EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999D0609

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Settembru 1999 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/360/KE dwar it-tnaqqis fil-frekwenza tal-kontrolli fiżiċi fuq ċerti prodotti maħsuba sabiex jiġu mpurtati minn pajjiżi terzi skond id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE (notifikata bid-dokument numru C(1999) 2784)Test b’ rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 242, 14.9.1999, p. 28–28 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R2129

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/609/oj

31999D0609



Official Journal L 242 , 14/09/1999 P. 0028 - 0028


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-10 ta’ Settembru 1999

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/360/KE dwar it-tnaqqis fil-frekwenza tal-kontrolli fiżiċi fuq ċerti prodotti maħsuba sabiex jiġu mpurtati minn pajjiżi terzi skond id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE

(notifikata bid-dokument numru C(1999) 2784)

(Test b’ rilevanza għaż-ŻEE)

(1999/609/KE)

L-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/201/KE dwar il-konlużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar il-miżuri sanitarji għall-ħarsien tas-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali in konnessjoni mal-kummerċ fl-annimali ħajjin u prodotti tal-annimali [1] u b’ mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq il-prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi [2] u b’ mod partikolari l-Artikolu 10(3) tagħha,

(1) Billi skond l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/201/KE, huwa mportanti fil-qasam tal-frekwenzi tal-kontrolli veterinarji fil-fruntieri esterni tal-Komunità, li jittieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jitħaddem il-ftehim milħuq bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal -Kanada;

(2) Billi l-Artikolu 10 tal-paragrafu 3 tad-Direttiva 97/78/KE speċifikament jipprevedi li t-tnaqqis fil-frekwenzi tal-kontrolli minħabba li jintlaħaq ftehim dwar l-ekwivalenza veterinarja għandhom jiġu mill-liġi tal-Komunità;

(3) Billi skond dawn il-kundizzjonijiet huwa xieraq li l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/360/KE tal-20 ta’ Mejju 1994 dwar it-tnaqqis fil-frekwenza tal-kontrolli fiżiċi fuq il-kunsinni ta’ ċerti prodotti li għandhom jiġu mpurtanti minn pajjiżi terzi, skond id-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE [3], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/302/KE [4], jiġi mmodifikat sabiex jieħu in konsiderazzjoni r-rekwiżiti tal-Artikolu 11 u tal-Anness VIII tal-ftehim veterinarju bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada;

(4) Billi l-miżuri pprovduti f’ din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż segwenti li ġej huwa miżjud mat-tieni l-Anness tad-Deċiżjoni 94/360/KE:

"— Fil-każ tal-Kanada, il-frekwenzi li hemm provduti fl-Artikolu 11 u fl-Anness VIII tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/201/KE tal-14 ta’ Diċembru 1998 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar il-miżuri sanitarji għall-ħarsien tas-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali dwar il-kummerċ fl-annimali ħajjin u fil-prodotti tal-annimali [1] ĠU L 71, tat-18.3.1999, p. 1.."

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-10 ta’ Settembru 1999.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 71, tat-18.3.1999, p. 1.

[2] ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 9.

[3] ĠU L 158, tal-25.6.1994, p. 41.

[4] ĠU L 117, tal-5.5.1999, p. 58.

--------------------------------------------------

Top