Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R2091

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2091/2002 tas-26 ta' Novembru 2002 li jemenda r-Regolament (KE) Nru. 2870/2000 li jistabbilixxi metodi ta' referenza tal-Komunità għall-analiżi ta' xorb alkoħoliku

    ĠU L 322, 27.11.2002, p. 11–27 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/2091/oj

    32002R2091

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2091/2002 tas-26 ta' Novembru 2002 li jemenda r-Regolament (KE) Nru. 2870/2000 li jistabbilixxi metodi ta' referenza tal-Komunità għall-analiżi ta' xorb alkoħoliku

    Official Journal L 322 , 27/11/2002 P. 0011 - 0027
    CS.ES Chapter 3 Volume 37 P. 395 - 411
    ET.ES Chapter 3 Volume 37 P. 395 - 411
    HU.ES Chapter 3 Volume 37 P. 395 - 411
    LT.ES Chapter 3 Volume 37 P. 395 - 411
    LV.ES Chapter 3 Volume 37 P. 395 - 411
    MT.ES Chapter 3 Volume 37 P. 395 - 411
    PL.ES Chapter 3 Volume 37 P. 395 - 411
    SK.ES Chapter 3 Volume 37 P. 395 - 411
    SL.ES Chapter 3 Volume 37 P. 395 - 411


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2091/2002

    tas-26 ta' Novembru 2002

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru. 2870/2000 li jistabbilixxi metodi ta' referenza tal-Komunità għall-analiżi ta' xorb alkoħoliku

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1576/89 tad-29 ta' Mejju 1989 li jistabbilixxi regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta' xorb alkoħoliku [1], kif ġie emendat bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u b'mod partikolari bl-Artiklu 4 (8) fih imsemmi,

    Billi:

    (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2870/2000 tad-19 ta' Diċembru 2000 li jistabbilixxi metodi ta' referenza tal-Komunità għall-analiżi ta' xorb alkoħoliku [2] jiddeskrivi dawn il-metodi f'L-Anness.

    (2) Erba' metodi ta' analiżi għad-determinazzjoni ta' trans-anethole f'xorb alkoħoliku b'togħma taż-żerriegħa ta' l-anisi, ta' glycyrrhizic acid u ta' chalcones fil-pastis u ta' l-isfar tal-bajda f'likuri tal-bajd u likuri bil-bajd jitqiesu validi skond proċeduri rikonoxxuti internazzjonalment bħala parti minn proġett ta' riċerka sostnut mill-Kummissjoni.

    (3) Dawn l-erba' metodi jistgħu jkunu rikonoxxuti bħala metodi ta' referenza tal-Komunità u jridu jiżdiedu fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru. 2870/2000.

    (4) Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' l-Implimentazzjoni għax-Xorb Alkoħoliku,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness tar-Regolament (KE) Nru. 2870/2000 huwa b'dan emendat kif ġej:

    1. Fit-taqsira ta' l-Anness, it-terminu '(p.m.)' f'punti V, VI, VII u IX se jitħassar.

    2. Kapitli V, VI, VII u IX fl-Anness ta' dan ir-Regolament se jiżdiedu wara Kapitlu III.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament se jidħol fis-seħħ fis-seba' ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament se jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament f'Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-26 ta' Novembru 2002.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 160, tat-12.6.1989, p. 1.

    [2] ĠU L 333, tad-29.12.2000, p. 20.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    V. DETERMINAZZJONI KROMATOGRAFIKA B'ANETHOLE GAS TA' TRANS-ANETHOLE F'XORB ALKOĦOLIKU

    1. Għan

    Dan il-metodu huwa addattat għad-determinazzjoni ta' trans-anethole f'xorb alkoħoliku b'togħma taż-żerriegħa ta' l-anisi bl-użu tal-kromatografija b'gass kapillari.

    2. Referenzi normattivi

    ISO 3696: 1987 Ilma għall-użu ta' l-analiżi fil-laboratorji – Speċifikazzjonijiet u metodi ta' l-ittestjar.

    3. Prinċipju

    Il-konċentrazzjoni ta' trans-anethole fl-ispirtu hija ddeterminata bil-kromatografija tal-gass (GC). L-istess kwantità ta' internal standard, per eżempju 4-allylanisole (estragole) meta l-estragole m'huwiex preżenti b'mod naturali fil-kampjun, hija miżjuda mal-kampjun tat-test u ma' soluzzjoni ta' trans-anethole ta' konċentrazzjoni magħrufa wżata bħala referenza. It-tnejn li huma huma mbagħad dilwiti ma' soluzzjoni ta' 45 % ethanol u injettati direttament fis-sistema GC. Hemm bżonn li ssir estrazzjoni qabel il-preparazzjoni u l-analiżi ta' kampjun għal-likuri li fihom kwantitajiet kbar ta' zokkor.

    4. Reaġenti u materjali

    Waqt l-analiżi, uża biss reaġenti ta' purità ta' mill-inqas 98 %. Għandu jintuża ilma ta' mill-inqas grad 3 kif definit mill-ISO 3696.

    Kimiċi ta' referenza għandhom jinħażnu kesħin (f'temperatura ta' 4 °C), fid-dlam, f'kontenituri ta' l-aluminju jew fi fliexken tar-reaġenti magħmula mill-ħġieġ kulurit (ambra). It-tappijiet għandhom ikunu preferibbilment imdaħħla fil-post b'siġill ta' l-aluminju. It-trans-anethole ikollu bżonn jitniżżel mill-istat kristallin tiegħu qabel jintuża, imma f'dan il-każ it-temperatura tiegħu m'għandha qatt taqbeż il-35 °C.

    4.1. Ethanol 96 % vol. (CAS 64-17-5)

    4.2. 1-methoxy-4-(1-propenyl) benzene; (trans-anethole) (CAS 4180-23-8)

    4.3. 4-allylanisole, (estragole) (CAS 140-67-0), internal standard suġġerit (IS)

    4.4. Ethanol 45 % vol.

    Żid 560 g ta' ilma distillat ma' 378 g ta' ethanol 96 % vol.

    4.5. Preparazzjoni ta' soluzzjonijiet standard

    Is-soluzzjonijiet standard kollha għandhom jinħażnu f'temperatura ambjentali (15 sa 35!!! error character !!! Β!!! error character !!! ΊC) fid-dlam f'kontenituri ta' l-aluminju jew fi fliexken tar-reaġenti magħmula mill-ħġieġ kulurit (ambra). It-tapp għandu jkun preferibbilment imdaħħal fil-post b'siġill ta' l-aluminju.

    It-trans-anethole u l-4-allylanisole huma prattikament insolubbli fl-ilma, u għalhekk hemm bżonn li t-trans-anethole u l-4-allylanisole jiddewbu fi ftit 96 % ethanol (4.1) qabel iż-żieda ta' 45 % ethanol (4.4).

    Is-soluzzjonijiet għall-użu għandhom ikunu preparati kull ġimgħa.

    4.5.1. Soluzzjoni Standard A

    Soluzzjoni għall-użu ta' trans-anethole (konċentrazzjoni: 2 g/l)

    Iżen 40 mg ta' trans-anethole (4.2) f'volumetric flask ta' 20 ml (jew 400 mg f'200 ml, eċċ.). Żid ftit 96 % ethanol (4.1) u kompli l-volum b'45 % vol. ethanol (4.4), ħallat sew.

