Matul l-aħħar ħames snin, kien hemm xi dħul sinifikanti f'uħud mis-swieq affettwati? Fl-opinjoni tal-partijiet tal-preżentazzjoni, hemm xi impriżi (inklużi dawk li preżentament joperaw biss fis-swieq il-barra mill-Komunità) li aktarx sejrin jidħlu fis-suq? Int mitlub li tispeċifika.

    5.8. Sa liema medda il-ftehim ta' koperazzjoni (orizzonati, vertikali) huma eżistenti fis-swieq affettwati?

    5.9. Jekk il-konċentrazzjoni hija azzjenda konġunta, għid jekk tnejn jew aktar impriżi paterni iżommux attivitajiet sa medda sinifikanti fl-istess suq bħal ta' l-impriża konġunta jew f'suq li huwa fil-bidu jew fit-tmiem minn dik l-impriża konġunta jew minn suq qarib li jkun relatat mill-qrib ma dan is-suq? [11]

    5.10. Għati deskrizzjoni ta' kif il-konċentrazzjoni proponuta aktarx li jkollha impatt fuq il-kompetizzjoni fis-swieq affettwati u kif il-konċentrazzjoni proponuta aktar li taffettwa l-interessi ta' konsumaturi intermedji u finali u l-iżvilupp tal-progress tekniku u ekonomiku.

    SEZZJONI 6 Dettalji tat-talba ta' diferiment u r-raġunijiet il-għala każ għandu jkun diferit

    6.1. Indika jekk il-preżentazzjoni raġġjonata tkun issir bis-saħħa ta' l-Artikolu 4(4) jew 4(5) tar-Regolament KE ta' l-inkorporazzjoni, u imla biss is-sub-sezzjoni relevanti:

    - l-Artikolu 4.4. deferiment

    - l-Artikolu 4.5. deferiment

    Sub-sezzjoni 6.2 L-ARTIKOLU 4(4) DEFERIMENT

    6.2.1. Identifika l-Istat Membru jew l-Istati Membri li, bis-saħħa ta' l-Artikolu 4(4), inti titlob li għandhom jeżaminaw il-konċentrazzjoni, indika jekk jew le inti tkunx għamilt kuntatt informali ma dan l-Istat(i) Membru(i).

    6.2.2. Speċifika jekk inti qiegħedx titlob diferiment ta' parti jew tal-każ kollu.

    Jekk qiegħed titlob diferiment ta' parti mill-każ, speċifika kjarament liema parti jew partijiet tal-każ li dwahom inti titlob id-diferiment.

    Jekk inti titlob diferiment tal-każ kollu, inti għandek tikonferma li ma jkun hemm l-ebda swieq affettwati il-barra mit-territorju tal-Istat(i) Membru(i) li lihom inti titlob sabiex isir id-diferiment.

    6.2.3. Għati spjegazzjoni ta' kull wieħed mis-swieq affettwati fl-Istat jew fl-Istati Membri li lilhom id-diferiment ikun mitlub ikun jippreżenta l-karatteristċi kollha ta' suq distint fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 4(4).

    6.2.4. Għati spjegazzjoni ta' kif il-kompetizzjoni tista tkun sinifikament affettwata f'kull wieħed mis-swieq distinti msemmija hawn fuq fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 4(4).

    6.2.5. Fil-każ ta' Stat(i) Membru(i) li jsir kompetenti sabiex jirrevedi il-każ kemm parzjalment jew totalment b'segwiment tad-diferiment bis-saħħa ta' l-Artikolu 4(4), inti lest li tagħti l-kunsens li din l-informazzjoni li tinsab f'din il-Formula tkun utilizzata mill-Istat(i) Membru(i) f'dan il-każ għall-iskop tal-proċedura nazzjonali tiegħu/tagħhom kif jirrelataw għal dak il-każ jew parti minnu: IVA jew LE

    Sub-sezzjoni 6.3 L-ARTIKOLU 4(5) DEFERIMENT

    6.3.1. Għal kull Stat Membru, għandek tispeċifika jekk il-konċentrazzjoni hiex jew ma tkun kapaċi li tkun reveduta permezz tal-liġi nazzjonali tal-kompetizzjoni. Inti għandek tagħmel salib f'kaxxa waħda għal kull wieħed mill-Istati Membri.

