Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002L0032

    Id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf ta' l-annimali

    ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10–22 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 28/11/2019

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/32/oj

    32002L0032



    Official Journal L 140 , 30/05/2002 P. 0010 - 0022


    Id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    tas-7 ta' Mejju 2002

    dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf ta' l-annimali

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li qiesu t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 152(4)(b) tiegħu,

    Wara li qiesu l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li qiesu l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

    Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

    Skond il-proċedura mnizzla fl-Artikolu 251 tat-Trattat ( [3]3), fid-dawl tal-kitba kombinata approvata mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fis-26 ta' Marzu 2002,

    Billi:

    (1) Hemm bżonn li jsiru bosta emendi lid-Direttiva tal-Kunsill 1999/29/KE tat-22 ta' April 1999 dwar is-sustanzi mhux mixtieqa u prodotti fin-nutrizzjoni ta' l-annimali [4]. Fl-interess tal-kjarezza u ta' l-effiċjenza d-Direttiva msemmija għandha tkun ifformulata mill-ġdid.

    (2) It-trobbija ta' l-annimali tokkupa parti mportanti ħafna fil-biedja fil-Komunità u riżultati sodisfaċenti fejn għandhom x'jaqsmu s-saħħa pubblika u ta' l-annimali, is-saħħa ta' l-annimali, l-ambjent u l-finanzi tal-produtturi jiddependu ħafna fuq l-użu ta'għalf ta' kwalità tajba.

    (3) Hemm bżonn ta' regoli dwar l-għalf sabiex tkun żgurata l-produttivita u s-sostenibilita agrikola u jagħmluha possibli li tkun żgurata s-saħħa pubblika u ta' l-annimali, s-saħħa ta' l-annimali u l-ambjent. Barra minn hekk, hemm il-bżonn ta' regolazzjoni komprensiva dwar l-iġene sabiex tkun garantita l-kwalità t-tajba ta' l-għalf fuq l-irziezet individwali anke meta ma jkunux prodotti kummerċjalment.

    (4) L-istess regoli li jikkonċernaw il-kwalità u s-sigurta tal-prodotti ntiżi għal l-għalf ta' l-annimali għandhom japplikaw għal kwalità u s-sigurta ta' l-ilma kkonsmati mill-annimali. Minkejja li d-definizzjoni ta' għalf ma teskludix l-ilma milli jkun meqjus bħala għalf, mhux inkluż fil-lista mhux sħiħa tal-materjali ta' l-għalf skond Direttiva tal-Kunsill 96/25/KE tad-29 t'April 1996 dwar iċ-ċirkulazzjoni u l-użu ta' l-għalf [5]. Il-kwistjoni dwar jekk l-ilma għandux jitqies bħala għalf għandha bżonn tkun eżaminata fid-dawl ta' dik id-Direttiva.

    (5) Ġie determinat li l-addittivi jista' jkun fihom sustanzi mhux mixtieqa. L-iskop tad-Direttiva għandu jkun estiż biex ikopri l-addittivi.

    (6) Prodotti intiżi bħala għalf ta' l-annimali jista' jkun fihom sustanzi mhux mixtieqa li jistgħu jipperikolaw is-saħħa ta' l-annimal jew, minħanna l-preżenza tagħhom fi prodotti ta' l-annimali, is-saħħa umana jew l-ambjent.

    (7) Huwa impossibli li telimina kompletament il-preżenza ta' sustanzi mhux mixtieqa pero huwa mportanti li l-kontenut tagħhom fi prodotti intiżi għal għalf ta' l-annimali jkun mnaqqas, b'attenzjoni xierqa lejn it-tossiċita akuta tas-sustanzi, il-bijoakkumubilita u degrabilita, sabiex ikunu evitati effetti mhux mixtieqa je wli jagħmlu ħsara. Huwa fil-preżent mhux xieraq li jkun iffissat dan il-kontenut taħt il-livelli li jistgħu jkunu jdentifikati b'metodi t'analiżi l;I għandhom ikunu definiti għal Komunità.

    (8) Il-metodi sabiex ikunu jdentifikati reżidiw ta' sustanzi mhux mixtieqa qed isiru dejjem aktar sofistikati, sabiex anke kwantitajiet ta' reżidwi li hma negliġibli għas-saħħa umana u ta' l-annimali jkunu jistgħu jinstabu.

    (9) Sustanzi mhux mixtieqa jistgħu jkunu preżenti fi prodotti ntiżi għal għalf ta' l-annimali skond il-kondizzjonijiet imnizzla f'din id-Direttiva biss u ma jistgħux jintużaw b'xi mod ieħor għal l-għan t'għalf ta' l-annimali. Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr ma taffetwa dispożizzjonijiet Komunitarji oħra dwar l-għalf, u b'mod partikolari r-regoli applikabli għal għalf kompost.

    (10) Din id-Direttiva għandha tapplika għal prodotti intiżi għal għalf ta' l-annimali hekk kif jidħlu fil-Komunità. Għandu għal daqs tant ikun stipulat li l-livelli massimi ta' sustanzi mhux mixtieqa li għandhom japplikaw b'mod ġenerali mid-data li fiha l-prodotti intiżi għal għalf ta' l-annimali jkunu mpoġġija fiċ-ċirkulazzjoni jew għal użu, f'kull stadju, u b'mod partikolari hekk kif ikunu mportati.

