This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003R0787
Commission Regulation (EC) No 787/2003 of 8 May 2003 amending Regulation (EC) No 2535/2001 laying down detailed rules for applying Council Regulation (EC) No 1255/1999 as regards the import arrangements for milk and milk products and opening tariff quotas, and derogating from that Regulation
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 787/2003 tat-8 ta’ Mejju 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti għall-importazzjoni ta’ ħalib u prodotti tal-ħalib u l-ftuħ ta’ kwoti tariffarji, u li jidderoga minn dak ir-Regolament
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 787/2003 tat-8 ta’ Mejju 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti għall-importazzjoni ta’ ħalib u prodotti tal-ħalib u l-ftuħ ta’ kwoti tariffarji, u li jidderoga minn dak ir-Regolament
ĠU L 115, 9.5.2003, p. 18–24
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Impliċitament imħassar minn 32020R0760
Official Journal L 115 , 09/05/2003 P. 0018 - 0024
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 787/2003 tat-8 ta’ Mejju 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti għall-importazzjoni ta’ ħalib u prodotti tal-ħalib u l-ftuħ ta’ kwoti tariffarji, u li jidderoga minn dak ir-Regolament IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib [1], kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 509/2002 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 29(1) tiegħu, Billi: (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 [3], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2302/2002 [4], jistipula, interalia, regoli dettaljati biex jiġu applikati għall-ħalib u prodotti tal-ħalib ta’ l-arranġamenti ta’ importazzjoni previsti fil-Ftehim Ewropej bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u wħud mill-pajjiżi ta’ l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, fuq in-naħa l-oħra. Sabiex jiġu implimentati l-konċessjonijiet previsti mid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2003/263/KE [5], 2003/298/KE [6] u 2003/299/KE [7] dwar il-konklużjoni tal-Protokolli li jirranġaw l-aspetti tan-negozjar tal-Ftehim Ewropej li jisabbilixxu assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, ta’ naħa waħda, u r-Repubblika tal-Polonja, r-Repubblika Ċeka u r-Repubblika Slovakka, tan-naħa l-oħra, l-kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni ġodda għandhom jinfetħu u ċerti kwoti eżistenti għandhom jiżdiedu. (2) Peress li l-kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni previsti mir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 normalment huma miftuħa nhar l-1 ta’ Lulju u nhar l-1 ta’ Jannar, għandha ssir dispożizzjoni għal perjodu ġdid għas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjonijiet tal-liċenzja ta’ l-importazzjoni, mill-1 sal-25 ta’ Mejju 2003, u għal deroga mill-Artikoli 6,12,14 u 16 ta’ dak ir-Regolament. (3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/18/KE [8], li approvat il-Protokoll li jirranġa l-aspetti tan-negozjar tal-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, ta’ naħa waħda, u r-Rumanija, tan-naħa l-oħra, biex jiġu kkunsidrati r-riżultati tan-negozjati bejn il-Partijiet dwar il-konċessjonijiet komuni l-ġodda, eliminat ir-Regolament (KE) Nru 2345/2000. Ir-referenzi magħmulha għal dak ir-Regolament fir-Regolament (KE) għandhom, għalhekk, ikunu mibdula. (4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2286/2002 [9], li jistabbilixxi l-arranġamenti applikabbli għall-prodotti ta’ l-agrikoltura