This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003R0414
Commission Regulation (EC) No 414/2003 of 5 March 2003 amending for the 15th time Council Regulation (EC) No 881/2002 imposing certain specific restrictive measures directed against certain persons and entities associated with Usama bin Laden, the Al-Qaida network and the Taliban, and repealing Council Regulation (EC) No 467/2001
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 414/2003 tal-5 ta' Marzu 2003 li jemenda għall-ħmistax-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi indirizzati kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-network ta' Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 414/2003 tal-5 ta' Marzu 2003 li jemenda għall-ħmistax-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi indirizzati kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-network ta' Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001
ĠU L 62, 6.3.2003, pp. 24–25
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 062 , 06/03/2003 P. 0024 - 0025
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 414/2003 tal-5 ta' Marzu 2003 li jemenda għall-ħmistax-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi indirizzati kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-network ta' Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li ikkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li ikkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi indirizzati kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-network ta' Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta' ċerti oġġetti u servizzi lil Afganistan, li jsaħħaħ il-projbizzjoni tat-titjir u jestendi l-iffriżar ta' fondi u servizzi finanzjarji fir-rigward tat-Taliban ta' l-Afganistan [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 370/2003 [2], u b'mod partikulari l-Artikolu 7(1), l-ewwel inċiż, tiegħu. Billi: (1) L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, gruppi u entitajiet li jaqgħu taħt l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skond dak ir-Regolament. (2) Fl-4 ta' Marzu 2003, il-Kumitat dwar is-Sanzjonijiet iddeċieda li jemenda l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi u, għalhekk, l-Anness I għandu jiġi emendat minħabba dan. (3) Sabiex jiġi żgurat illi l-miżuri li hemm maħsuba f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa hawnhekk emendat skond l-Anness ta' dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-5 ta' Marzu 2003. Għall-Kummissjoni Christopher Patten Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 139, tad-29.5.2002, p. 9. [2] ĠU L 53, tat-28.2.2003, p. 33. -------------------------------------------------- ANNESS L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru. 881/2002 huwa emendat kif ġej: L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu miżjuda taħt l-intestatura "Persuni legali, gruppi u entitajiet": - Brigata Islamika Internazzjonali (magħrufa altrimenti bħala Il-Brigata Islamika għaż-Żamma tal-Paċi, l-Armata Islamika għaż-Żamma tal-Paċi, Il-Brigata Internazzjonali, il-Battaljun Islamiku għaż-Żamma tal-Paċi, Battaljun Internazzjonali, Brigata Islamika Internazzjonali għaż-Żamma tal-Paċi); - Reġiment Islamiku b'Għan Speċjali (magħruf altrimenti bħala Reġiment Islamiku b'Għan Speċjali, Reġiment Islamiku Speċjali ta' al-Jihad-Fisi-Sabililah); - Battaljun ta' tkixxif u sabutaġġ tal-Martri taċ-Ċeċenja Riyadus-Salikhin (magħruf altrimenti bħala Battaljun ta' tkixxif u sabutaġġ Riyadus-Salikhin, Riyadh-as-Saliheen, Grupp ta' Sabutaġġ u Sorveljanza Militari tal-Martri ta' Riyadh al-Salihin, Firqat al-Takhrib wa al-Istitla al-Askariyah li Shuhada Riyadh al-Salihin). --------------------------------------------------