    (11) Prodotti ntiżi għal għalf ta' l-annimali għandhom ikunu sodi, ġenwini u ta' kwalità tajba għas-suq u għal daqs tant meta jkunu wżati b'mod korrett m'għandhomx jippreżentaw periklu lis-saħħa tal-bniedem, s-saħħa ta' l-annimali jew lill-ambjent jew taffetwa ħażin il-produzzjoni ta' l-annimali. L-użu jew tpoġġija fis-suq ta' prodotti ntiżi għal għalf ta' l-annimali li fihom livelli ta' sustanzi mhux mixtieqa li jeċċedu l-liveli massimi speċifikati f'L-Anness I għandhom għal daqs tant ikunu projbiti.

    (12) Il-preżenza ta' ċerti sustanzi mhux mixtieqa f'għalf komplimentari trid tkun limitata bl-iffissar ta' livelli massimi approprijati.

    (13) Filwaqt li f'ċerti każi hemm livell massimu ffissat, jikkonsidera l-livell fl-isfond, għad hemm bżonn ta' sforzi biex tkun ristretta l-preżenza ta' ċerti sustanzi mhux mixtieqa speċifiċi għal l-aktar livelli baxxi possibli fi prodotti ntiżi għal għalf ta' l-annimali sabiex tkun imnaqqsa l-preżenza ta' l-għalf u tal-katina ta' l-ikel. Għandu għal daqs tant ikun permess, taħt din id-Direttiva, li jkunu speċifikati limiti t'azzjoni li jkunu l'isfel sewwa mill-livelli massimi ffissati. Fejn tali limiti t'azzjoni jinqabzu, l-investigazzjonijiet għandhom isiru sabiex ikunu identifikati r-riżorsi tas-sustanzi mhux mixtieqa u jittieħdu passi biex ikunu mnaqqsa jew eliminati tali sorsi.

    (14) Fejn is-saħħa ta' l-annimal jew umana jew l-ambjent ikunu perikolati, l-Istati Membri għandhom ikunu mħalla temporanjament inaqqsu l-livelli fissi massimi permissibli, li jiffissaw il-livelli massimi għal sustanzi oħra je wli jipprojbixxu l-preżenza ta' tali sustanzi fi prodotti intiżi għal għalf ta' l-annimali. Sabiex tkun żgurata applikazzjoni uniformi, kwalunkwe emendi għal l-Anness I ta' din id-Direttiva għandhom ikunu deċiżi minn proċeduri t'emerġenza Komunitarji, fuq il-bażi ta' dokumentazzjoni li tissapportja u l-prinċipju ta' prekawzjoni.

    (15) Prodotti ntiżi għal għalf ta' l-annimali li jissodisfaw r-rekwiżiti ta' din id-Direttiva m'għandhomx ikunu suġġetti għal restrizzjonijiet mad-dħul fiċ-ċirkolazzjoni, fejn għandu x'jaqsam il-livell ta' sustanzi mhux mixtieqa li jkun fihom, barra minn dawk provduti f'din id-Direttiva u f'Direttiva tal-Kunsill 95/53/KE tal-25 t'Ottubru 1995 li ffissaw l-prinċipji li jiggvernaw l-organizzazzjoni ta' spezjonijiet uffiċjali fil-qasam ta' l-ikel ta' l-annimali [6]

    (16) L-Istati Membri għandhom joħolqu arranġamenti ta' moniteraġġ xierqa skond Direttiva 95/53/KE sabie xjiżguraw li r-rekwiżiti dwar sustanzi mhux mixtieqa jintlaħqu meta prodotti ntiżi għal għalf ta' l-annimali jintużaw je wikunu ċirkolati.

    (17) Proċedura Komunitarja xierqa hi meħtieġa sabiex ikunu addottati d-dispożizzjonijiet tekniċi fl-Annessi ta' din id-Direttiva fid-dawl ta' żviluppi fil-ħsieb xjentifiku u teknoloġiku.

    (18) Sabiex tkun faċilitata l-implimentazzjoni tal-miżuri proposti, għandu jkunu hemm proċedura ta' ko-operazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti għal l-għalf imwaqqaf b'Deċiżjoni 70/372/KEE [7].

    (19) Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' din id- Direttiva għandhom ikunu addottati skond Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tispeċifika l-proċeduri għall-eżerċizju ta' l-implimentazzjoni tas-setgħat li mgħonija bihom il-Kummissjoni [8],

    ADDOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    1. Din id-Direttiva titratta dwar sustanzi mhux mixtieqa fi prodotti intenzjonati għall-għalf ta' l-annimali.