    4.5.2 Soluzzjoni internal standard B

    Soluzzjoni għall-użu ta' internal standard, per eżempju estragole (konċentrazzjoni: 2 g/l)

    Iżen 40 mg ta' estragole (4.3) f'volumetric flask ta' 20 ml (400 mg f'200 ml, eċċ.). Żid ftit 96 % vol. ethanol (4.1) u kompli l-volum b'45 % vol. ethanol (4.4), ħallat sew.

    4.5.3 Soluzzjonijiet użati biex tiċċekkja l-linearity response tal-flame ionisation detector (FID)

    Il-linearity response tal-FID trid tkun iċċekkjata għall-analiżi waqt li tqis firxa ta' konċentrazzjonijiet ta' trans-anethole fi spirti minn 0 g/l sa 2.5 g/l. Fil-proċedura ta' l-analiżi, il-kampjuni mhux magħrufa li se jkunu analizzati huma dilwiti 10 darbiet (8.3). Għall-kondizzjonijiet ta' l-analiżi deskritti fil-metodu, soluzzjonijiet għall-użu li jikkorrispondu għal konċentrazzjonijiet ta' 0, 0,05, 0,1, 0,15, 0,2, u 0,25 g/l ta' trans-anethole fil-kampjun li se jkun analizzat huma preparati kif ġej: ħu 0,5, 1, 1,5, 2, u 2,5 ml ta' soluzzjoni għall-użu A (4.5.1) u ttrasferixxi bil-pipetta f'volumetric flasks separati ta' l-20 ml; ittrasferixxi bil-pipetta f'kull flask 2 ml ta' soluzzjoni internal standard B (4.5.2) u kompli l-volum b'45 % vol. ethanol (4.4), ħallat sew.

    Il-blank solutions (8.4) hija wżata bħala soluzzjoni ta' 0 g/l.

    4.5.4 Soluzzjoni standard C

    Ħu 2 ml ta' soluzzjoni standard A (4.5.1) u ttrasferixxi bil-pipetta f'volumetric flask ta' l-20 ml, imbagħad żid 2 ml ta' soluzzjoni internal standard B (4.5.2) u kompli l-volum b'45 % vol. ethanol (4.4), ħallat sew.

    5. Apparat

    5.1. Kromatografu b'gass kapillari li fih flame ionisation detector (FID) u integrator jew xi sistema oħra ta' data handling li kapaċi tkejjel il-peak heights jew areas, u b'automatic sampler jew l-apparat meħtieġ għall-injezzjoni manwali tal-kampjun.

    5.2. Split/splitless injector

    5.3. Kolonna kapillari, per eżempju:

    Tul: 50 m

    Diametru ta' ġewwa: 0,32 mm

    Ħxuna tal-film: 0,2 μm

    Fażi stazzjonarja: FFAP – modified TPA polyethylene glycol cross-linked porous polymer.

    5.4. Apparat komuni tal-laboratorji: A grade volumetric glassware, analytical balance (preċiżjoni: ±0,1 mg).

    6. Kondizzjonijiet tal-kromatografija

    It-tip ta' kolonna u d-dimensjonijiet, u l-kondizzjonijiet tal-GC, għandhom ikunu dawk li l-anethole u l-internal standard ikunu separati minn xulxin u minn kull sustanza oħra li tista' tinterferixxi. Kondizzjonijiet tipiċi għall-kolonna mogħtija bħala eżempju f'5.3 huma:

    6.1. Carrier gas: analytical helium

    6.2. Rata tal-fluss: 2 ml/min

    6.3. Injector temperature: 250 °C

    6.4. Detector temperature:: 250 °C

    6.5. Kondizzjonijiet tat-temperatura tal-forn: isothermal, 180°C, run time 10 minuti

    6.6. Injection volume: 1 μl, split 1:40.

    7. Kampjuni

    Il-kampjuni għandhom jinħażnu f'temperatura ambjentali, f'post mudlam u mhux kiesaħ.

    8. Proċedura

    8.1 Screening tal-kampjun għall-estragole

    Biex tassigura li m'hemm l-ebda estragole preżenti b'mod naturali fil-kampjun, għandha ssir analiżi blank mingħajr iż-żieda ta' ebda internal standard. Jekk l-estragole huwa preżenti b'mod naturali jrid jintgħażel internal standard ieħor (per eżempju menthol).

    Ittrasferixxi bil-pipetta 2 ml tal-kampjun f'volumetric flask ta' l-20 ml u kompli l-volum b'45 % vol. ethanol (4.4), ħallat sew.

    8.2 Preparazzjoni ta' kampjuni mhux magħrufa

    Ittrasferixxi bil-pipetta kampjun ta' 2 ml f'volumetric flask ta' l-20 ml imbagħad żid 2 ml ta' soluzzjoni internal standard B (4.5.2) u kompli l-volum b'45 % vol. ethanol (4.4), ħallat sew.

    8.3 Blank

    Ittrasferixxi bil-pipetta 2 ml ta' soluzzjoni internal standard B (4.5.2) f'volumetric flask ta' l-20 ml u kompli l-volum b'45 % vol. ethanol (4.4), ħallat sew.

    8.4 Test ta' linearità

    Qabel tinbeda l-analiżi, il-linearità tar-response tal-FID għandha tkun iċċekkjata billi jiġu analizzati b'mod suċċessiv tliet kopji preċiżi ta' kull waħda mil-linearity standard solutions (4.5.3).

    Miż-żoni peak jew il-peak heights ta' l-integrator għal kull injezzjoni ipplottja graph tal-konċentrazzjoni tal-mother solution tagħhom fi g/l versus ir-ratio R għal kull wieħed.

    R = il-peak height jew żona tat-trans-anethole diviża bil-peak height jew żona ta' l-estragole.

    Għandu jingħata linear plot.

    8.5 Determinazzjoni

    Injetta l-blank solution (8.3), segwita mis-soluzzjoni standard C (4.5.4), segwita minn wieħed mil-linearity standards (4.5.3) li se jaħdem bħala kampjun tal-kontroll tal-kwalità (dan jista' jintgħażel b'referenza għall-konċentrazzjoni probabbli ta' trans-anethole f'dak li mhux magħruf) segwit minn ħamsa mhux magħrufa (8.2); daħħal kampjun ta' linearità (għall-kontroll tal-kwalità) wara kull ħames kampjuni mhux magħrufa, biex tassigura stabbilità analitika.

    9. Kalkolu tar-response factor

    Kejjel iż-żoni peak (billi tuża integrator jew xi data system oħra) jew il-peak heights (manual integration) għat-trans-anethole u l-peaks ta' l-internal standard.

    9.1 Kalkolu tar-response factor (RFi)

    Ir-response factor huwa kkalkulat kif ġej:

    Rfi= (Ci/area or heighti)*(area or heightis/Cis)

    Fejn:

    Ci hija l-konċentrazzjoni ta' trans-anethole fis-soluzzjoni standard A (4.5.1)

    Cis hija l-konċentrazzjoni ta' internal standard fis-soluzzjoni standard B (4.5.2)

    areai hija ż-żona (jew il-height) tal-peak tat-trans-anethole

    areais hija ż-żona (jew il-height) tal-peak ta' l-internal standard

    RFi huwa kkalkulat mill-ħames kampjuni ta' soluzzjoni C (4.5.4).