u l-merkanzija li ssir mill-ipproċessar tal-prodotti ta’ l-agrikoltura li joriġinaw fl-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (Stati ACP), elimina r-Regolament (KE) Nru 1706/98. Ir-referenzi magħmulha għal dak ir-Regolament fir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għandhom, għalhekk, ikunu mibdula. (5) L-ewwel sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) jistabbilixxi li l-importaturi jistgħu jippreżentaw biss applikazzjoni waħda għal-liċenzja kull wieħed għall-istess kwota. Issir eċċezzjoni għall-kwoti tal-prodotti li jiġu mir-Repubblika Ċeka u mis-Slovakkja, fejn in-numri tal-kwota huma indaqs peress li ż-żewġ pajjiżi qabel kienu pajjiż wieħed. In-numri tal-kwota għal dawn iż-żewġ pajjiżi jistgħu jinbidlu mill-1 ta’ Mejju 2003. Dik l-eċċezzjoni għandha, imbgħad, titħassar. (6) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 312/2003 tat-18 ta’ Frar 2003 li jimplimenta, għall-Komunità, d-dispożizzjonijiet tat-tariffi stipulati mill-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta’ naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċile, tan-naħa l-oħra [10], jipprevedi għall-kwota Nru 09.1924 li tkun meqjusa fuq bażi ta’ "jinqeda l-ewwel min jiġi l-ewwel", skond l-Artikoli 308a sa 308ċ tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jistipula d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabilixxi il-Kodiċi Doganali tal-Komunità [11], kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 444/2003 [12]. Għandhom jiġu stipulati arranġamenti għal-liċenzji fuq l-importazzjoni fil-każi fejn il-kwoti huma meqjusa b’dan il-mod. (7) Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għandu jkun emendat kif suppost. (8) Il-miżuri provvduti f’dan ir-Regolament jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 hu emendat kif ġej: 1. L-Artikolu 5(b) u (c) hu emendat kif ġej: "(b) il-kwoti previsti fir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1151/2002 [13], (KE) Nru 1361/2002 [14], (KE) Nru 1362/2002 [15] u (KE) Nru 1408/2002 [16], u fid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2003/18/KE [17], 2003/263/KE [18], 2003/298/KE [19] u 2003/299/KE [20]; (ċ) il-kwoti previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2286/2002 [21];". 2. It-tieni frażi ta’ l-Artikolu 12 hi eliminata. 3. Taħt it-Titlu 2, il-Kapitolu Ia hu miżjud: "Kapitolu IA IMPORTAZZJONIJIET TAĦT IL-KWOTI MĦADDMA SKOND L-ARTIKOLI 308a SA 308ċ TAR-REGOLAMENT (KEE) NRU 2454/93 Artikolu 19a 1. Fil-qafas tal-kwota prevista fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 312/2003 [*] ĠU L 46, ta’ l-20.2.2003, p. 1., u mogħtija fl-Anness VIIa ta’ dan ir-Regolament, l-Artikoli 308a sa 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandhom jgħoddu. 2. Mingħajr ma jiġi affettwat it-Titlu II tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, importazzjonijiet taħt il-kwoti li jissemmew fil-paragrafu 1 għandhom isiru fuq preżentazzjoni ta’ liċenzja ta’ importazzjoni. 3. Ir-rata tal-garanzija li tissemma fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 għandha tkun daqs 10 EUR għal kull 100 kg netti ta’ prodotti. Il-Kaxxa 16 ta’ l-applikazzjoni tal-liċenzja u wkoll tal-liċenzja għandu jkun fiha l-Kodiċi tan-NM bi tmien numri. Il-liċenzja għandha tkun valida biss għall-prodott li jissemma. Il-liċenzji għandhom ikunu validi mill-jum ta’ meta jinħarġu fis-sens ta’ l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 sa tmiem it-tielet xahar ta’ wara. Il-liċenzji għandhom jinħarġu mhux aktar tard mill-ġurnata ta’ xogħol ta’ wara dik li fiha l-applikazzjoni hi mressqa. 