    2. Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet:

    (a) tad-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE ta' 23 ta' Novembru 1970 dwar l-addittivi fl-għalf ta' l-annimali [9]

    (b) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/25/KE u d-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE tat-2 ta' April 1979 dwar it-tpoġġija fis-suq tal-għalf ta' l-annimali mħallat [10];

    (ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 76/895/KEE tat-23 ta' Novembru 1976 dwar l-iffissar ta' livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidi fil- jew fuq il-frott u l-ħaxix [11], Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE ta' l-24 ta' Lulju 1986 dwar l-iffissar ta' livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidi fiċ- jew fuq iċ-ċereali [12], id-Direttiva tal-Kunsil 86/363/KEE ta' l-24 ta' Lulju 1986 fuq l-iffissar ta' livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidi fil- jew fuq l-għalf ta' l-annimali li joriġina mill-annimali [13] u d-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 ta' Novembru 1990 dwar l-iffissar ta' livelli massimi f' jew fuq ċertu prodotti li joriġinaw mill-pjanti, li jinkludu frott u ħaxix [14], fejn dawn ir-residwi mhumiex elenkati fl-Anness I ta' din id-Direttiva;

    (d) tal-leġislazzjoni Komunitarja dwar kwistjonijiet veterinarji li għandhom x'jaqsmu mas-saħħa pubblika u ta' l-annimali;

    (e) Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE tat-30 ta' Ġunju 1982 dwar ċerti prodotti wżati fl-ikel ta' l-annimali [15];

    (f) Direttiva tal-Kunsill 93/74/KEE tat-13 ta' Settembru 1993 dwar għalf intiż għal għanijiet partikolari ta' nutrizzjoni [16].

    Artikolu 2

    Għal l-għanijiet ta' din id-Direttiva:

    (a) 'għalf'għandha tfisser prodotti li joriġinaw mill-ġaxix je wmill-annimali, fl-Istat naturali tagħhom, friski jew preservati, u prodotti li ġejjin minn proċessar industrijali, jew sustanzi organiċi jew mhux organiċi, użati waħidhom jew f'taħlitiet, bl-addittivi jew le, għal l-għalf ta' l-annimali mill-ħalq;

    (b) ċmaterjal tal-ikel' għandha tfisser diversi prodotti li joriġinaw mill-ħaxix jew mill-annimali, fl-istat naturali tagħhom, friski jew preservati, u prodotti li ġejjin minn proċessar industrijali, jew sustanzi organiċi jew mhux organiċi, użati waħidhom jew f'taħlitiet, bl-addittivi jew le, li huma ntiżi għal l-għalf ta' l-annimali bil-ħalq jew direttament jew wara l-ipproċessar, fil-preparazzjoni t'għalf kompost jew bħala sotto-strati għal taħlitiet ġa lesti;

    (ċ) 'addittivi' għandha tfisser addittivi kif imfissra fl-Artikolu 2(a) ta' Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE;

    (d) 'taħlitiet ġa lesti' għandha tfisser taħlitiet t'addittivi jew taħlitiet ta' wieħed jew altar addittivi b'sustanzi wżati bħala li jġorru, intiżi għal produzzjoni ta' l-għalf;

    (e) 'għalf kompost' għandu jfisser taħlitiet ta' materjal ta' l-ikel, bl-addittivi jew mingħajru, li huma ntiżi għal l-għalf ta' l-annimali mill-ħalq bħala għalf sħiħ jew komplimentari;

    (f) 'għalf komplimentari' għandu jfisser taħlitiet t'għalf li fihom kontenut għoli ta' ċerti sustanzi u li, minħabba l-kompożizzjoni tagħhom, huma suffiċjenti għal porzjon ta' kuljum jekk użati ma għalf ieħor;

    (g) 'għalf komplut' gġandha tfisser taħlitiet li, minħabba l-kompożizzjoni tagħhom, huma biżżejjed għal porzjon waħda kuljum;

    (h) 'prodotti intiżi bħala għalf ta' l-annimali' għandhom ifissru materjali ta' l-ikel, taħlitiet ġa lesti, addittivi, għalf u l-prodotti l-oħra kollha intiżi għal użu jew użati fl-ikel ta' l-annimali;

    (i) 'porzjon ta' kuljum' tfisser il-kwantitia totali medja t'għalf, kallkulat fuq kontenut imxarrab ta' 12 %, li hu meħtieġ ta' kuljum minn annimal ta' speċi speċifika, eta u produzzjoni, sabiex ikunu sodisfatti l-bżonnnijet kollha tiegħu;

    (f) 'annimali' għandha tfisser annimali li jappartjenu lil speċi li normalment tintema u tinżamm jew tkun ikkonsumata mill-bniedem kif ukoll annimali slavaġġ li jgħixu ħielsa jekk ikunu mitmgħuha l-għalf;

    (k) 'tpoġġija fiċ-ċirkulazzjoni' jew ċċirkolazzjoni' għandha tfisser iż-żamma ta' prodotti għal l-għan ta' bejgħ, inklużi offerti għal bejgħ, jew kwalunkwe forma oħra ta' trasferiment, kemm jekk ħieles u kemm jekk le, lil terzi partijiet, je wil-bejgħ jew forom oħra ta' trasferimenti fihom infushom;

    (l) (1) 'sustanzi mhux mixtieqa' għandha tfisser kwalunkwe sustanza jew prodott, bl-eċċezzjoni t'aġenti patoġeniċi, li hi preżenti fi u/jew fuq il-prodott intiż għal l-għalf ta' l-annimal u li jippreżenta periklu potenzali lis-saħħa ta' l-annimal jew umana jew lill-ambjent jew li jista jaffetwa ħażin il-produzzjoni ta' l-annimali.