    9.2 Analiżi tas-soluzzjonijiet tal-linearity response test.

    Injetta s-soluzzjonijiet tal-linearity response test. (4.5.3).

    9.3 Analiżi tal-kampjun

    Injetta s-soluzzjoni mhux magħrufa tal-kampjun (8.2).

    10. Kalkolu tar-riżultati

    Il-formola għall-kalkolu tal-konċentrazzjoni ta' trans-anethole hi din li ġejja:

    ci = Cis * (żona jew heighti/żona jew heightis)*RFi

    Fejn:

    ci hija l-konċentrazzjoni ta' trans-anethole mhux magħrufa

    Cis hija l-konċentrazzjoni ta' internal standard fis-soluzzjoni mhux magħrufa (4.5.2)

    Area jew heighti hija ż-żona jew il-height tal-peak tat-trans-anethole

    Area jew heightis hija ż-żona jew il-height tal-peak ta' l-internal standard

    RFi huwa r-response coefficient (ikkalkulat bħal dak f'9.1)

    Il-konċentrazzjoni ta' trans-anethole hija espressa fi grammi f'kull litru, sa punt deċimali wieħed.

    11. Assigurazzjoni u kontroll tal-kwalità

    Il-chromatograms iridu jkunu dawk li l-anethole u l-internal standard ikunu separati minn xulxin u minn kull sustanza oħra li tista' tinterferixxi. Il-valur tar-RFi huwa kkalkulat mir-riżultati għall-ħames injezzjonijiet ta' soluzzjoni C (4.5.4). Jekk il-coefficient of variation (CV % = (standard deviation/mean)*100) huwa sa plus jew minus 1 %, il-valur medju tar-RFi huwa aċċettabbli.

    Il-kalkolu ta' hawn fuq għandu jintuża biex tkun kalkulata l-konċentrazzjoni ta' trans-anethole fil-kampjun magħżul għall-kontroll tal-kwalità mis-soluzzjonijiet tal-linearity control (4.5.3).

    Jekk ir-riżultati medji kkalkulati mill-analiżi tal-linearity solution magħżula bħala kampjun għall-internal quality control (IQC) huma sa plus jew minus 2,5 % tal-valur teoretiku tagħhom, allura r-riżultati għall-kampjuni mhux magħrufa jistgħu jkunu aċċettati.

    12. Trattament tal-kampjun tax-xorb alkoħoliku li fih ammont kbir ta' zokkor u tal-kampjun tal-likuri qabel l-analiżi bil-GC

    Estrazzjoni ta' alkoħol mix-xorb alkoħoliku li fih ammont kbir ta' zokkor, sabiex tkun tista' tiġi ddeterminata l-konċentrazzjoni ta' trans-anethole bl-użu tal-kromatografija b'gass kapillari.

    12.1. Prinċipju

    Parti milll-kampjun tal-likuri tittieħed u ma' din jinżied l-internal standard, f'konċentrazzjoni simili għal dik ta' l-analyte (trans-anethole) fil-likur. Ma' dan jinżiedu sodium phosphate dodecahydrate u anhydrous ammonium sulphate. It-taħlita li tirriżulta titħawwad sew u titkessaħ, żewġ saffi jiżviluppaw, u s-saff ta' alkoħol fil-wiċċ jitneħħa. Parti minn dan is-saff ta' alkoħol tittieħed u tiġi dilwita ma' soluzzjoni ta' 45 % ethanol (4.4) (Nota: l-ebda internal standard ma jiżdied f'din il-fażi, għax diġa żdied). Is-soluzzjoni li tirriżulta tiġi analizzata fil-kromatografija tal-gass.

    12.2. Reaġenti u materjali

    Waqt l-estrazzjoni uża biss reaġenti ta' purità ikbar muinn 99 %.

    12.2.1. Ammonium sulphate, anhydrous, (CAS 7783-20-2).

    12.2.2. Sodium phosphate, dibasic, dodecahydrate, (CAS 10039-32-4).

    12.3. Apparat

    Conical flasks, separating flasks, friġġ.

    12.4. Proċedura

    12.4.1. Screening tal-kampju għall-estragole

    Biex tassigura li m'hemm l-ebda estragole preżenti b'mod naturali fil-kampjun, għandhom isiru blank extraction (12.6.2) u analiżi mingħajr iż-żieda ta' ebda internal standard. Jekk l-estragole huwa preżenti b'mod naturali jrid jintgħażel internal standard ieħor.

    12.4.2. Estrazzjoni

    Ittrasferixxi bil-pipetta 5 ml ta' 96 % ethanol (4.1) f'conical flask, iżen f'dan il-flask 50 mg ta' internal standard (4.3), u żid 50 ml tal-kampjun. Żid 12 g ta' ammonium sulphate, anhydrous (12.2.1), 8.6 g ta' dibasic sodium phosphate, dodecahydrate (12.2.2). Agħlaq il-conical flask b'tapp.

    Ħawwad il-flask għal mill-inqas 30 minuta. Jista' jintuża apparat mekkaniku għat-taħwid, imma mhux Teflon coated magnetic stirring bar, minħabba li t-Teflon jassorbi ftit mill-analyte. Ara li l-imluħa miżjuda ma jdubux kompletament.

    Poġġi l-flask magħluq bit-tapp fi friġġ (T < 5 C) għal mill-inqas sagħtejn.

    Wara dan il-ħin, suppost li jkun hemm żewġ saffi distinti ta' likwidi u residwu solidu. Is-saff ta' alkoħol għandu jkun ċar, jekk le, erġa' poġġi fil-friġġ sakemm ikun hemm separazzjoni ċara.

    Meta s-saff ta' l-akoħol ikun ċar, ħu bil-galbu parti minnu (per eżempju 10 ml), mingħajr ma ċċaqlaq is-saff ta' l-ilma, poġġi f'tubu tal-ħġieġ kulur ambra u għalaq sew.

    12.4.3. Preparazzjoni tal-kampjun estratt li se jkun analizzat

    Ħalli l-estratt (12.4.2) jilħaq temperatura ambjentali.

    Ħu 2 ml tas-saff ta' l-akoħol tal-kampjun estratt u ttrasferixxi bil-pipetta f'volumetric flask ta' l-20 ml, kompli l-volum b'45 % ethanol (4.4), ħallat sew.

    12.5. Determinazzjoni

    Segwi l-proċedura kif indikat f'8.5.

    12.6. Kalkolu tar-riżultati

    Uża l-formola li ġejja biex tikkalkula r-riżultati:

    Ci = (mis/V)* (areai/areais)*RFi

    fejn:

    mis hija l-piż ta' internal standard (4.3) meħud (12.4.2) (f'milligrammi)

    V hija l-volum ta' kampjun mhux magħruf (50 ml)

    RFi hija r-response factor (9.1)

    areai hija ż-żona tal-peak tat-trans-anethole

    areais hija ż-żona tal-peak ta' internal standard

    Ir-riżultati huma espressi fi grammi f'kull litru, sa punt deċimali wieħed.

    12.7 Kontroll u assigurazzjoni tal-kwalità

    Segwi l-proċedura kif indikat fi 11 hawn fuq.