4. L-applikazzjoni tar-rata ta’ dazju mnaqqsa għandha ssir wara preżentazzjoni ta’ prova oriġinali maħruġa skond l-Anness III tal-Ftehim mar-Repubblika taċ-Ċile." . 4. L-Artikolu 20(1)(a) hu mibdul b’dan li ġej: "(a) Ir-Regolament (KE) Nru 2286/2002;". 5. L-Anness I hu emendat kif ġej: (a) fil-Parti I.B, l-punti 1,2 u 3 huma mibdula bit-test fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament; (b) Il-parti I.C hi mibdula bit-test fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. 6. Il-parti II.A ta’ l-Anness II hi mibdula bit-test fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament. 7. L-Anness li jinsab fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament hu miżjud bħala l-Anness VIIIa. Artikolu 2 Għall-kwoti miftuħa fl-1 ta’ Mejju 2003, imsemmija fil-punti 1, 2 u 3 tal-Parti B ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, kif emendat minn dan ir-Regolament, ir-regoli li ġejjin għandhom jgħoddu: 1. Minkejja l-Artikolu 6 u l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, l-applikazzjonijiet ta’ liċenzji għall-importazzjoni jistgħu jitressqu mill-1 sal-25 ta’ Mejju 2003 L-applikazzjonijiet għal liċenzja għandhom jikkonċernaw mhux aktar minn 10 % tal-kwantità taħt il-kwota miftuħa fl-1 ta’ Mejju 2003, u għandhom jinvolvu mhux anqas minn 10 tunnellata. 2. Minkejja l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, l-importaturi li ressqu applikazzjonijiet ta’ liċenzja għall-importazzjoni matul il-perjodu ta’ sottomissjoni mill-1 sa’ l-10 ta’ Jannar 2003 jistgħu jressqu applikazzjoni oħra fir-rispett ta’ dik il-kwota skond dan ir-Regolament. 3. It-tieni parti ta’ l-Artikolu 16(3) tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 m’għandiex tgħodd. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Għandu jgħodd mill-1 ta’ Mejju 2003 ‘il quddiem. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-8 ta’ Mejju 2003. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 48. [2] ĠU L 79, tat-22.3.2002, p. 15. [3] ĠU L 341, tat-22.12.2001, p. 29. [4] ĠU L 348, tal-21.12.2002, p. 78. [5] ĠU L 97, tal-15.4.2003, p. 53. [6] ĠU L 107, tat-30.4.2003, p. 12. [7] ĠU L 107, tat-30.4.2003, p. 36. [8] ĠU L 8, ta’ l-14.1.2003, p. 18. [9] ĠU L 348, tal-21.12.2002, p. 5. [10] ĠU L 46, ta’ l-20.2.2003, p. 1. [11] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1. [12] ĠU L 68, tat-12.3.2002, p. 11. [13] ĠU L 170, tad-29.6.2002, p. 15. [14] ĠU L 198, tas-27.7.2002, p. 1. [15] ĠU L 198, tas-27.7.2002, p. 13. [16] ĠU L 205, tat-2.8.2002, p. 9. [17] ĠU L 8, ta’ l-14.1.2003, p. 18. [18] ĠU L 97, tal-15.4.2003, p. 53. [19] ĠU L 107, tat-30.4.2003, p. 12. [20] ĠU L 107, tat-30.4.2003, p. 36. [21] ĠU L 348, tal-21.12.2002, p. 5. -------------------------------------------------- L-ANNESS I 1. Prodotti li joriġinaw fil-Polonja Numru tal-kwota | Kodiċi tan-NM | Deskrizzjoni (1)(2) | Rata applikabbli ta' dazju (% ta' dazju MFN) | Kwantitajiet annwali (tunnellati) minn ta' l- 1.7.2002 sa tat- 30.6.2003 | Kwantitajiet miftuħa fl- 1.7.2002 (3) | Kwantitajiet miftuħa fl- 1.1.2003 (3) | Kwantitajiet miftuħa fl- 1.5.2003 | Kwantitajiet annwali (tunnellati) minn ta' l- 1.7.2003 sa tat- 30.6.2004 | Żieda annwali mill- 1.7.2004 | 09.4813 | 040210190402211904022199 | | eżenzjoni | 12575 | 6000 | 6000 | 575 | 14300 | 1430 | 09.4814 | 040510110405101904051030040510500405109004052090 | | eżenzjoni | 7545 | 3600 | 3600 | 345 | 8580 | 860 | 09.4815 | 0406 | | eżenzjoni | 11318 | 5400 | 5400 | 518 | 12870 | 1290 | 2. Prodotti li joriġinaw mir-Repubblika Ċeka