Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0235

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-1 ta’ Marzu 2004 tistabbilixxi garanziji supplementari rigward is-salmonella għall-konsenji fil-Finlandja u l-Iżvezja ta’ tiġieġ li jbidu (notifikata taħt id-dokument numru K(2004) 582)Test b’relevanza għall-FEE

    ĠU L 72, 11.3.2004, p. 86–90 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/235/oj

    32004D0235



    Official Journal L 072 , 11/03/2004 P. 0086 - 0090


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    ta’ l-1 ta’ Marzu 2004

    tistabbilixxi garanziji supplementari rigward is-salmonella għall-konsenji fil-Finlandja u l-Iżvezja ta’ tiġieġ li jbidu

    (notifikata taħt id-dokument numru K(2004) 582)

    (Test b’relevanza għall-FEE)

    (2004/235/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunitá Ewropea,

    Wara li kkunsidraw id-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE tal-15 ta’ Ottubru 1990 fuq il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intrakomunitarju, u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’, tajr u bajd tat-tifqis [1], u partikolarment l-Artikolu 9b [2] tiegħu,

    Billi:

    (1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/161/KE tal-21 ta’ April 1995 li tistabbilixxi garanziji supplementari regward is-salmonella għall-konsennji fil-Finlandja u l-Isvezja ta’ tat-tiġieġ li jbidu (2) ġiet emendata sinifikament [3]..

    (2) Il-Kummissjoni approvat il-pjanijiet operazzjonali mogħtija mill-Finlandja u l-Isvezja regward il-kontrol tas-salmonella. Dawn il-pjanijiet jinkludu miżuri speċifiċi għat-tiġieġ li jbidu, speċifikament tajr prodottiv kultivat bi skop li jipprodoċu bajd għall-konsum.

    (3) Garanziji għandhom jieġu stabbiliti ekwivalenti ma dawk implementati mill-Finlandja u l-Isvezja taħt il-pjanijiet operazzjonali tagħhom.

    (4) Dawn il-garanziji supplementari ħa jkunu bbażati partikolarment fuq eżaminazzjoni mikrobioloġikali tat-tajr biex ikun mibgħut il-Finlandja u l-Isvezja.

    (5) Regoli għandhom jieġu stabbiliti għal dan l-eżaminazzjoni mikrobioloġikali ta’ kampjuni billi tniżżel il-metodu ta’ kampjunaġġ, in-numru ta’ kampjuni biex jieġu meħuda u l-metodu mikrobioloġikali biex jeżamina l-kampjuni.

    (6) Dawn il-garanziji ma għandhomx ikunu applikabbli għal kull qatgħa li hi suġġett għall-pjan rekonoxxut bħala ekwivalenti għal dak implementat mill-Finlandja u l-Isvezja.

    (7) Il-Finlandja u l-Isvezja għandhom japplikaw għall-konsenji li joriġinaw mill-ħtiġijiet ta’ importazzjoni ta’ pajjiżi terzi li ma humiex anqas strinġenti minn dawk stabbiliti f’din id-Deċiżjoni.

    (8) Il-metodi deskritti f’din id-Deċiżjoni jikkunsidraw l-opinjoni ta’ l-Awtoritá Ewropea għas-Sigurtá ta’ l-ikel.

    (9) Il-miżuri previsti f’din id-deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Food Chain u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Tiġieġ li jibdu speċifikament tajr prodottiv kultivati bi skop li jipprodoċu bajd għall-konsum, biex jintbagħtu l-Finlandja u l-Isvezja għandhom ikunu suġġett għall-prova mikrobioloġikali, effettwat minn kampjunaġġ fil-qatgħa ta’ Oriġini.

    Artikolu 2

    Il-prova mikrobioloġikali msemmija fl-Artikolu li għandhom ikunu mħarrġa bħal dawk stabbiliti fl-ANNESS I.

    Artikolu 3

    1. Tiġieġ li jbidu għandhom jintbagħtu l-Finlandja u l-Isvezja għandhom ikunu akkompanjati biċ-ċertifikat li jidher fl-ANNESS II.