    13. Karatteristiċi ta' method performance (preċiżjoni)

    Riżultati statistiċi tat-test interlaboratorju:

    It-tabelli li ġejjin jagħtu l-valuri għall-anethole.

    L-informazzjoni li ġejja ttieħdet minn studju internazzjonali ta' method performance magħmul skond proċeduri miftehma internazzjonalment.

    Sena ta' test interlaboratorju | 1998 |

    Numru ta' laboratorji | 16 |

    Numru ta' kampjuni | 10 |

    Analyte | anethole |

    Pastis:

    Kampjuni | A | B | C | D | E | F |

    Numru ta' laboratorji miżmuma wara li ġew eliminati dawk li varjaw ħafna | 15 | 15 | 15 | 13 | 16 | 16 |

    Numru ta' dawk li varjaw ħafna (laboratorji) | 1 | 1 | 1 | 3 | — | — |

    Numru ta' riżultati aċċettati | 30 | 30 | 30 | 26 | 16 | 16 |

    Valur medju g/l | 1,477 | 1,955 | 1,940 | 1,833 | 1,741 | 1,754 |

    Repeatability standard deviation (Sr) g/l | 0,022 | 0,033 | 0,034 | 0,017 | — | — |

    Repeatability relative standard deviaton (RSDr) (%) | 1,5 | 1,7 | 1,8 | 0,9 | — | — |

    Repeatability limit (r) g/l | 0,062 | 0,093 | 0,096 | 0,047 | — | — |

    Reproducibility standard deviation (SR) g/l | 0,034 | 0,045 | 0,063 | 0,037 | 0,058 | 0,042 |

    Reproducibility relative standard deviation (RSDR) (%) | 2,3 | 2,3 | 3,2 | 2,0 | 3,3 | 2,4 |

    Reproducibility limit (R) g/l | 0,094 | 0,125 | 0,176 | 0,103 | 0,163 | 0,119 |

    Tipi ta' kampjuni:

    A pastis, blind duplicates

    B pastis, blind duplicates

    C pastis, blind duplicates

    D pastis, blind duplicates

    E pastis, single duplicates

    F pastis, single duplicates

    Xorb alkoħoliku ieħor b'togħma taż-żerriegħa ta' l-anisi:

    Kampjuni | G | H | I | J |

    Numru ta' laboratorji miżmuma wara li ġew eliminati dawk li varjaw ħafna | 16 | 14 | 14 | 14 |

    Numru ta' dawk li varjaw ħafna (laboratorji) | - | 2 | 1 | 1 |

    Numru ta' riżultati aċċettati | 32 | 28 | 28 | 28 |

    Valur medju g/l | 0,7780,530 (*) | 1,742 | 0,351 | 0,599 |

    Repeatability standard deviation (Sr) g/l | 0,020 | 0,012 | 0,013 | 0,014 |

    Repeatability relative standard deviaton (RSDr) (%) | 3,1 | 0,7 | 3,8 | 2,3 |

    Repeatability limit (r) g/l | 0,056 | 0,033 | 0,038 | 0,038 |

    Reproducibility standard deviation (SR) g/l | 0,031 | 0,029 | 0,021 | 0,030 |

    Reproducibility relative standard deviation (RSDR) (%) | 4,8 | 1,6 | 5,9 | 5,0 |

    Reproducibility limit (R) g/l | 0,088 | 0,080 | 0,058 | 0,084 |

    Tipi ta' kampjuni:

    G ouzo, split levels (*)

    H anisi, blind duplicates

    I likur b'togħma taż-żerriegħa ta' l-anisi, duplicates

    J likur b'togħma taż-żerriegħa ta' l-anisi, duplicates.

    VI. GLYCYRRHIZIC ACID. DETERMINAZZJONI TA' GLYCYRRHIZIC ACID BL-UŻU TAL-KROMATOGRAFIJA HIGH-PERFORMANCE TAL-LIKWIDU

    1. Għan

    Dan il-metodu huwa addattat għad-determinazzjoni ta' glycyrrhizic acid f'xorb alkoħoliku b'togħma taż-żerriegħa ta' l-anisi bl-użu tal-kromatografija tal-likwidu high performance (HPLC). Ir-Regolament (KEE) Nru. 1576/89 jispeċifika li kull xorb alkoħoliku b'togħma taż-żerriegħa ta' l-anisi msejjaħ "pastis" irid ikun fih bejn 0,05 u 0,5 g ta' glycyrrhizic acid f'kull litru.

    2. Referenzi normattivi

    ISO 3696: 1987 Ilma għall-użu ta' l-analiżi fil-laboratorji – Speċifikazzjonijiet u metodi ta' l-ittestjar.

    3. Prinċipju

    Il-konċentrazzjoni ta' glycyrrhizic acid hija ddeterminata bl-użu tal-kromatografija tal-likwidu high performance (HPLC) bil-UV detection. Soluzzjoni standard u l-kampjun tat-test huma ffiltrati u huma injettati separatament direttament fis-sistema HPLC.

    4. Reaġenti u materjali

    Waqt l-analiżi, uża biss reaġenti ta' grad HPLC, absolute ethanol u ilma ta' grad 3 kif definit mill-ISO 3696.

    4.1. Ethanol 96 % vol. (CAS 64-17-5).

    4.2. Ammonium glycyrrhizinate, C42H62O16NH3 (Glycyrrhizic acid ammonium salt)

    (Mol. Wt.: 839,98) (CAS 53956-04-0): purità mill-anqas 90 %

    (Mol. Wt.: glycyrrhizic acid 822,94).

    4.3. Glacial acetic acid, CH3COOH, (CAS 64-19-7).

    4.4. Methanol, CH3OH (CAS 67-56-1).

    4.5 Ethanol 50 % vol.

    Għal 1000 ml f'temperatura ta' 20°C:

    - 96 % vol. ethanol (4.1): 521 ml

    - Ilma (2.0): 511 ml.

    4.6 Preparazzjoni ta' l-HPLC elution solutions

    4.6.1. Elution solvent A (eżempju)

    80 parti (skond il-volum) ta' ilma (2.0)

    20 parti (skond il-volum) ta' acetic acid (4.3).

    Neħħi l-gass mill-elution solvent għal ħames minuti.

    Nota:

    Jekk l-ilma wżat ma ġiex mikrofiltrat, aħjar tiffiltra l-elution solvent preparat fuq filter għall-organic solvents b'pore size inqas minn jew fid-daqs ta' 0,45μm.

    4.6.2. Elution solvent B

    Methanol (4.4).

    4.7 Preparazzjonijiet ta' soluzzjonijiet standard

    Is-soluzzjonijiet standard kollha jridu jkunu preparati mill-ġdid wara xahrejn.

    4.7.1. Soluzzjoni ta' referenza C

    Iżen għall-eqreb 0,1 mg, 25 mg ta' ammonium glycyrrhizinate (4.2) f'volumetric flask tal-100 ml. Żid ftit 50 % vol. ethanol (4.5) u dewweb l-ammonium glycyrrhizinate. Meta jkun dab kompli sal-marka b'50 % vol. ethanol (4.5).

    Iffiltra minn filter għall-organic solvent.