    Hija l-konċentrazzjoni kapaċi li tkun reveduta permezz tal-liġi nazzjonali dwar il-kompetizzjoni ta' kull wieħed minn dawn l-Istati Membri li ġejjin? Inti għandek twieġeb għal kull Stat Membru. Indika biss IVA jew LE għal kull Stat Membru. Nuqqas li tindika IVA jew LE għal xi Stat Membru għandu jkun meqjus bħala li jikkostitwixxi indikazzjoni ta' IVA għal dak l-Istat Membru.

    +++++ TIFF +++++

    6.3.2. Għal kull Stat Membru, ipprovdi data finanzjarja suffiċċjenti jew data oħra sabiex turi li l-konċentrazzjoni tkun tilħaq, jew ma tkunx tilħaq, il-kriterja ġurisdika relevanti permezz tal-liġi nazzjonali tal-kompetizzjoni applikabli.

    6.3.4. Għati spjegazzjoni il-għala il-każ għandu jkun eżaminat mill-Kummissjoni. Għati spjegazzjoni partikolarment jekk il-konċentrazzjoni tkun tista taffettwa il-kompetizzjoni lil hinn mit-territorju ta' Stat Membru wieħed.

    SEZZJONI 7 Dikjarazzjoni

    Jirriżulta mill-Artikoli 2(2) u 6(2) tar-Regolament KE ta' l-Implementazzjoni ta' l-Inkorporazzjoni li meta n-notifiki jkunu iffirmati mir-rapreżentanti ta' l-impriżi, tali rapreżentanti għandhom jipproduċu prova bil-miktub li huma awtorizzati li jaġixxu. Tali awtorizzazzjoni għandha tkun takkumpanja in-notifika.

    Il-preżentazzjoni raġġjonata għandha tispiċċa b'din id-dikjarazzjoni li ġejja li għandha tkun iffermata minn, jew f'isem, il-partijiet notifikanti kollha:

    Il-parti jew il-partijiet tal-preżentazzjoni jiddikjaraw li, sa l-aħjar konoxxenza u twemmin tagħhom, l-informazzjoni mogħtija f'din il-preżentazzjoni hija vera, korretta, u kompluta, li kopji vera u kompluti tad-dokumenti meħtieġa mill-Formula PR huma fornuti, li l-estimi kollha huma identifikati bħala tali u li huma l-aħjar estimi tagħhom sabiex jaċċennaw il-fatti, u li l-opinjonijiet kollha kif espressi huma sinċieri.

    Huma konxji bid-disposizzjoniijiet ta' l-Artikolu 14(1)(a) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni.

    +++++ TIFF +++++

    [1] Dan jinkludi lill-kumpanija immirata fil-każ ta' offerta ikkontestata, f'liema każ id-dettalji għandhom ikunu mimlija sal-limitu possibbli.

    [2] Ara s-Sezzjoni 4 dwar id-definizzjoni ta' swieq affettwati.

    [3] Ara l-Artikolu 3(3), 3(4) u 3(5) u l-Artikolu 5(4).

    [4] Ara s-Sezzjoni 4 dwar id-definizzjoni ta' swieq affettwati.

    [5] Ara l-Avviż tal-Kummissjoni dwar id-definizzjoni tas-suq relevanti għall-iskopijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Komunità.