    Artikolu 3

    1. Prodotti intiżi għal għalf ta' l-annimali jistgħu jidħlu għal użu fil-Komunità minn terzi pajjiżi, jitpoġġew fiċ-ċirkolazzjoni u/jew ikunu wżati fil-Komunità jekk huma sodi, ġenwini u ta' kwalità tajba għal bejgħ biss u għal daqs tant meta wżati kif suppost ma jirrapreżentaw l-ebda periklu għas-saħħa tal-bniedem, s-saħħa ta' l-annimali jew għal ambjent jew jaffetwa ħażin il-produzzjoni ta' l-annimali.

    2. B'mod partikolari, prodotti intiżi bħala għalf ta' l-annimali għandhom ikunu meqjusa li mhumiex konformi ma paragrafu 1 jekk il-livell ta' sustanzi mhux mixtieqa li jkun fihom ma jkunx konformi mal-livelli massimi mnizzla f'L-Anness I.

    Artikolu 4

    1. L-Istati Membri għandhom jippreskrivu li s-sustanzi mhux mixtieqa mnizzla f'L-Anness I jistgħu jkunu tollerati fi prodotti ntiżi bħala għalf ta' l-annimali suġġetti għal kondizzjonijiet imnizzla hawn.

    2. Sabiex ikunu mnaqqsa jew elimintati sorsi ta' sustanzi mhux mixtieqa fi prodotti intiżi bħala għalf ta' l-annimali, l-Istati Membri, f'ko-operazzjoni ma l-operaturi ekonomiċi, għandhom iwettqu investigazzjonijiet sabiex ikunu jdentifikati sorsi ta' sustanzi mhux mixtieqa, f'każijiet fejn il-livelli massimi jinqabżu u f'każijiet fejn livelli miżjuda ta' tali sustanza huma misjuba, filwaqt li jqisu l-livelli ta' l-isfond. Sabiex ikun hemm approċċ uniformi f'każijiet ta' livelli miżjuda jista' jkun hemm il-bżonn li jkunu speċifikati limiti t'azzjoni sabie xjibdew tali investigazzjonijiet. Dawn jistgħu jkunu speċifikati f'L-Anness II.

    L-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra kull informazzjoni relevanti u skoperti tas-sors u tal-miżuri meħuda sabie xikun imnaqqas il-livell ta' sustanzi mhux mixtieqa. Din l-informazzjoni għandha tkun trasmessa fil-qafas tar-rapport annwali li għandu jkun trażmess lill-Kummissjoni skond id-dispożizzjonijiet t'L-Artikolu 22 ta' Direttiva 95/53/KE minbarra f'dawk il-każijiet fejn l-informazzjoni hi ta' relevanza immedjata għall-Istati Membri l-oħra. Fil-każ ta' l-aħħar, l-informazzjoni għandha tkun trażmessa immedjatament.

    Artikolu 5

    L-Istati Membri għandhom jippreskrivu li prodotti intiżi bħala għalf ta' l-annimali li fihom livelli ta' sustanzi mhux mixtieqa li jeċċedu l-livell massimu ffissat f'L-Anness I ma jistgħux jitħaltu għal diluzzjoni bl-istess prodotti, jew bi prodotti oħra ntiżi bħala għalf ta' l-annimali.

    Artikolu 6

    Sa fejn ma hemm l-ebda dispożizzjonijiet speċjali għal għalf komplimentari, l-Istati Membri għandhom jippreskrivu li għalf komplimentari ma jistax, fil-waqt li wiħed iqis il-propzjon preskritt għal użu f'razzjon ta' kuljum, ikun fih livelli tas-sustanza mhux mixtieqa mnizzla f'L-Anness I li jeċċedu dawn iffissati għal għalf komplut.

    Artikolu 7

    1. 1.

    2. Fejn Stat Membru għandu bażi, bażata fuq informazzjoni jew assesse mil ġdid t'informazzjoni eżistenti magħmula minn informazzjoni ġa eżistenti magħmula minn meta d-dispożizzjonijiet inkwistjoni kienu addottati, li juru li livell massimu ffissat f'L-Anness I jew xi sustanza mhux mixtieqa mhux imnizzla hawn tippreżenta periklu lis-saħħa umana jew ta' l-annimal jew lill-ambjent, dak l-Istat Membru jista' proviżjonalment inaqqas il-livell massimu, jiffissa livell massimu jew jipprojbixxi l-preżenza ta' dik is-sustanza mhux mixtieqa fi prodotti ntiżi bħala għalf ta' l-annimali. Għandu jinforma minnu fih lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni, u jgħid x'inhi l-bażi ta' din id-deċiżjoni.

    2.

    Għandha tittieħed deċiżjoni immedjata skond il-proċedura mnizzla fl-Artikolu 12, dwar jekk l-Annessi I u II għandhomx ikunu emendati jew le. Sa fejn la l-Kunsill u l-anqas il-Kummissjoni ma jkunu ħadu deċiżjoni, l-Istat Membru jista' jżomm il-miżuri li jkun implimenta. L-Istat Membru għandu jiżgura li d-deċiżjoni li tkun ittieħdet tkun magħmula pubblika.

