Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001D0012

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2000 li temenda d-Deċiżjoni 90/424/KEE dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju

    ĠU L 3, 6.1.2001, p. 27–27 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 17/06/2009; Impliċitament imħassar minn 32009D0470 Id-data tat-tmiem tal-validità hija bbażata fuq id-data tal-pubblikazzjoni tal-att li jħassar li jidħol fis-seħħ fid-data tan-notifika tiegħu. L-att li jħassar kien innotifikat iżda d-data tan-notifika mhix disponibbli fil-EUR-Lex – minflok hija użata d-data tal-pubblikazzjoni.

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/12(1)/oj

    32001D0012



    Official Journal L 003 , 06/01/2001 P. 0027 - 0027


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tad-19 ta’ Diċembru 2000

    li temenda d-Deċiżjoni 90/424/KEE dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju

    (2001/12/KE)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità u partikolarment l-Artikolu 37 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [2],

    Billi:

    (1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni [3] jipprovdi li l-azzjonijiet veterinarji speċifiċi definiti fid-Deċiżjoni 90/424/KEE [4] se jkunu Ffinanzjati mill-1 ta’ Jannar 2000 mis-Sezzjoni Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (EAGGF) biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 33(1) tat-Trattat.

    (2) Huwa xieraq li jkun speċifikat x’arranġament għandu jkun applikat lill-amministrazzjoni mill-Komunità fuq in-nefqa in kwestjoni.

    (3) Huwa xieraq li l-Kummissjoni għandha tamministra dan l-infiq direttament, minħabba n-natura tagħha.

    (4) Id-Deċiżjoni 90/424/KEE għandha għalhekk tkun emendata skond dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Artikolu li ġej għandu jiġi inserit fid-Deċiżjoni 90/424/KEE:

    "L- Artikolu 40a

    Infiq soġġett għal provvediment ta’ flus skond it-termini ta’ din id-Deċiżjoni għandu jkun amministrat direttament mill-Kummissjoni skond it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 98 tar-Regolament Finanzjarju tal-21 ta’ Diċembru 1977 [5]."

    L- Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fid-19 ta’ Diċembru 2000.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. Glavany

    [1] Opinjoni mogħtija fis- 16.12.2000 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [2] Opinjoni mogħtija fit- 30.11.2000 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [3] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 103.

    [4] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 19. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1258/1999.

    [5] ĠU L 356, tal-31.12.1977, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 (ĠU L 130, tal-31.5.2000, p. 1).

    --------------------------------------------------

    Top