    [6] Per eżempju, jekk parti fil-konċentrazzjoni jkollha sehem tas-suq akbar minn 25 % fis-suq li huwa bil-parti tal-bidu tal-katina ġewwa suq li fih il-parti l-oħra tkun attiva, allura kemm is-swieq tan-naħa tal-bidu u wkoll tan-naħa tat-tmiem fil-katina tas-suq huma swieq affettwati. L-istess, jekk kumpanija integrata b'mod vertikali issir inkorporata ma parti oħra li hija attiva fil-level tat-tmiem tal-katina tas-suq, u l-inkorporazzjoni twasal għal sehem miġmugħ tas-suq fil-livell tat-tmiem tal-katina tas-suq ta' 25 % jew aktar, allura kemm is-swieq fin-naħa tal-bidu u wkoll tat-tmiem fil-katina tas-suq huma swieq affettwati.

    [7] Il-valur u l-volum tas-suq għandu jirreffletti il-produzzjoni li minnha titnaqqas l-esportazzjoni u magħha tiżdied l-importazzjoni għal dawk iż-żoni ġeografiċi fil-konsiderazzjoni.

    [8] IHH tintuża għall-Indiċi Herfindahl-Hirschman, li huwa kejl tal-konċentrazzjoni tas-suq. IL-IHH huwa ikkalkolat billi jkunu magħduda il-kwadri ta' l-ishma individwali tas-suq dwar id-ditti kollha fis-suq. Per eżempju, suq li jkun fih ħames ditti b'ishma tas-suq ta' 40 %, 20 %, 15 %, 15 % u 10 %, rispettivament, għandu IHH ta' 2550 (402 + 202 + 152 + 152 + 102 = 2550). Il-medda ta' l-IHH tibda minn qrib żero (fi swieq atomistiċi) għal 10000 (fil-każ ta' monopolju pur). Il-IHH ta' wara l-imkorporazzjoni huwa ikkalkolat fuq l-ipoteżi prattikanti li l-ishma individwali tas-suq tal-kumpanija ma jinbidilx. Għalhekk ikun l-aħjar li jkunu inklużi id-ditti kollha fil-kalkolazzjoni, nuqqas ta' informazzjoni dwar numru ferm żgħir ta' ditti tista ma tkunx importanti minħaba li tali ditti ma jkunux jaffettwaw il-IHH sinifikament.

    [9] Iż-żieda fil-konċentrazzjoni kif imkejjla bill-IHH tista tkun ikkalkolata independentament għall-konċentrazzjoni totali tas-suq billi jkun irduppjat il-prodott ta' l-ishma tas-suq tad-ditti fl-inkorporazzjoni. Per eżempju, inkorporazzjoni ta' żewġ ditta b'ishma tas-suq ta' 30 % u 15 % rispettivament tkun iżżid il-IHH bi 900 (30 × 15 × 2 = 900). L-ispjegazzjoni għal din it-teknika hija kif ġej: Qabel l-inkorporazzjoni, l-ishma tas-suq tad-ditti ta' l-imkorporazzjoni li jikkontribwixxu lejn il-IHH bil-kwadri individwali tagħhom: (a)2 + (b)2. Wara l-inkorporazzjoni, il-kontribuzzjoni hija l-kwadru tas-somma tagħhom: (a + b) 2, li hija egwali għal (a) 2 + (b) 2 + 2ab. Iż-żieda fil-IHH hija għalhekk repreżentata bi 2ab.

    [10] Iġiefiri, il-fornituri li ma humiex sussidjarji, aġenti jew impriżi li jifformaw parti mill-grupp tal-parti f'dak il-każ. B'żieda ma dawk il-ħames fornituri independenti, il-partijiet notifikanti jistgħu, jekk huma jikkonsidraw li huwa meħtieġ għal kalkolazzjoni xierqa, jidentifikaw il-fornituri intra-grupp. L-istess għandu jkun japplika b'relazzjoni mal-klienti.

    [11] Għad-definizzjonijiet tas-suq għandek tirreferi għas-Sezzjoni 4.

    --------------------------------------------------

    Top