    Artikolu 8

    1. Skond il-proċedura mnizzla fl-Artikolu II, il-Kummissjoni, fid-dawl ta' żviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi, għandha taddotta l-Annessi I u II.

    2. Barra minn hekk, skond il-proċedura mnizzla fl-Artikolu II, il-Kummissjoni:

    - għandha perjodikament taddotta verżjonijiet konsolidati t'L-Annessi I u II li jkunu jinkorporaw fihom kwalunkwe addattamenti magħmula ma paragrafu I,

    - jista' jiddefinixxi kriterju t'aċċettibilita għal proċessi ta' de-tossifikazzjoni bħala kompliment lil kriterju ta' prodoti li jkunu għaddew mill-proċess.

    3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu miżuri sabiex tkun garantita l-applikazzjoni korretta ta' kwalunkwe proċessi aċċettabli skond paragrafu 2 u l-konformita tal-prodotti de-tossifikati ntiżi bħala għalf ta' l-annimali skond id-dispożizzjonijiet t'L-Anness I.

    Artikolu 9

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li prodotti ntiżi bħala għalf ta' l-annimali li jikkonformaw ma din id-Direttiva ma jkunux suġġetti għal xi restrizzjonijiet oħra rigward ċirkolazzjoni fejn tidħol il-preżenza ta' sustanzi mhux mixtieqa barra minn dawk provduti f'din id-Direttiva u Direttiva 95/53/KE.

    Artikolu 10

    Id-dispossizzjonijiet li jista' jkollhom effett fuq is-saħħa pubblika jew ta' l-annimali jew fuq l-ambjent għandhom jkunu adottati wara konsultazzjoni mal-Kumitat(i) tax-Xjenza kompetenti.

    Artikolu 11

    1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Permanenti għal Oġġetti ta' l-Ikel, imwaqqaf b'L-Artikolu 1 ta' Deċiżjoni 70/372/KEE.

    2. Fejn issir referenza għal dan l-Artikolu, l-Artikoli 5 u 7 ta' Deċiżjoni 1999/468/KE għandha tapplika, wara li jkunu meqjusa d-dispożizzjonijiet t'L-Artikolu 8 tiegħu.

    3. Il-perjodu mnizzel fl-Artikolu 5(6) ta' Deċiżjoni 1999 468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

    Artikolu 12

    1. Il-Kummissjoni għandha tkun assisstita mill-Kumitat Permanenti għal Oġġetti ta' l-Ikel, imwaqqaf b'L-Artikolu 1 ta' Deċiżjoni 70/372/KEE.

    2. Fejn issir referenza għal dan l-Artikolu, l-Artikoli 5 u 7 ta' Deċiżjoni 1999/468/KE għandha tapplika, wara li jkunu meqjusa d-dispożizzjonijiet t'L-Artikolu 8 tiegħu.

    3. Il-perjodu mnizzel fl-Artikolu 5(6) ta' Deċiżjoni 1999 468/KE għandu jkun ta' ħmistax-il jum.

    Artikolu 13

    1. L-Istati Membri għandhom japplikaw minn ta' l-anqas id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għal prodotti ntiżi bħala għalf ta' l-annimali prodott fil-Komunità li għandu jkun esportat lejn terzi pajjiżi.

    2. Paragrafu 1 m'għandux jaffetwa d-dritt ta' l-Istati Membri li jawtorizzaw ir-ri-esportazzjoni taħt il-kondizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 12 ta' Regolament (KE) Nmr 1782002 [17]. Id-dispożizzjonijiet t'L-Artikolu 20 tiegħu għandhom japplikaw mutatis mutandis.

    Artikolu 14

    1. Direttiva 1999/29/KE hija abrogata mill-1 t'Awwissu 2003, mingħajr preġudizju lejn l-obbligi ta' l--Istati Membri li jikkonformaw maż-żmien t'għeluq inizzla f'Parti B t'L-Anness III għat-tranpożizzjoni tad-Direttivi mnizzla f'Parti A ta' dak l-Anness.

    2. Referenzi għal Direttiva 1999/29/KE għandhom jinfthemu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandha tinqara skond it-tabellun ta' korrelazzjoni f'L-Anness III.

    Artikolu 15

    L-Istati Membri għandhom jaddottaw u jippublikaw il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex ikunu konformi ma din id-Direttiva qabel l-1 ta' Mejju 2003. Dawn għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnu fih.

    Il-miżuri addottati għandhom japplikaw mill-1 t'Awwissu 2003.

    Meta l-Istati Membri jaddottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkompanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura biex issir tali referenza għandha tkun addottata mill-Istati Membri.

    L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-kitba tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jaddottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

    Artikolu 16

    Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Artikolu 17

    Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul Brussell, fis-7 ta' Mejju 2002.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    P. Cox

    Għall-Kunsill

    Il-President

    R. De Rato y Figaredo

    [1] ĠU C 89 E, tat-28.3.2000, p. 70 and ĠU C 96 E, tas-27.3.2001, p. 346.

    [2] ĠU C 140, tat-18.5.2000, p. 9.

    [3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-4 t’Ottubru 2000 (ĠU C 178, tat-22.6.2001, p. 160), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-17 ta’ Settembru 2001 (ĠU C 4, tas-7.1.2002, p. 1) u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Diċembru 2001 (mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-10 t’April 2002 u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 t’April 2002.