    4.7.2. Soluzzjonijiet standard użati biex tiċċekkja l-linearità tar-response ta' l-istrumentazzjoni

    Soluzzjoni għall-użu ta' 1,0 g/l hija preparata billi tiżen, bl-iktar mod preċiż possibbli 0,1 mg, 100 mg ta' ammonium glycyrrhizinatef'volumetric flask tal-100 ml. Żid ftit 50 % vol. ethanol (4.5) u dewweb l-ammonium glycyrrhizinate. Meta jkun dab kompli sal-marka b'50 % vol. ethanol (4.5).

    Mill-inqas erba' soluzzjonijiet oħra li jikkorrispondu għal 0,05, 0,1, 0,25 u 0,5 g/l ta' ammonium glycyrrhizinate huma preparati billi jiġu trasferiti bil-pipetta rispettivament 5 ml, 10 ml, 25 ml u 50 ml tas-soluzzjoni għall-użu ta' 1,0 g/l f'volumetric flasks separati tal-100 ml. Imbagħad kompli sal-marka b'50 % vol. ethanol (4.5) u ħallat sew.

    Iffiltra s-soluzzjonijiet kollha minn filter għall-organic solvents

    5. Apparat

    5.1. Sistema ta' separazzjoni

    5.1.1 Kromatografu high-performance tal-likwidu.

    5.1.2. Sistema ta' ppumpjar li tippermettilek li tilħaq u żżomm rata ta' fluss kostanti jew ipprogrammata bi preċiżjoni kbira.

    5.1.3. UV spectrophotometric detection system: għandu jkun issettjat fuq 254 nm.

    5.1.4. Solvent degassing system.

    5.2. Computational integrator jew recorder, li l-performance tiegħu hija kompatibbli mal-bqija tas-sistema.

    5.3. Kolonna (eżempju):

    Materjal: stainless steel jew ħġieġ

    Diametru ta' ġewwa: 4 sa 5 mm

    Tul: 100 sa 250 mm

    Fażi stazzjonarja: cross-linked silica ma' octadecyl functional group (C18) (preferibbilment sferiku), particle size massimu: 5 μm.

    5.4. Apparat tal-laboratorju

    5.4.1. Analytical balance bi preċiżjoni ta' 0,1 mg

    5.4.2. A-grade volumetric glassware

    5.4.3. Micromembrane filtration arrangement għal volumi żgħar.

    6. Kondizzjonijiet tal-kromatografija

    6.1. Karatteristiċi ta' l-elution: (eżempju)

    - rata tal-fluss: 1 ml/minuta,

    - solvent A = 30 %,

    - solvent B = 70 %.

    6.2. Detection:

    - UV = 254 nm

    7. Proċedura

    7.1. Preparazzjoni tal-kampjun tax-xorb alkoħoliku

    Iffiltra, jekk ikun hemm bżonn, minn filter għall-organic solvents (pore diameter: 0,45 μm).

    7.2. Determinazzjoni

    Meta l-kondizzjonijiet tal-kromatografija jkunu stabbilew ruħhom,

    - injetta 20 μl tas-soluzzjoni ta' referenza C (4.7.1),

    - injetta 20 μl tas-soluzzjoni tal-kampjun,

    - qabbel iż-żewġ chromatograms. Identifika l-peaks ta' glycyrrhizic acid mir-retention times tagħhom. Kejjel iż-żoni (jew il-heights) tagħhom u kkalkula l-konċentrazzjoni fi g/l sa żewġ numri deċimali billi tuża l-ekwazzjoni li ġejja:

    c =

    c ×h × P × 823H × 100 × 840

    fejn:

    c hija l-konċentrazzjoni fi grammi f'kull litru ta' glycyrrhizic acid fix-xorb alkoħoliku li jkun qed jiġi analizzat

    C hija l-konċentrazzjoni fi grammi f'kull litru ta' ammonium glycyrrhizinate fis-soluzzjoni ta' referenza

    h hija ż-żona (jew il-height) tal-peak ta' glycyrrhizic acid tax-xorb alkoħoliku li jkun qed jiġi analizzat

    H hija ż-żona (jew il-height) tal-peak ta' glycyrrhizic acid tas-soluzzjoni ta' referenza

    P hija l-purità tar-referenza ammonium glycyrrhizinate (f' %)

    823 hija l-massa ta' mole wieħed ta' glycyrrhizic acid

    840 hija l-massa ta' mole wieħed ta' ammonium glycyrrhizinate.

    8. Karatteristiċi ta' method performance (preċiżjoni)

    Riżultati statistiċi tat-test interlaboratorju:

    It-tabella li ġejja tagħti l-valuri għall-glycyrrhizic acid.

    L-informazzjoni li ġejja ttieħdet minn studju internazzjonali ta' method performance magħmul skond proċeduri miftiehma internazzjonalment.

    Sena ta' test interlaboratorju | 1998 |

    Numru ta' laboratorji | 16 |

    Numru ta' kampjuni | 5 |

    Analyte | glycyrrhizic acid |

    Kampjuni | A | B | C | D | E |

    Numru ta' laboratorji miżmuma wara li ġew eliminati dawk li varjaw ħafna | 13 | 14 | 15 | 16 | 16 |

    Numru ta' dawk li varjaw ħafna (laboratorji) | 3 | 2 | 1 | - | - |

    Numru ta' riżultati aċċettati | 26 | 28 | 30 | 32 | 32 |

    Valur medju g/l | 0,046 | 0,092(*) 0,099 | 0,089 | 0,249 | 0,493 |

    Repeatability standard deviation (Sr) g/l | 0,001 | 0,001 | 0,001 | 0,002 | 0,003 |

    Repeatability relative standard deviaton (RSDr) (%) | 1,5 | 1,3 | 0,7 | 1,0 | 0,6 |

    Repeatability limit (r) g/l | 0,002 | 0,004 | 0,002 | 0,007 | 0,009 |

    Reproducibility standard deviation (SR) g/l | 0,004 | 0,007 | 0,004 | 0,006 | 0,013 |

    Reproducibility relative standard deviation (RSDR) (%) | 8,6 | 7,2 | 4,0 | 2,5 | 2,7 |

    Reproducibility limit (R) g/l | 0,011 | 0,019 | 0,010 | 0,018 | 0,037 |

    Tipi ta' kampjuni:

    A pastis, blind duplicates

    B pastis, split levels (*)

    C pastis, blind duplicates

    D pastis, blind duplicates

    E pastis, blind duplicates

    VII. CHALCONES, METODU TAL-KROMATOGRAFIJA TAL-LIKWIDU HIGH-PERFORMANCE BIEX TIVVERIFIKA L-PREŻENZA TA' CHALCONES FIL-PASTIS

    1. Għan

    Dan il-metodu huwa addattat biex tiddetermina jekk iċ-chalcones humiex preżenti fix-xorb alkoħoliku b'togħma ta' l-anisi jew le. Chalcones huma koloranti naturali tal-familja flavanoid li huma preżenti fl-għeruq tal-likurizja (Glycyrrhiza glabra).

    Biex xorb alkoħoliku b'togħma taż-żerriegħa ta' l-anisi jissejjaħ "pastis", irid ikun fih iċ-chalcones (Regolament (KEE) Nru. 1576/89).

    2. Referenzi normattivi

    ISO 3696: 1987 Ilma għall-użu ta' l-analiżi fil-laboratorji – Speċifikazzjonijiet u metodi ta' l-ittestjar.