Numru tal-kwota | Kodiċi tan-NM | Deskrizzjoni(1)(2) | Rata applikabbli ta' dazju (% ta' dazju MFN) | Kwantitajiet annwali (tunnellati) minn ta' l- 1.7.2002 sa tat- 30.6.2003 | Kwantitajiet annwali fl- 1.7.2002 (3) | Kwantitajiet miftuħa fl- 1.1.2003 (3) | Kwantitajiet miftuħa fl- 1.5.2003 | Kwantitajiet annwali (tunnellati) minn ta' l- 1.7.2003 sa tat- 30.6.2004 | Żieda ta' kull sena minn ta' l- 1.7.2004 | 09.4611 | 0402 | | eżenzjoni | 4188 | 1438 | 1438 | 1312 | 5500 | 0 | 09.4636 | 040310110403101304031019040310310403103304031039040390110403901304039019040390310403903304039039040390510403905304039059040390610403906304039069 | | eżenzjoni | 150 | — | — | 150 | 300 | 0 | 09.4637 | 0404 | | eżenzjoni | 300 | — | — | 300 | 600 | 0 | 09.4612 | 0405101104051019040510300405105004051090040520900405901004059090 | | eżenzjoni | 1375 | 625 | 625 | 125 | 1500 | 0 | 09.4613 | 0406 | | eżenzjoni | 6630 | 3315 | 3315 | — | 7395 | 765 | 3. Prodotti li joriġinaw mir-Repubblika Slovakka Numru tal-kwota | Kodiċi tan-NM | Deskrizzjoni (1)(2) | Rata applikabbli ta' dazju (% ta' dazju MFN) | Kwantitajiet annwali (tunnellati) minn ta' l- 1.7.2002 sa tat- 30.6.2003 | Kwantitajiet miftuħa fl- 1.7.2002 (3) | Kwantitajiet miftuħa fl- 1.1.2003 (3) | Kwantitajiet miftuħa fl- 1.5.2003 | Kwantitajiet annwali (tunnellati) minn ta' l- 1.7.2003 sa tat- 30.6.2004 | Żieda ta' kull sena minn ta' l- 1.7.2004 | 09.4641 | 0402 | | eżenzjoni | 2500 | 750 | 750 | 1000 | 3500 | 0 | 09.4645 | 0403101104031013040310190403103104031033040310390403901104039013040390190403903104039033040390390403905104039053040390590403906104039063040390690404 | | eżenzjoni | 250 | — | — | 250 | 500 | 0 | 09.4642 | 0405101104051019040510300405105004051090040520900405901004059090 | | eżenzjoni | 750 | 375 | 375 | — | 750 | 0 | 09.4643 | 0406 | | eżenzjoni | 2930 | 1430 | 1430 | 70 | 3000 | 300 | -------------------------------------------------- L-ANNESS II L-ANNESS IĊ Kwoti ta’ tariffi msemmija fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2286/2002 Numru tas-serje tal-kwota | Kodiċi tan-NM | Deskrizzjoni | Il-Pajjiż ta' l-oriġini | Kwota mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru (f'tunnellati) | Tnaqqis fid-dazji doganali | Ta' kull sena | ta' kull sitt xhur | 09.4026 | 0402 | Ħalib u krema, konċentrati jew li fihom zokkor miżjud jew materjal ieħor ta' ħlewwa, | ACP | 1000 | 500 | 65 % | 09.4027 | 0406 | Ġobon u baqta | ACP | 1000 | 500 | 65 % | -------------------------------------------------- L-ANNESS III L-ANNESS IIA Konċessjonijiet imsemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2286/2002 Kodiċi tan-NM | Deskrizzjoni | Tnaqqis fid- dazji doganali (%) | 0401 | | 16 | 04031011 sa04031039 | | 16 | 04039011 sa04039069 | | 16 | 0404 | | 16 | 040510 | | 16 | 04052090 | | 16 | 040590 | | 16 | 17021100 | | 16 | 17021900 | | 16 | 21069051 | | 16 | 23091015 | | 16 | 23091019 | | 16 | 23091039 | | 16 | 23091059 | | 16 | 23091070 | | 16 | 23099035 | | 16 | 23099039 | | 16 | 23099049 | | 16 | 23099059 | | 16 | 23099070 | | 16 | -------------------------------------------------- L-ANNESS IV L-ANNESS VIIa Konċessjonijiet imsemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2286/2002 Numru tal-Kwota | Kodiċi tan-NM | Deskrizzjoni | Rata applikabbli ta' dazju (% tad-dazju MFN) | Kwantitajiet annwali (tunnellati) (bażi = sena tal-kalendarju) | Żieda ta' kull sena mill-2005 | mill- 1.2.2003 sa tal- 31.12.2003 | 2004 | 09.1924 | 0406 | Ġobnijiet ubaqta | eżenzjoni | 1375 | 1500 | 75 | --------------------------------------------------