    [4] ĠU L 115, ta’ l-4.5.1999, p. 32.

    [5] ĠU L 125, tat-23.5.1996, p. 35. Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Parlament Ewropew u d-Direttiva tal-Kunsill 2000/16/KE (ĠU L 105, tat-3.5.2000, p. 36).

    [6] ĠU L 265, tat-8.11.1995, p. 17. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2001/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 234, ta’ l-1.9.2001, p. 55).

    [7] ĠU L170, 3.8.1970, p.1.

    [8] ĠU L 184, 17.7.1999, p.23

    [9] ĠU L 270, 14.12.1970, p.1. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2205/2001 (ĠU L297, 15.11.2001, p.3).

    [10] ĠU L 86, 6.4.1979, p.30 Direttiva kif l-aħħar emendata mill-parlament Ewropew u d-Direttiva tal-Kunsill 2002/2/KE (ĠU L 63, 6.3.2002, p.23).

    [11] ĠU L 340, 9.12.1976, p.26. Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/57/KE (ĠU L 244, 29.9.2000, p.76).

    [12] ĠU L221, 7.8.1986, p.37. Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/23/KE (ĠU L 64, 7.3.2002, p.13).

    [13] ĠU L221, 7.8.1986, p.43. Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 2002/23/KE

    [14] ĠU L350, 14.12.1990, p.71. Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/23/KE

    [15] ĠU L 213, tal-21.7.1982, p. 8. Direttiva kif l-aħħar mendata minn Direttiva 1999/20/KE (ĠU L 80, tal-25.3.1999, p. 20).

    [16] ĠU L 237, tat-22.9.1993, p. 23. Direttiva kif l-aħħar emendta minn Direttiva 1999/29/KE (ĠU L 115, ta’ l-4.5.1999, p. 32).

    [17] Regolament (KE) Nmr 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jispeċifika l-prinċipji u r-rekwiżiti ġenerali tal-liġi ta' l-ikel, li waqqaf l-Awtorita Ewropea dwar is-Sigurta ta' l-Ike u li tispeċifika proċeduri f'materji ta' saħħa ta' l-ikel (CJ L 31, ta' l- 1.2.2002, p. 1).

    --------------------------------------------------

    ANNESS I

    Sustanzi mhux mixtieqa | Prodotti ntiżi għal għalf ta' l-annimali | Il-kontenut massimu f'mg/kg (ppm) f'relazzjoni m'għalf b'kontenut imxarrab ta' 12 % |

    | |

    (1) | (2) | (3) |

    1.Arseniku | Materjal ta' l-ikel bl-eċċezzjoni ta': | 2 |

    -ikel magħmul mil-ħaxix, minn xnien niexef u minn silla niexfa, u l-polpa tal-kanna taz-zokkor imnixfa u polpa tal-bitt | 4 |

    -fosfati u għalf miksub mill-ipproċessar ta' ħut jew annimali marini oħra | 10 |

    Għalf komplut bl-eċċezzjoni ta': | 2 |

    -għalf komplut għal ħut | 4 |

    Għalf komplimentari bl-eċċezzjoni ta': | 4 |

    -għalf minerali | 12 |

    2.Ċomb | Materjal ta' l-ikel bl-eċċezzjoni ta': | 10 |

    -silla ħadra | 40 |

    -fosfati | 30 |

    -lamtu | 5 |

    Għalf komplut | 5 |

    Għalf komplimentari bl-eċċezzjoni ta': | 10 |

    -għalf minerali | 30 |

    3.Florin | Materjali ta' l-ikel bl-eċċezzjoni ta': | 150 |

    -għalf li joriġina mill-annimali | 500 |

    -fosfati | 2000 |

    Għalf komplut bl-eċċezzjoni ta': | 150 |

    -għalf komplut għal baqar, nagħaġ u mogħoż | |

    -fil-ħalib | 30 |

    -ieħor | 50 |

    -għalf komplut għal ħnieżer | 100 |

    -għalf komplut għat-tjur | 350 |

    -għalf komplut għal flieles | 250 |

    Taħlitiet minerali għal baqar, nagħaġ u mogħoż | 2000 |

    Għalf komplimentari ieħor | 125 |

    4.Merkurju | Feed materials with the exception of: | 0,1 |

    -għalf prodott mill-ipproċessar tal-ħut jew annimali marini oħra | 0,5 |

    Għalf komplut bl-eċċezzjoni ta': | 0,1 |

    -għalf komplut għal klieb u qtates | 0,4 |

    Għalf komplimentari bl-eċċezzjoni ta': | 0,2 |

    -għalf komplimentari għal klieb u qtates | |

    5.Nitrati | Ikel tal-ħut | 60 (espress bħala sodium nitrite) |

    Għalf komplut minn barra: -għalf intiż għal annimali domestiċi minbarra għasafar u ħut ta' l-akwarju | 15 (espress bħala sodium nitrite) |