    3. Prinċipju

    Soluzzjoni ta' referenza ta' estratt tal-likurizja hija preparata. Il-preżenza jew l-assenza ta' chalcones hija ddeterminata bl-użu tal-kromatografija high-performance tal-likwidu (HPLC) bil-UV detection.

    4. Reaġenti u materjali

    Waqt l-analiżi, uża biss reaġenti ta' grad HPLC. L-ethanol għandu jkun 96 % vol. Għandu jintuża ilma ta' grad 3 biss kif definit mill-ISO 3696.

    4.1. Ethanol 96 % vol. (CAS 64-17-5)

    4.2. Acetonitrile, CH3CN, (CAS 75-05-8)

    4.3. Sustanza ta' referenza: Glycyrrhiza glabra: likurizja, "sweet root"

    Għeruq tal-likurizja mitħunin mhux fini (Glycyrrhiza glabra). Dimensjonijiet medji tal-biċċiet tawwalin: tul: 10 sa 15 mm, ħxuna: 1 sa 3 mm.

    4.4. Sodium acetate, CH3COONa, (CAS 127-09-3)

    4.5. Glacial acetic acid, CH3COOH, (CAS 64-19-7)

    4.6. Preparazzjoni tas-soluzzjonijiet

    4.6.1. Ethanol 50 % volume

    Għal 1000 ml f'temperatura ta' 20 °C:

    - 96 % vol. ethanol (4.1): 521 ml,

    - Ilma (2.0): 511 ml.

    4.6.2. Solvent A: acetonitrile

    Acetonitrile (4.2) ta' purità għall-analiżi HPLC.

    Neħħi l-gass

    4.6.3. Solvent B: 0,1 M sodium acetate buffer solution, pH 4,66.

    Iżen 8,203 g ta' sodium acetate (4.4), żid 6,005 g ta' glacial acetic acid (4.5) u kompli għal 1000 ml bl-ilma (2) f'volumetric flask.

    5. Preparazzjoni ta' l-estratt ta' referenza mill-Glycyrrhiza glabra (4.3)

    5.1. Iżen 10 g ta' għeruq tal-likurizja (Glycyrrhiza glabra) (4.3) u poġġiha f'distillation flask bil-qiegħ tond.

    - żid 100 ml ta' 50 % vol. ethanol (4.6.1),

    - għalli taħt reflux għal siegħa,

    - iffiltra,

    - poġġi l-likwidu filtrat għalih biex tużah iktar tard

    5.2. Ħu l-estratt tal-likurizja mill-filter

    - poġġih f'distillation flask bil-qiegħ tond,

    - żid 100 ml ta' 50 % vol. ethanol (4.6.1),

    - għalli taħt reflux għal siegħa,

    - iffiltra. Poġġi l-likwidu filtrat għalih biex tużah iktar tard.

    5.3. L-estrazzjoni tal-likurizja trid issir tliet darbiet wara xulxin.

    5.4. Ħallat it-tliet likwidi filtrati.

    5.5. Evapora s-solvent phase (ta' 5.4.) fuq rotary evaporator.

    5.6. Ħu l-estratt residwu (ta' 5.5) ma' 100 ml 50 % vol. ethanol (4.6.1).

    6. Apparat

    6.1. Sistema ta' separazzjoni.

    6.1.1. Kromatografija tal-likwidu high-performance.

    6.1.2. Sistema ta' ppumpjar li kapaċi tilħaq u żżomm rata ta' fluss kostanti jew programmata bi pressjoni għolja.

    6.1.3. UV/visible spectrophotometric detection system li tista' tkun issettjata fuq 254 u 370 nm.

    6.1.4. Solvent degassing system:

    6.1.5. Column oven li jista' jkun issettjat għal temperatura ta' 40 ± 0,1 °C.

    6.2. Computational integrator jew recorder, li l-performance tiegħu hija kompatibbli mal-bqija tas-sistema ta' separazzjoni.

    6.3. Kolonna

    Materjal: stainless steel jew ħġieġ

    Diametru ta' ġewwa: 4 sa 5 mm

    Fażi stazzjonarja: cross-linked silica ma' octadecyl derived functional group (C18), particle size: 5 μm l-iktar (fażi cross-linked).

    6.4. Apparat komuni tal-laboratorju, inkluż:

    6.4.1. analytical balance (preċiżjoni: ± 0,1 mg);

    6.4.2. Apparat tad-distillar b'reflux condenser, li jinkludi, per eżempju:

    - flask bil-qiegħ tond tal-250 ml bi standardised ground-glass joint,

    - reflux condenser twil 30 ċm, u

    - sors ta' sħana (kull reazzjoni piroġenika li tinvolvi l-materja estrattiva trid tkun evitata billi tuża arranġament addattat).

    6.4.3. Apparat tar-rotary evaporation.

    6.4.4. Apparat għall-filtrazzjoni (i.e. Buchner funnel).

    6.5. Kondizzjonijiet tal-kromatografija (eżempju).

    6.5.1. Karatteristiċi ta' elution ta' solvents A (4.6.2) u B (4.6.3):

    - bidla minn 20/80 (v/v) għal 50/50 (v/v) gradient fi 15-il minuta,

    - bidla minn 50/50 (v/v) għal 75/25 (v/v) gradient f'ħames minuti,

    - saħħa ugwali ta' 75/25 (v/v) għal ħames minuti,

    - stabbilizzazzjoni tal-kolonna bejn l-injezzjonijiet,

    - saħħa ugwali ta' 20/80 (v/v) għal ħames minuti.

    6.5.2. Rata tal-fluss: 1 ml/minuta.

    6.5.3. Issettjar tal-UV detector:

    id-detector irid ikun issettjat fuq 370 nm biex tinstab il-preżenza ta' chalcones u mbagħad fuq 254 nm biex jinstab il-glycyrrhizic acid.

    Nota:

    il-bidla ta' wavelength (minn 370 nm għal 254 nm) trid issir 30 sekonda qabel il-bidu tal-peak ta' elution tal-glycyrrhizic acid.

    7. Proċedura

    7.1. Preparazzjoni tal-kampjun tax-xorb alkoħoliku

    Iffiltra minn filter għall-organic solvents (pore diameter: 0,45 μm).

    7.2. Preparazzjoni ta' l-estratt ta' likurizja residwu (5.6)

    Għamel dilution wieħed f'għaxra b'50 % vol. ethanol (4.6.1) qabel l-analiżi.

    7.3. Determinazzjoni

    7.3.1. Injetta 20 μl ta' l-estratt ta' likurizja preparat (7.2). Għamel l-analiżi billi tuża l-kondizzjonijiet tal-kromatografija deskritti hawn fuq (6.5).

    7.3.2. Injetta 20 μl tal-kampjun (7.1) (kampjun tax-xorb alkoħoliku b'togħma taż-żerriegħa ta' l-aniżi). Għamel l-analiżi billi tuża l-kondizzjonijiet tal-kromatografija deskritti hawn fuq (6.5).

    7.3.3. Qabbel iż-żewġ chromatograms. Għandu jkun hemm xebh kbir bejn iż-żewġ chromatograms fil-chalcone exit zone (waqt id-detection ta' 370 nm taħt il-kondizzjonijiet ta' l-analiżi deskritti hawn fuq) (ara Tabella 1).

