Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R0257

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 257/2003 ta' 11 ta' Frar 2003 li jemeda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2368/2002 li jimplimenta l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-Proċess ta' Kimberley għall-kummerċ internazzjonali ta' djamanti fl-istat naturali tagħhom.

    ĠU L 36, 12.2.2003, p. 11–14 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/05/2003

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/257/oj

    32003R0257



    Official Journal L 036 , 12/02/2003 P. 0011 - 0014


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 257/2003

    ta' 11 ta' Frar 2003

    li jemeda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2368/2002 li jimplimenta l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-Proċess ta' Kimberley għall-kummerċ internazzjonali ta' djamanti fl-istat naturali tagħhom.

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidrat ir-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2368/2002 ta' 20 ta' Diċembru 2002 li jimplimenta l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-Proċess ta' Kimberley għall-kummerċ internazzjonali ta' djamanti fi stat naturali [1], u partikolarment l-Artikolu 19(3), (6) u l-Artikolu 20 migjubin fiha

    billi:

    (1) Is-siggu tal-Proċess ta' Kimberley u tal-parteċipanti pprovda lill-Kummissjoni bl-informazzjoni relevanti li tikkonċerna parteċipanti u l-awtoritajiet kompetenti li huma ħatru sabiex joħorġu u jivvalidaw Iċ-ċertifikati taghhom.

    (2) Ir-Renju Unit u l-Belġju ħatru awtoritajiet tal-Kommunità u informaw il-Kummissjoni b'dan. Il-Kummissjoni kkonkludiet kienet ingħatat evidenza suffiċjenti li dawn l-awtoritajiet tal-Kommunità jistgħu jissodisfaw ix-xogħolijiet b'mod li wieħed jista' joqgħod fuqhom, fil-ħin, effettivament u suffiċjentement kif rikjest mill-Kapitoli II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 2368/2002. Dawk l-Istati Membri ukoll nnotifikaw lill-Kummissjoni l-uffiċċji fejn il-formalitajiet previst f'dak ir-Regolament jistgħu jigu kompluti kif ukoll il-lok ta' dawn l-uffiċċji.

    (3) Biex titjieb is-sigurtà u l-funzjonalità taċ-ċertifikat tal-Kommunità ċertu karatteristiċi tekniċi stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 2368/2002 għandhom jiġu emendati.

    (4) Il-miżuri previsti fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat maħtur fl-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 23368/2002.

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 2368/2002 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

    1. It-test li jinsab fl-Anness I ta' dan ir-Regolament huwa miżjud ma l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2368/2002.

    2. It-test li jinsab fl-ANNESS II ta' dan ir-Regolament huwa miżjud ma' l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 2368/2002

    3. l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 2368/2002 huwa emendat kif ġej:

    (a) L-intestatura "Materjali" hija emendata kif ġej:

    (i) it-tieni inċiż qiegħed jiġi mibdula minn:

    "— marka moħbija b'fibri tal-UV invisibbli (safra/ħamra)."

    (ii) it-tielet inċiż qiegħed jiġi mibdula minn:

    "— sensittiv għas-solventi;"

    (iii) il-ħames inċiż qiegħed jiġi mibdula minn:

    "— karta ta' 95 g/m2:"

    (b) l-Intestatura "Stampar" qegħda tiġi mibdula minn kif ġej

    (i) fl-ewwel inċiż it-test "— Sfond bl-ilwien tal-qawsalla (sensittiv għas-solventi) (definizzjoni tal-kulur: kulur blue-rose)" qiegħed jiġi mibdula minn: "— Sfond bl-ilwien tal-qawsalla ();"

    (ii) fit-tmien inċiż it-test ikkaratterizzat "MELT li jaqra "KPCS"" qiegħed jiġi mibdul minn "Micro-testli jaqra "KPCS";";

    (ċ) taħt l-Intestatura "Numerazzjoni", fir-raba' u l-ħames inċiż, "6 numru" qiegħed jiġi mibdula minn "8 figuri";

    (d) taħt l-Intestatura "It-tqassim u rfinar u - karatteristiċi obbligatorji", l-ewwel linja qegħda tigi mibdula minn: "Slot perforated in 1 position" Xaqq mtaqqab fil- pożizzjoni 1, mqatta' wieħed wieħed fid-daqs A4, b 100 mm mit-tarf tal-lemin.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta' meta ssir il-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jibda jgħodd għal perjodu li jerga' jiġġedded għal tlett xhur wara dik id-data.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fil-kumplessita tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, 11 Frar 2003.

    Ghall-Kummissjoni

    Christopher Patten

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 358, 31.12.02, p. 28.