    6.Kadmijum | Materjali ta' l-ikel li joriġinaw mill-ħaxix | 1 |

    Materjali ta' l-ikel li joriġinaw mill-annimali, minn barra: | 2 |

    -għalf għal annimali domestiċi | |

    Fosfati | 10 |

    Għalf komplut għal baqar, nagħaġ u mogħoż bl-eċċezzjoni ta': | 1 |

    -għalf komplut għal għoġol, ħrief u giddiż | |

    Għalf komplut ieħor bl-eċċezzjoni ta'except: | 0,5 |

    -għalf għalf għal annimali domestiċi | |

    Għalf minerali | 5 |

    Għalf komplimentari ieħor għal baqar, nagħaġ u mogħoż | 0,5 |

    7.Aflatoxin B, | Materjali ta' l-ikel bl-eċċezzjoni ta': | 0,05 |

    -karawett, kopra, il-qalba tal-palma, żerriegħa tal-qotton, babassu, qamħ ir-run u prodotti miksuba mill-ipproċessar ta' | 0,02 |

    Għalf komplut għal baqar, nagħaġ u mogħoż Bl-eċċezzjoni ta' | 0,05 |

    -baqar li jaħilbu l-ħalib | 0,005 |

    -għoġla u ħrief | 0,01 |

    Għalf komplut għal ħnieżer u t-tjur (minbarra annimali żgħar) | 0,02 |

    Għalf ieħor komplut | 0,01 |

    Għalf komplimentari għal baqar, nagħaġ u mogħoż (minn barra għalf komplimentari għal annimali, għoġla u ħrief li jagħmlu l-ħalib) | 0,05 |

    Għalf komplimentari għal ħnieżer u tjur (minn barra annimali żgħar) | 0,03 |

    Għalf komplimentari ieħor | 0,005 |

    8.Aċdu idroċiniku | Materjali ta' l-ikel bl-eċċezzjoni: | 50 |

    -żerriegħa tal-kittien | 250 |

    -torti taż-żerriegħa tal-kittien | 350 |

    -prodotti tal-manjoka u torti tal-lewż | 100 |

    Għalf komplut bl-eċċezzjoni ta': | 50 |

    -għalf komplut għal flieles | 10 |

    9.Gossipol ħieles | Materjali ta' l-ikel bl-eċċezzjoni ta': | 20 |

    -torti taż-żerriegħa tal-qoton | 1200 |

    Għalf komplut bl-eċċezzjoni ta': | 20 |

    -għalf komplut għal baqar, nagħaġ u mogħoż | 500 |

    -għalf komplut għal tjur (minn barra tiġieġ li jbidu) u għoġol | 100 |

    -għalf komplut għal fniek u ħnieżer (minn barra ħnieżer żgħar) | 60 |

    10.Theobromine | Għalf komplut bl-eċċezzjoni ta': | 300 |

    -għalf komplut għal baqar adulti | 700 |

    11.Żejt tal-mustarda volatili | Materjali ta' l-ikel bl-eċċezzjoni ta': | 100 |

    -għaġna ta' żerriegħa tal-kolza | 4000 (espress bħala ally1 isothiocyanate) |

    Għalf komplut bl-eċċezzjoni ta': | 150 (espress bħala ally1 isothiocyanate) |

    -għalf komplut għal baqar, nagħaġ u mogħoż (minn barra annimali żgħar) | 1 000 (espress bħala ally1 isothiocyanate) |

    -għalf komplut għal ħnieżer (minn barra ħnieżer żgħar) u tjur | 500 (espress bħala ally1 isothiocyanate) |

    12.Vinal thiooxazolidone (Vinyloxazolidine thione) | Għalf komplut għal tjur bl-eċċezzjoni ta': | 1000 |

    -għalf komplut għal tiġieġ li jbidu | 500 |

    13.Rye ergot (Claviceps purpurea) | L-għalf kollu li fihom ċereali ta' taħt l-art | 1000 |

    14.Żerriegħa ta' l-alka u frott mhux imkisser u mhux mgħaffeġ li fihom alkaloids, glucosides jew sustanzi tossiċi oħra separatament jew f'kumbinazzjoni inklużi | L-għalf kollu | 3000 |

    (a)Lolium temulentum L., | 1000 |

    (b)Lolium remotum Schrank, | 1000 |

    (c)Dantura stramonium L. | 1000 |

    15.Castor oil plant - Ricinus communis L. | L-għalf kollu | 10 (espressi f'termini ta' qoxra tar-rignuwa) |

    16.Crotalaria spp. | L-għalf kollu | 100 |

    17.Aldrin waħdu | jew kombinat espress | L-għalf kollu bl-eċċezzjoni ta': | 0,01 |

    18.Dieldrin bħala dieldrin | -xaħmijiet | 0,2 |

    19.Camphechlor (toxaphene) | L-għalf kollu | 0,1 |

    20.Chlordane (somma ta' cis-u transisomers u ta' oxychlordane, expressed as chlordane) | L-għalf kollu bl-eċċezzjoni ta': | 0,02 |

    -xaħmijiet | 0,05 |

    21.DDT (somma ta' DDT-, TDE- u DDE-isomers, espressi bħala DDT) | L-għalf kollu bl-eċċezzjoni: | 0,05 |

    -xaħmijiet | 0,5 |

    22.Endosulfan (somma ta' alpha- u beta-isomers u ta' endosulfansulphate expressed as endosulfan) | L-għalf kollu bl-eċċezzjoni ta': | 0,1 |