    8. Chromatogram karatteristiku għal pastis

    +++++ TIFF +++++

    9. Karatteristiċi ta' method performance (preċiżjoni)

    Riżultati tat-test interlaboratorju:

    It-tabella li ġejja tagħti l-performance għal rikonoxximent ta' preżenza jew assenza ta' chalcones fil-pastis u f'xorb alkoħoliku bit-togħma taż-żerriegħa ta' l-anisi.

    L-informazzjoni li ġejja ttieħdet minn studju internazzjonali ta' method performance magħmul skond proċeduri miftiehma internazzjonalment.

    Sena ta' test interlaboratorju | 1998 |

    Numru ta' laboratorji | 14 |

    Numru ta' kampjuni | 11 |

    Analyte | chalcones |

    Kampjuni | A | B | C | D | E | F |

    Numru ta' laboratorji miżmuma wara li ġew eliminati dawk li varjaw ħafna | 14 | 14 | 14 | 14 | 14 | 13 |

    Numru ta' dawk li varjaw ħafna minn oħrajn (laboratorji) | — | — | — | — | — | 1 [1] |

    Numru ta' riżultati aċċettati | 28 | 14 | 14 | 28 | 28 | 26 |

    Numru ta' riżultati għall-preżenza ta' chalcones | 28 | 14 | 14 | 0 | 28 | 0 |

    Numru ta' riżultati għall-assenza ta' chalcones | 0 | 0 | 0 | 28 | 0 | 26 |

    Persentaġġ ta' riżultati tajbin (%) | 100 | 100 | 100 | 100 | 100 | 100 |

    Kampjuni | G | H | I | J | K |

    Numru ta' laboratorji miżmuma wara li ġew eliminati dawk li varjaw ħafna | 14 | 14 | 14 | 14 | 14 |

    Numru ta' dawk li varjaw ħafna (laboratorji) | — | — | — | — | — |

    Numru ta' riżultati aċċettati | 28 | 14 | 14 | 28 | 28 |

    Numru ta' riżultati għall-preżenza ta' chalcones | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

    Numru ta' riżultati għall-assenza ta' chalcones | 28 | 14 | 14 | 28 | 28 |

    Persentaġġ ta' riżultati tajbin (%) | 100 | 100 | 100 | 100 | 100 |

    Tipi ta' kampjuni:

    A pastis, blind duplicates

    B pastis, single sample

    C pastis, single sample

    D "pastis" (li ma fihx chalcones), blind duplicates

    E pastis (li ma fihx chalcones), blind duplicates

    F likur b'togħma taż-żerriegħa ta' l-anisi (li ma fihx chalcones), blind duplicates

    G likur b'togħma taż-żerriegħa ta' l-anisi (li ma fihx chalcones), blind duplicates

    H ouzo (li ma fihx chalcones), single sample

    I ouzo (li ma fihx chalcones), single sample

    J anisi (li ma fihx chalcones), blind duplicates

    K "pastis" (li ma fihx chalcones), blind duplicates.

    IX. ISFAR TAL-BAJD. DETERMINAZZJONI TAL-KONĊENTRAZZJONI TA' ISFAR TAL-BAJD FIX-XORB ALKOĦOLIKU – METODU FOTOMETRIKU

    1. Għan

    Dan il-metodu huwa addattat għad-determinazzjoni tal-konċentrazzjoni ta' isfar tal-bajd minn 40 sa 250 g/l fil-likuri tal-bajd u l-likuri bil-bajd.

    2. Referenzi normattivi

    ISO 3696: 1897 Ilma għall-użu ta' l-analiżi fil-laboratorji – Speċifikazzjonijiet u metodi ta' l-ittestjar.

    3. Prinċipju

    L-ethanol-soluble phosphorus compounds li jinsabu fl-isfar tal-bajd huma estratti u l-konċentrazzjoni tagħhom hija determinata bil-fotometrija bħala phosphorus molybdate complex.

    4. Reaġenti u materjali

    4.1. Ilma double-distilled

    4.2. Diatomaceous earth

    4.3. Ethanol 96 % vol. (CAS 64-17-5)

    4.4. Soluzzjoni 15 % magnesium acetate (CAS 16674-78-5)

    4.5. 10 % sulphuric acid (CAS 7664-93-9)

    4.6. 1 N sulphuric acid.

    4.7. 0,16 g/l potasssium dihydrogen phosphate (CAS 778-77-0), soluzzjoni KH2PO4

    4.8. Reaġent għad-determinazzjoni tal-fosfat:

    dewweb 20 g ta' ammonium molybdate (CAS 12054-85-2), (NH4)6Mo7O24.4H2O f'400 ml ilma f'temperatura ta' 50°C;

    dewweb, f'kontenitur ieħor, gramma ta' ammonium vanadate (CAS 7803-55-6), NH4VO3, f'300 ml ilma jaħraq, ħallih jibred, imbagħad żid 140 ml ta' nitric acid konċentrat (CAS 7697-37-2). Ħallat is-soluzzjonijiet imberrda f'volumetric flask ta' l-1000 ml u kompli sal-marka ta' l-1000 ml.

    5. Apparat

    5.1. Conical flask tal-100 ml

    5.2. Ultrasonic bath (jew magnetic stirrer)

    5.3. Volumetric flask tal-100 ml

    5.4. Banju bl-ilma f'temperatura ta' 20 °C

    5.5. Filter (Whatman No 4 jew ekwivalenti)

    5.6. Crucible tal-porċellana (jew tal-platinum)

    5.7. Banju bl-ilma jagħli

    5.8. Hot plate

    5.9. Muffle furnace

    5.10. Volumetric flask tal-50 ml

    5.11. Volumetric flask ta' l-20 ml

    5.12. Spectrophotometer issettjat fuq 420 nm

    5.13. Cuvette ta' ċentimetru.

    6. Kampjuni

    Il-kampjuni huma maħżuna f'temperatura ambjentali qabel l-analiżi.

    7. Proċedura

    7.1. Preparazzjoni tal-kampjun

    7.1.1. Iżen 10 g tal-kampjun f'conical flask tal-100 ml (5.1).

    7.1.2. Żid gradwalment 70 ml ta' ethanol (4.3) f'porzjonijiet żgħar, ħawwad ma' kull żieda, u poġġi f'banju ultrasoniku (5.2) għal 15-il minuta (jew ħawwad it-taħlita b'magnetic stirrer (5.2) għal 10 minuti f'temperatura ambjentali).

    7.1.3. Ittrasferixxi l-kontenut tal-flask f'volumetric flask tal-100 ml (5.3) b'washings ta' ethanol (4.3). Aġġusta sal-calibration mark b'ethanol (4.3) u poġġi l-flasks f'water bath f'temperatura ta' 20 °C (5.4). Aġġusta sal-calibration mark f'temperatura ta' 20 °C.

    7.1.4. Żid ammont żgħir ta' diatomaceous earth (4.2) u ffiltra (5.5), u armi l-ewwel 20ml.

    7.1.5. Ittrasferixxi 25 ml tal-likwidu filtrat f'crucible tal-porċellana (jew tal-platinum) (5.6). Il-likwidu filtrat irid imbagħad jiġi konċentrat b'gentle evaporation f'boiling water bath (5.7), biż-żieda ta' 5ml ta' soluzzjoni 15 % magnesium acetate (4.4).

