EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0415

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 415/2004 tal-5 ta' Marzu 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kumitat dwar Ibħra Salvi u l-Prevenzjoni ta' Tniġġiż minn Bastimenti (KDIS) u jemenda r-regolamenti dwar sigurezza marittima u l-prevenzjoni ta' tniġġiż minn bastimentiTest b'relevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 68, 6.3.2004, p. 10–11 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/415/oj

32004R0415



Official Journal L 068 , 06/03/2004 P. 0010 - 0011


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 415/2004

tal-5 ta' Marzu 2004

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kumitat dwar Ibħra Salvi u l-Prevenzjoni ta' Tniġġiż minn Bastimenti (KDIS) u jemenda r-regolamenti dwar sigurezza marittima u l-prevenzjoni ta' tniġġiż minn bastimenti

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi Kumitat dwar Ibħra Salvi u l-Prevenzjoni ta' Tniġġiż minn Bastimenti (KDIS) u jemenda r-regolamenti dwar sigurezza marittima u l-prevenzjoni ta' tniġġiż minn bastimenti [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 stabbilixxa l-Kumitat KDIS.

(2) Il-funzjoni tal-Kumitat KDIS hija li jiċċentralizza x-xogħlijiet tal-kumitati stabbiliti taħt il-leġislazzjoni Komunitarja dwar sigurezza marittima, il-prevenzjoni ta' tniġġiż minn bastimenti u l-protezzjoni ta' kondizzjonijiet ta' ħajja u xogħol abbord.

(3) Il-leġislazzjoni ġdida kollha Komunitarja addottata fil-qasam tas-sigurezza marittima għandha tipprovdi għal rikors għall-KDIS.

(4) L-Artikolu 6 tad-Direttiva 2002/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2002 dwar formalitajiet ta' rrapportar għall-bastimenti li jaslu fi u/jew jitilqu minn portijiet ta' l-Istati Membri tal-Komunità [2] jipprovdi li l-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE [3]. Dak il-Kumitat kien issostitwit bil-KDIS taħt ir-Regolament (KE) Nru 2099/2002.

(5) L-Artikolu 28 tat-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi sistema ta' mmonitorjar u informazzjoni tat-traffiku ta' bastimenti u jirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE [4] jipprovdi li l-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat.

(6) L-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 782/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' April 2003 dwar il-projbizzjoni ta' komposti ta' organotin fuq bastimenti jipprovdi li l-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-KDIS [5].

(7) L-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' April 2003 dwar rekwiżiti speċifiċi ta' stabbilita għal bastimenti tal-passiġġieri ro-ro jipprovdi li l-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-KDIS [6].

(8) Skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002, l-Artikolu 2(2) ta' dak ir-Regolament għandu jkun emendat biex jinkludi referenza għall-atti Komunitarji li jikkonferixxu setgħat (poteri) ta' implimentazzjoni fuq KDIS li daħlu fis-seħħ wara l-addozzjoni ta' dak ir-Regolament.

(9) Il-miżuri li jipprovdi għalihom dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar Ibħra Salvi,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin għandhom jiżdiedu ma' l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002:

"(p) Id-Direttiva 2002/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2002 dwar formalitajiet ta' rrapportar għal bastimenti li jaslu fi u/jew jitilqu minn portijiet ta' l-Istati Membri tal-Komunit [7];

(q) Id-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema ta' mmonitorjar u informazzjoni tat-traffiku ta' bastimenti u tirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE [8];

(r) Ir-Regolament (KE) Nru 782/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' April 2003 dwar il-projbizzjoni ta' komposti ta' organotin fuq bastimenti [9];

(s) Id-Direttiva 2003/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' April 2003 dwar rekwiżiti speċifiċi ta' stabbilita għal bastimenti tal-passiġġieri ro-ro [10]."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-5 ta' Marzu 2004.

Għall-Kummissjoni

Loyola de Palacio

Viċi-President

[1] ĠU L 324, tad-29.11.2002, p. 1.

[2] ĠU L 67, tad-9.3.2002, p. 31.

[3] ĠU L 247, tal-5.10.1993, p. 19.

[4] ĠU L 208, tal-5.8.2002, p. 10.

[5] ĠU L 115, tad-9.5.2003, p. 1.

[6] ĠU L 123, tas-17.5.2003, p. 22.

[7] ĠU L 67, tad-9.3.2002, p. 31.

[8] ĠU L 208, tal-5.8.2002, p. 10.

[9] ĠU L 115, tad-9.5.2003, p. 1.

[10] ĠU L 123, tas-17.5.2003, p. 22.

--------------------------------------------------

Top