This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32000D0583
2000/583/EC: Commission Decision of 27 September 2000 amending Decision 94/360/EC on the reduced frequency of physical checks of consignments of certain products to be imported from third countries, under Council Directive 90/675/EEC (notified under document number C(2000) 2735) (Text with EEA relevance)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Settembru 2000 li temenda d-deċiżjoni 94/360/KE dwar it-tnaqqis fil-frekwenza tal-kontrolli fiżiċi fuq il-kunsinni ta’ ċerti prodotti li ghanhom jiġu mpurtati minn terzi pajjiżi, taħt id-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE (notifikata taħt id-dokument numru K(2000) 2735)Test b’ rilevanza għaż-ŻEE
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Settembru 2000 li temenda d-deċiżjoni 94/360/KE dwar it-tnaqqis fil-frekwenza tal-kontrolli fiżiċi fuq il-kunsinni ta’ ċerti prodotti li ghanhom jiġu mpurtati minn terzi pajjiżi, taħt id-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE (notifikata taħt id-dokument numru K(2000) 2735)Test b’ rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 246, 30.9.2000, p. 67–68
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R2129
Official Journal L 246 , 30/09/2000 P. 0067 - 0068
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Settembru 2000 li temenda d-deċiżjoni 94/360/KE dwar it-tnaqqis fil-frekwenza tal-kontrolli fiżiċi fuq il-kunsinni ta’ ċerti prodotti li ghanhom jiġu mpurtati minn terzi pajjiżi, taħt id-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE (notifikata taħt id-dokument numru K(2000) 2735) (Test b’ rilevanza għaż-ŻEE) (2000/583/KE) L-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li twaqqaf il-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji ta’ prodotti li jidħlu fil-Komunità’ minn terzi pajjiżi [1]. U l-aktar l-Artikolu 10, Billi: (1) Id-Direttiva 97/78/KE ħassret u bidlet id-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE [2], taħt liema d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/360/KE dwar it-tnaqqis fil-frekwenza tal-kontrolli fiżiċi fuq il-kunsinni ta’ ċerti prodotti li għandhom jiġu mpurtati minn terzi pajjiżi [3] ġiet mfassla (2) Wara l-iskoperta ta’ traċċi bikrija t’ ormoni xenobijotiċi li jippromwovu t-tkabbir fil-laħam impurtat mill-Istati Uniti tal-Amerika, d-deċiżjoni tal-kummissjoni 1999/302/KE [4] waqqfet sistema aktar avvanzata ta’ kontrolli fuq l-importazzjoni ta’ laħam frisk u offal, minbarra l-laħam tal-bison u offal, impurtat minn dak il-pajjiż. (3) Wara s-sejba tal-fdalijiet/residwi, f’Ġunju tal-1999 l-awtoritajiet fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika saħħu l-programm tagħhom ta’ merħliet mingħajr ormoni, iżda minħabba aktar problemi f’dan il-programm li ġew identifikati waqt missjoni lejn l-Istati Uniti mill-Uffiċju għall-Ikel u Veterinarja tal-Kummissjoni, il-programm mingħajr ormoni ġie sospiż f’Lulju tal-1999 u reġa’ beda jaħdem f’Settembru tal-1999, f’forma avvvanzata bħala l-programm dwar il-merħliet li ma jiġux trattatti b’ ormoni. (4) Il-kontrolli miżjuda mwaqqfa bid-Deċiżjoni 1999/302/KE ma rriżultawx fl-identifikazzjni ta’ lanqas kampjun wieħed posittiv, matul il-perjodu bejn dawn il-perijodi u barra minn dan l-ebda test li sar taħt il-programm t’ ittestjar tal-Komunità’ Ewropea ma wera riżultati posittivi. (5) Huwa kkonsidrat iżda huwa issa xieraq li jitneħħew il-miżuri ulterjuri ta’ ħarsien li saru fl-1999 u li titnaqqas il-frekwenza tal-kontrolli fuq il-laħam frisk impurtat mill-istati Uniti ta’ l-Amerika, mill-kontrolli fuq il-kunsinni kollha għal kontrolli fuq 20 % biss tal-kunsinni, li huwa ekwivalenti għall-livell normali ta’ kontrolli fiżiċi għall-laħam frisk impurtat minn terzi pajjiżi, mwaqqaf fid-Deċiżjoni 94/360/KE. (6) Huwa mportanti li jiġi ċċarat li l-kunsinni kollha ta’ laħam frisk impurtat mill-Istati Uniti tal-Amerika li huma soġetti għall-kontrolli fiżiċi għandhom xorta jgħaddu minn eżamijiet ta’ laboratorju xierqa għall-fdalijiet t’ ormoni. (7) Din id-Deċiżjoni hija l-ewwel pass lejn it-tneħħija sħiħa tal-obbligu li kull kunsinna magħżula għall-kontrolli fiżiċi u D-Deċiżjoni ser tiġi riveduta fuq il-bażi tar-riżultati ta’ testijiet futuri. (8) L-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat mwaqqaf għall-qasam Veterinarju, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 D-deċiżjoni 94/360/KE hija emendata kif ġej: 1. Fl-Artikolu 1a(1), l-ewwel spazju ta’ qabel il-paragrafu huwa mħassar u mibdul b’ dan li ġej: "— il-frekwenza tal-kontrolli fiżiċi hija t’ 20 %,". 2. Fl-Artikolu 1a(1), it-tieni spajzu ta’ qabel il-paragrafu huwa mħassar u mibdul b’ dan li ġej: "— żewġ kampjuni uffiċjali għandhom jittieħdu minn kull kunsinna ttestjata, u wara eżaminati għall-fdalijiet ta’ kull wieħed mill-ormoni xenobiotiċi, melengestrol acetate, trenbolone, zeranol, u stilbenes inkluż d-diethylstilboestrol, u għall-livelli abnormalment gholja ta’ fdalijiet ta’ l-ormoni naturali 17-beta-oestradiol, progesterone u testosterone,". 3. L-Artikolu 1a(2) huwa mħassar. Artikolu 2 Din id-deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-27 ta’ Settembru 2000. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 9. [2] ĠU L 373, tal-31.12.1990, p. 1. [3] ĠU L 158, tal-25.6.1994, p. 41. [4] ĠU L 117, tal-5.5.1999, p. 58. --------------------------------------------------