    7.1.6. Poġġi l-crucibles fuq hot plate (5.8) u saħħan sakemm jixxuttaw.

    7.1.7. Ġib ir-residwu rmied billi ssaħħan sa l-inkandexxenza f'temperatura ta' 600 °C f'muffle furnace(5.9) sakemm l-irmied isir abjad, minimu ta' siegħa u nofs imma jista' jitħalla matul il-lejl.

    7.1.8. Ħu l-irmied ma' 10 ml ta' 10 % sulphuric acid (4.5) u ttrasferieh b'washings ta' ilma distillat (4.1) f'volumetric flask ta' 50 ml (5.10), u imla sal-marka f'temperatura ambjentali b'ilma distillat (4.1).Parti ta' 5 ml ta' din is-soluzzjoni ta' rmied għandha tintuża biex tkun ippreparatas-soluzzjoni tal-kampjun tad-determinazzjoni tal-konċentrazzjoni tal-fosfat bil-fotometrija.

    7.2. Determinazzjoni tal-konċentrazzjoni tal-fosfat bil-fotometrija

    7.2.1. Soluzzjoni komparattiva

    7.2.1.1. Poġġi 10 ml ta' 10 % sulphuric acid (4.5) f'volumetric flask tal-50 ml (5.10) u imla sal-marka b'ilma distillat (4.1).

    7.2.1.2. Żid ma' parti ta' 5 ml ta' din is-soluzzjoni (7.2.1.1.), li qiegħda f'volumetric flask ta' l-20 ml (5.11), millilitru ta' l N sulphuric acid (4.6) u 2 ml tar-reaġent tal-fosfat (4.8) u kompli sa 20 ml b'ilma distillat (4.1).

    7.2.1.3. Għalaq b'tapp mhux issikat, ħawwad u saħħan f'banju bl-ilma jagħli (5.7) għal 10 minuti, imbagħad berred f'banju bl-ilma f'temperatura ta' 20 °C (5.4) għal 20 minuta.

    7.2.1.4. Imla cuvette ta' ċentimetru (5.13) b'din is-soluzzjoni komparattiva.

    7.2.2. Soluzzjoni tal-kampjun

    7.2.2.1. Żid ma' parti ta' 5 ml tas-soluzzjoni ta' l-irmied (7.1.8), li qiegħda f'volumetric flask ta' l-20 ml (5.11), millilitru ta' 1 N sulphuric acid (4.6) u 2 ml tar-reaġent tal-fosfat (4.8) u kompli sa 20 ml b'ilma distillat (4.1).

    7.2.2.2. Għalaq b'tapp mhux issikat, ħawwad u saħħan f'banju bl-ilma jagħli (5.7) għal 10 minuti, imbagħad berred f'banju bl-ilma f'temperatura ta' 20 °C (5.4) għal 20 minuta.

    7.2.2.3. Is-soluzzjoni safra li tiżviluppa hija analizzata mmedjatament bl-ispectrophotometry (5.12) f'cuvette ta' ċentimetru (5.13) b'420 nm kontra s-soluzzjoni komparattiva (7.2.1.4.).

    7.2.3. Calibration curve

    7.2.3.1. Biex tibni l-calibration curve, żid partijiet ta' 2 ml tar-reaġent tal-fosfat (4.8) f'volumetric flasks ta' l-20 ml (5.11) u li kull wieħed fih 1 N sulphuric acid (4.6) u 0, 2, 4, 6, 8 u 10 ml tas-soluzzjonita' potassium dihydrogen phosphate (4.7) rispettivament, u kompli sal-marka ta' 20 ml b'ilma distillat (4.1).

    7.2.3.2. Għalaq b'tapp mhux issikat, ħawwad u saħħan f'banju bl-ilma jagħli(5.7) għal 10 minuti, imbagħad berred f'banju bl-ilma f'temperatura ta' 20 °C (5.4) għal 20 minuta u analizza bl-ispectrophotometry (5.12) f'cuvette ta' ċentimetru(5.13) b'420 nm kontra s-soluzzjoni komparattiva (7.2.1.4).

    7.2.3.3. Binja tal-calibration curve:

    soluzzjoni ta' dihydrogen phosphate(ml) | 0 | 2 | 4 | 6 | 8 | 10 |

    P2O5 (mg) | 0 | 0,167 | 0,334 | 0,501 | 0,668 | 0,835 |

    8. Espressjoni tar-riżultati

    Il-kontenut ta' isfar tal-bajd fi g/l huwa kkalkulat mill-formola li ġejja:

    G/l ta' isfar tal-bajd = mg P

    O

    ×

    110 × densityE/40

    Fejn:

    110 conversion factor għal total P2O5 fi g f'100 g ta' isfar tal-bajd

    mg P2O5 valur stabbilit mill-calibration curve

    density massa per unit volume (g/ml) tal-likur ibbażat fuq il-bajd f'temperatura ta' 20 °C

    E piż tal-likur ibbażat fuq il-bajd fi g

    40 dilution factor għal parti ta' 5 ml ta' soluzzjoni ta' rmied.

    9. Karatteristiċi ta' (preċiżjoni)

    Riżultati statistiċi tat-test interlaboratorju:

    It-tabella li ġejja tagħti l-valuri għall-isfar tal-bajd.

    L-informazzjoni li ġejja ttieħdet minn studju internazzjonali ta' method performance magħmul skond proċeduri miftiehma internazzjonalment.

    Sena ta' test interlaboratorju | 1998 |

    Numru ta' laboratorji | 24 |

    Numru ta' kampjuni | 5 |

    Analyte | isfar tal-bajd |

    Kampjuni | A | B | C | D | E |

    Numru ta' laboratorji miżmuma wara li ġew eliminati dawk li varjaw ħafna | 19 | 20 | 22 | 20 | 22 |

    Numru ta' dawk li varjaw ħafna minn oħrajn (laboratorji) | 3 | 4 | 2 | 4 | 2 |

    Numru ta' riżultati aċċettati | 38 | 40 | 44 | 40 | 44 |

    Valur medju g/l | 147,3 | 241,1 | 227,4 | 51,9 (*)72,8 (*) | 191,1 |

    Repeatability standard deviation (Sr) g/l | 2,44 | 4,24 | 3,93 | 1,83 | 3,25 |

    Repeatability relative standard deviaton (RSDr) (%) | 1,7 | 1,8 | 1,8 | 2,9 | 1,7 |

    Repeatability limit (r) g/l | 6,8 | 1,9 | 11,0 | 5,1 | 9,1 |

    Reproducibility standard deviation (SR) g/l | 5,01 | 6,06 | 6,66 | 3,42 | 6,87 |

    Reproducibility relative standard deviation (RSDR) (%) | 3,4 | 2,5 | 2,9 | 5,5 | 3,6 |

    Reproducibility limit (R) g/l | 14,0 | 17,0 | 18,7 | 9,6 | 19,2 |

    Tipi ta' kampjuni

    A Advocaat, blind duplicates

    B Advocaat, blind duplicates

    C Advocaat, blind duplicates

    D Advocaat (diluted), split levels (*)

    E Advocaat, blind duplicates

    [1] Riżultati inkonsistenti bejn iż-żewġ duplicates attribwiti għal żball ta' sampling

    --------------------------------------------------

    Top