    --------------------------------------------------

    ANNESS I

    It-test li ġej huwa miżjud taħt it-titolu ta'L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2368/2002:

    "ANGOLA

    Ministeru tal-Ġeologija u Minjieri

    Rua Hochi Min

    Luanda

    ARMENIA

    Dipartiment tal-Ħagar Prezzjuz u Ġojjelli

    tal-Ministeru tal-Kummerċ u l-Iżvilupp Ekonomiku

    f'Yerevan

    l-Armenia

    AUSTRALIA

    - Sezzjoni Doganali Awstraljana

    Customs House, 5 Vjal il-Kostituzzjoni

    Kanberra ACT 2601

    Awstajla

    - Sezzjoni ta' l-Iżvilupp tal-Minerali.

    Dipartiment ta' l-Industrija, Turiżmu u Riżorsi

    GPO Box 9839

    Kanberra ACT 2601

    l-Awstralja

    BELARUS (id-data tal-parteċipazzjoni għandha tigi konfermata.)

    Direttur, Dipartiment tal-Finanzi triq

    Sovetskaja 7

    220010 Minsk

    Repubblika tal-Belarus

    IL-BOTSWANA

    Ministeru tal-Minerali, Energija u Rizorsi ta' l-Ilma,

    PI Bag 0018

    Gaborone

    il-Botswana

    BURKINA FASO

    IL-KANADA

    - Internazzjonali:

    Dipartiment ta' l-Affarijiet Barranin u tal-Bini

    tal-Paċi fil-Kummerċ Internazzjonali u d-Diviżjoni tas-Sigurta' tal-Bniedem

    Lester B Pearson Torri B – kamra B4-120

    125 Sussex Drive

    Ottawa, Ontario K1A 0G2

    il-Kanada

    - Ghal kampjun ta' Ċertifikat KP Kanadiz

    Divizjoni tal-Ġestjoni

    Diviżjoni tal-politika kummerċjali internazzjonali u domestika

    Qasam tal-politika tal-Mineral u tal-metall

    Settur tal-Minerali u Metalli.

    580 Booth Street, 10 sular, Kamra 10A6

    Ottawa, Ontario

    il-Kanada K1A 0E4

    - Mistoqsijiet Ġenerali

    L-Uffiċju tal-Proċess ta' Kimberley

    is-Settur tal-Minerali u Metalli (MMS)

    10 sular, Żona A-7

    580 Triq Booth

    Ottawa, Ontario

    il-Kanada K1A 4

    Repubblika ta' l-Affrika Ċentrali

    Representative and Liaison Officer

    Independent Diamond Valuators (IDV)

    Immeuble SOCIM, 2ème étage

    BP 1613

    Bangui

    Central African Republic

    Ċina (Repubblika Popolari)

    Amministrazzjoni Ġenerali tas-superviżjoni tal-kwalità, Spezzjoni u Kwarantina tar-Repubblika tal-Popolari Ċiniża (AQSIQ)

    COTE D'IVOIRE

    Kongo (Repubblika Demokratika ta')

    Centre d'Evaluation, d'Expertise et de Certification (CEEC)

    17th floor, BCDC Tower

    Vjal 30 ta' Ġunju

    Kinshasha

    Repubblika Demokratika tal-Kongo

    IL-KOMUNITÀ' EWROPEA.

    Kummissjoni Ewropea

    ER/A/2

    170, Rue de la Loi

    B - 1040 Brussel

    GABON

    Ministeru tal-Minjieri, Enerġija, Żejt u Riżorsi Idrawliċi tal-Gabon

    BP 576 jew 874, Libreville

    Gabon

    IL-GANA

    Precious Minerals Marketing Company (Ltd)

    PO box M108

    Accra,Ghana

    IL-GINEA

    GUJANA

    Kummissjoni tal-Geologija u l-Minjieri

    Georgetown

    Gujana

    L-INDJA

    The Gem and Jewellery Export Promotion Council

    Diamond Plaza, 5th Floor 391-A, Fr D.B. Marg

    Mumbai

    400004

    l-Indja

    IŻRAEL

    Ministeru ta' l-Industrija u l-Kummerċ Kaxxa

    Popstali 007

    521 30 Ramat Gan

    Iżrael

    IL-ĠAPPUN

    Diviżjoni tal-Politika tan-Nazzjonijiet United

    Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

    2-11-1, Shibakoen Minato-ku

    105-8519 Tokyo

    il-Ġappun

    KOREA (Repubblika ta')

    - Diviżjoni tan-NU

    Ministeru ta' l-Affarijiet

    Barranin u l-Kummerċ.