    2. Iċ-ċertifikat provdut fil-paragrafu 1 jista’:

    - altru ikun akkompanajt biċ-ċertifiakt mudell 3 ta’ l-Anness IV tad-Direttiva 90/539/KEE,

    - jew ikun inkorporat fiċ-ċertifkat msemmi fl-ewwel inċiż.

    Artikolu 4

    Il-garanżiji supplementari provduti f’din id-Deċiżjoni ma għandhomx ikunu aplikabbli għall-qatgħa suġġett għall-pjan rekonuxxut, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 90/539/KEE, bħala ekwivalenti għal dik implementata mill-Finlandja u l-Isvezja.

    Artikolu 5

    Deċiżjoni 95/161/KE hi mħassra.

    Referenzi tad-Deċiżjoni mħassra għandhom ikunu interpretati bħala referenżi għal din id- Deċiżjoni u għandhom ikunu interpretati skond it-tabbella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.

    Artikolu 6

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussel,l-1ta’ Marzu 2004.

    Ghall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 303, tal-31.10.1990, p. 6. Direttiva kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠUL 122, tas-16.5.2003, p. 1).

    [2] ĠU L 105, tad-9.5.1995, p. 44. Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 97/278/KE (ĠU L 110, tas-26.4.1997, p. 77)

    [3] Ara l-Anness III.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS I

    1. Ir-Regoli Ġenerali

    Il-qatgħa ta’ oriġini għandu jkun iżolat għal 15 il ġurnata.

    Il-prova mikrobioloġikali għandha tkun mħarġa matul l-għaxart ijiem qabel l-ispedizzjoni tal-konsenja.

    Il-prova mikrobioloġikali għandha tinkludi s-sierotipi invasivi li ġejjin:

    - Salmonella gallinarum,

    - Salmonella pullorum,

    - Salmonella enteritidis,

    - Salmonella berta,

    - Salmonella typhimurium,

    - Salmonella thompson,

    - Salmonella infantis.

    2. Il-metodu ta’ kampjunaġġ

    Kampjuni ta’ħmieġ komposti, kull kampjun ikun kompost minn kampjuni separati ta’ ħmieġ frisk, kull wieħed jieżen minn ta’ l-anqas gramma waħda, għandhom jittieħdu indiskriminatament f’intevalli fil-bini fejn l-għasafar huma miżmuma jew, meta l-għasafar għandhom aċċess liberu għal aktar minn bini wieħed ta’ l-azjenda, meħuda f’kull grupp ta’ bini ta’ l-azjenda fejn l-għasafar huma miżmuma.

    3. In-Numru ta’ kampjuni biex jiġu meħuda

    In-numru ta’ kampjuni għandhom jippermettu li jiskopru 95 % reabilitá - 5 % presenza ta’ salmonella.

    4. Il-metodi mikrobioloġikali għall-eżaminazzjoni tal-kampjuni

    - Il-provi mikrobioloġikali ta’ kampjuni tas-salmonella għandhom ikunu mħarrġa fuq l-aħħar edizzjoni ta’ l-istandard ta’ l-Organizzazzjonijiet Internazzjonali għall-Istandardazzjoni ISO 6579, jew b’laħħar edizzjoni tal-metodu deskritt mill-Kumitat Nordiku fuq l-Analażi ta’ l-Ikel (NMKL metodu Nru 71).

    - Billi r-riżultati ta’ l-analażi huma kontestati bejn l-Istati Membri l-aħħar edizzjoni ta’ l-istandard ta’ l-Organizzazzjonijiet Internazzjonali għall-Istandardazzjoni ISO 6579 għandhom ikunu kunsiderati bħala metodu ta’ referenza.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS III

    Deċiżjoni mħassra bl-emendament tagħha

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/161/KE | (ĠU L 105, tad-9.5.1995, p. 44) |

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/278/KE (L-Artikolu 2 biss) | (ĠU L 110, tas-26.4.1997, p. 77) |

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS IV

    Tabella tal-korrelazzjoni

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/161/KE | Din id-Deċiżjoni |

    L-Artikolu 1—4 | L-Artikolu 1—4 |

    L-Artikolu 5 | — |

    — | L-Artikolu 5 |

    L-Artikolu 6 | L-Artikolu 6 |

    L-Annessi I—II | L-Annessi I—II |

    — | L-Anness III |

    — | L-Anness IV |

    --------------------------------------------------

    Top