    -qamħirrum | 0,2 |

    -żerriegħa taż-żejt | 0,5 |

    -għalf komplut għal ħut | 0,005 |

    23.Endrin (somma ta' endrin u ta' delta-ketoi-endrin, espressi bħala endrin) | Għalf kollu bl-eċċezzjoni ta': | 0,01 |

    -xaħmijiet | 0,05 |

    24.Heptachlor (somma ta' heptachlor u ta' heptachlorep-oxide, espress bħala heptachlor) | L-għalf kollu bl-eċċezzjoni ta': | 0,01 |

    -xaħmijiet | 0,2 |

    25.Hexachlorobenzene (HCB) | L-għalf kollu bl-eċċezzjoni ta': | 0,01 |

    -xaħmijiet | 0,2 |

    26.Hexachlorocyclo-hexane (HCH) | | |

    26.1alpha-isomers | L-għalf kollu bl-eċċezzjoni ta': | 0,02 |

    -xaħmijiet | 0,2 |

    26.2beta-isomers | Għalf kompost bl-eċċezzjoni ta': | 0,01 |

    -għalf għal baqar li jaħilbu | 0,005 |

    Materjali ta' l-ikel bl-eċċezzjoni ta': | 0,01 |

    -xaħmijiet | 0,1 |

    26.3gamma-isomers | L-għalf kollu bl-eċċezzjoni ta': | 0,2 |

    -xaħmijiet | 2,0 |

    27.Dioxin (somma ta' PCDD u PCDF), espressa f'ekwivalenti internazzjonali tossiċi | Polpa taċ-ċitru | 500 pg I-TEQ/kg (limitu t'għarfien ta' fuq) |

    28.Apricots - Prunus attneniaca L. | L-għalf kollu | Żerriegħa u frott ta' lispeċi ta' pjanti mnizzla faċċata kif ukoll id-derivati proċessati tagħhom jistgħu jkunu preżenti fl-għalf f'ammonti ta' traċċi li ma jistgħux ikunu determinati kwantitivament |

    29.lewż qares-Prunus dulcis (Mill.) D.A. Webb var. amara (DC.) Focke (= Prunus amygdalus Batsch var. amara (DC.) Focke) |

    30.Ġewż tal-fagu mingħajr qoxra -Fagus silvatica L. |

    31.Camelina - Camelina sativa (L.) Crantz |

    32.Mowrah, Bassia, Madhuca - Madhuca longifolia (L.) Macbr. (= Bassia longifolia L. = Illiped malabromm Engl.) Madhuca indica Gmelin (= Bassia latifolia Roxb.) = Illipe latifolia (Roscb.) F. Mueller) |

    33.Purghera - Jatropha curcas L. |

    34.Croton - Croton tiglium L. |

    35.Mustarda Indjana - Brassica juncea (L.) Czern. And Coss. ssp. Intergrifolia (West.) Thell. |

    36.Mustarda sareptian – Brassica juncea (L.) Czern. And Coss. ssp. Juncea |

    37.Mustarda Ċiniża – Brassica juncea (L.) Czern. And Coss. ssp. Juncea var. lutea Batalin |

    38.Mustarda sewda – Brassica trigs (L.) Koch |

    39.Mustarda Etijopjana mustard – Brassica carinata A. Braun |

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    ANNESS III

    TABELLA TA' KORRELAZZJONI

    Direttiva 1999/29/KE | Din id-Direttiva |

    Artikolu 1 | Artikolu 1 |

    Artikolu 2(a) | Artikolu 2(a) |

    Artikolu 2(b) | Artikolu 2(b) |

    Artikolu 2(c) | Artikolu 2(g) |

    Artikolu 2(d) | Artikolu 2(fl |

    Artikolu 2(e) | Artikolu 2(e) |

    Artikolu 2(f) | Artikolu 2(i) |

    Artikolu 2(g) | Artikolu 2(j) |

    Artikolu 2(h) | - |

    - | Artikolu 2(c) |

    - | Artikolu 2(d) |

    - | Artikolu 2(h) |

    - | Artikolu 2(k) |

    - | Artikolu 2(1) |

    Artikolu 3 | Artikolu 3 |

    Artikolu 4(1) | Artikolu 4(1) |

    Artikolu 4(2) | - |

    - | Artikolu 4(2) |

    Artikolu 5 | - |

    Artikolu 6 | - |

    Artikolu 7 | Artikolu 5 |

    Artikolu 8 | Artikolu 6 |

    Artikolu 9 | Artikolu 7 |

    Artikolu 10 | Artikolu 8 |

    Artikolu 11 | Artikolu 9 |

    Artikolu 12 | - |

    - | Artikolu 10 |

    Artikolu 13 | Artikolu 11 |

    Artikolu 14 | Artikolu 12 |

    Artikolu 15 | Artikolu 13 |

    Artikolu 16 | - |

    - | Artikolu 14 |

    - | Artikolu 15 |

    Artikolu 17 | Artikolu 16 |

    Artikolu 18 | Artikolu 17 |

    Anness I | Anness I |

    Anness II | - |

    Anness III | - |

    Anness IV | Anness 11 |

    --------------------------------------------------

    Top