    77 Sejong-ro, Jongro-gu

    Seoul

    Korea

    - Diviżjoni tal-Politika dwar

    il-Kummerċ tal-Ministeru tal-Kummerċ, Industrija u Intrapriża

    1 Joongang-dong, Kwacheon-City

    Kyunggi-do

    Korea

    LAOS

    Dipartiment tal-Kummerċ

    Ministeru tal-Finanzi

    LEBANON

    IL-LESOTO

    Kummissjoni tal-Minjieri u Ġeoloċija

    Kaxxa Postali 750

    Maseru 100

    Il-Lesoto

    Malta (Data tal-parteċipazzjoni għad trid tkun konfermata.)

    IL-MAWRIZJU

    Senior Commercial Office

    Import Division

    2nd Floor, Anglo-Mauritius House

    il-Mawrizju

    IL-MESSIKU

    NAMIBJA

    Kummissjoni tad-Djamanti

    Ministeru tal-Minjieri u

    13297

    Windhoek

    Namibia

    IL-FILIPPINI

    FEDERAZZJONI TAR-RUSSJA

    Gokhran tar-Russja

    1812 goda ul., 14

    121170 Moska

    ir-Russja

    SIERRA LEONE

    - Ministery tar-Riżorsi Minerali

    Youyi Building

    Brookfields

    Freetown

    Sierra Leone

    - Uffiċju tad-Deheb u d-Djamanti Office tal_gvern

    Youyi Building

    Brookfields

    Freetown

    Sierra Leone

    L-AFFRIKA T'ISFEL

    South African Diamond Board

    240 Commissioner Street

    Johannesburg

    South Africa

    SRI LANKA

    Servizz ta' Informazzjoni dwar

    il-Kummerċ Bord ta' l-Iżvilupp ta' l-Esportazzjoni tas-Sri Lanka

    42 Nawam Mawatha

    Kolombo 2

    Sri Lanka

    SWAZILAND

    Dipartiment ta'l-Istħarriġ Minerali u Minjieri

    Kaxxa 9, Mbabane

    Swaziland

    L-ISVIZZERA

    Segretarjat ta' l-Istat għall-Politika ta' Lontroll fuq l-Espontazzjoni tal-Affarijiet

    Ekonomiċi u s-Sanzjonijiet

    Effingerstrasse 1

    CH - 3003 Berne

    IT-ANŻANIJA

    Kummissjoni għall-Minjieri

    Ministeru ta' l-Enerġija u l-Minerali

    PO box 2000

    Dar es Salaam

    Tanzania

    IT-TAJLANDA

    TOGO (Data tal-parteċipazzjoni qagħda trid tiġi kkonfermata.)

    L-UKRAJNA

    Fabbrika tad-Djamanti

    Dipartiment Internazzjonali "Kristall"

    600 Letiya Street 21

    21100 Vinnitsa

    Ukraine

    L-EMIRATI GĦARAB MAGĦQUDA

    L-ISTATI UNITI TA' L-AMERIKA

    Dipartiment ta' l-Istat ta' l-IU

    2201 C St., NW, Washington DC

    USA

    VIETNAM

    ZIMBABWE

    L-Uffiċju ta' l-Iżvilupp tal-Minerali Prinċipali,

    Ministeru tal-Minjieri u l-Iżvilupp tal-Minjieri,

    Private Bag 7709, Causeway

    Harare"

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    It-test li gej huwa mizjud taħt it-titolu ta' l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 2368/2002:

    "1. l-Uffiċju tad-Djamanti tal-Gvern (GDO) fid-Dipartiment tal-Uffiċju Barrani u tal-Commonwealth,Tan-Nazzjonijiet Uniti,Londra SW1A 2AH

    ir-Renju Unit

    Tel. (44-20) 70 08 69 02

    Fax (44-20) 70 08 39 05

    e-mail: clive.wright@fco.gov.uk

    2. Federale Overheidsdienst Economie, KMO, Middenstand en enerġija, Dienst Vergunningen/is-servizzi Public Fédéral Economie, PME, Classes moyennes et enerġija, is-servizzi Licence,Italiëlei 124, bus 71

    B - 2000 Antwerpen

    tel. (32-3) 206 94 70

    fax (32-3) 206 94 90

    e-mail: Diamond@mineco.fgov.be

    Fil-Belġju il-kontrolli ta' importazzjoni u l-esportazzjoni ta' djamanti fl-istat naturali taghhom mitlub mir-Regolament (KE) Nru 2368/2002 u t-trattament doganali jkun biss magħmul f':

    L-uffiċju tad-djamanti,Hovenierstraat 22

    B - 2018 Antwerp."

    --------------------------------------------------

    Top